2006D0944 — MT — 16.12.2010 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006

li tiddetermina l-livelli rispettivi ta' emissjonijiet allokati lill-Komunità u lil kull wieħed mill-Istati Membri tagħha taħt il-Protokoll ta' Kjoto skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE

(notifikta bid-dokument numru C(2006) 6468)

(2006/944/KE)

▼B

(ĠU L 358, 16.12.2006, p.87)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-15 ta’ Diċembru 2010

  L 332

41

16.12.2010


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 071M, 17.3.2009, p. 505  (944/2006)




▼B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006

li tiddetermina l-livelli rispettivi ta' emissjonijiet allokati lill-Komunità u lil kull wieħed mill-Istati Membri tagħha taħt il-Protokoll ta' Kjoto skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE

(notifikta bid-dokument numru C(2006) 6468)

(2006/944/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta’ April 2002 dwar l-approvazzjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru [ta' qafas] tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu ( 1 ), u b'mod partikulari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE jistabbilixxi l-impenji dwar il-limitazzjoni jew it-tnaqqis ikkwantifikat tal-emissjonijiet bl-iskop li jiġu ddeterminati l-livelli rispettivi ta' emissjonijiet allokati lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll ta' Kjoto. L-Anness B għall-Protokoll ta' Kjoto jistabbilixxi l-impenji dwar il-limitazzjoni jew it-tnaqqis ikkwantifikat tal-emissjonijiet bl-iskop li jiġu ddeterminati l-livelli ta' emissjonijiet allokati lill-Istati Membri li ssieħbu mal-Komunità wara l-25 ta' April 2002, ħlief Ċipru u Malta li għad ma għandhomx impenji dwar il-limitazzjoni jew it-tnaqqis ikkwantifikat tal-emissjonijiet taħt il-Protokoll ta' Kjoto.

(2)

Il-livelli rispettivi ta' emissjonijiet allokati lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha, espressi f'tunnellati tal-ekwivalent tad-dijossidu tal-karbonju, huma ddeterminati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Dawn il-livelli tal-emissjonijiet huma kkalkulati abbażi tad-dejta riveduta dwar l-emissjonijiet għas-sena bażi mressqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/166/KE tal-10 ta' Frar 2005 li tistabbilixxi regoli li jimplimentaw id-Deċiżjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-gass b'effett tas-serra tal-Komunità u għall-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Kjoto [titlu mhux uffiċjali] ( 2 ), immultiplikata bl-impenji dwar il-limitazzjoni jew it-tnaqqis ikkwantifikat tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE u fl-Anness B għall-Protokoll ta' Kjoto, immultiplikata għal ħames darbiet biex jirrappreżentaw il-ħames snin tal-ewwel perjodu ta' impenn tal-Protokoll.

(3)

Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/358/KE, l-ammonti assenjati tal-Komunità u ta' kull Stat Membru jridu jkunu daqs il-livell ta' emissjonijiet rispettivi tagħhom, iddeterminat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

(4)

Ir-reviżjoni tad-dejta dwar l-emissjonijiet għas-sena bażi taħt il-Protokoll ta' Kjoto, mressqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2005/166/KE, kienet teħtieġ kalkolu mill-ġdid li rriżulta f'differenza aritmetika ta' 11 393 397 tunnellati tal-ekwivalent tad-dijossidu tal-karbonju bejn l-ammont assenjat tal-Komunità Ewropea u s-somma tal-ammonti assenjati tal-Istati Membri elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE. Din id-differenza għandha tinħareġ bħala unitajiet ta' ammonti assenjati mill-Komunità.

(5)

Id-Danimarka konsistement esprimiet stimi dwar l-emissjonijiet ta' sena bażi tagħha. Dawn l-istimi huma sostnuti b'informazzjoni dwar l-emissjonijiet eċċezzjonalment baxxi ta' sena bażi tagħha mogħtija fir-rapport tagħha ppreżentat skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2005/166/KE. B'rikonoxximent tas-sitwazzjoni speċjali tad-Danimarka, li tirriżulta mill-emissjonijiet baxxi ta' sena bażi aktar mis-soltu u li għandha wieħed mill-ogħla tnaqqis obbligat ta' emissjoni kwantifikata skont l-Anness II tad-Deċiżjoni 2002/358/KE, il-Komunità għandha tavvanza 5 miljun unità tal-ammont assenjat lid-Danimarka.

(6)

Kwalunkwe tibdil fil-livelli finali tal-emissjonijiet tal-Komunità u tal-Istati Membri tagħha li jkun ġej mir-reviżjoni tal-livelli tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Kjoto għandu jiġi speċifikat permezz ta' emenda għal din id-Deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Bidla fil-Klima,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Il-livelli rispettivi tal-emissjonijiet f'termini ta' tunnellati tal-ekwivalent tad-dijossidu tal-karbonju allokati lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha għall-ewwel perjodu ta' impenn dwar il-limitazzjoni u t-tnaqqis ikkwantifikat tal-emissjonijiet taħt il-Protokoll ta' Kjoto huma stabbiliti fl-Anness.

▼M1

Artikolu 2

Id-differenza ta’ 19 357 532 tunnellata ekwivalenti ta’ dijossidu tal-karbonju bejn il-livelli tal-emissjonijiet tal-Unjoni, u s-somma tal-livelli tal-emissjonijiet tal-Istati Membri elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE għandha tinħareġ bħala unitajiet ta’ ammonti assenjati mill-Unjoni.

▼C1

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




ANNESS

Il-livelli rispettivi tal-emissjonijiet allokati lill-Unjoni u lill-Istati Membri, f’termini ta’ tunnellati ekwivalenti ta’ dijossidu tal-karbonju, għall-ewwel fażi ta’ impenn dwar il-limitazzjoni u t-tnaqqis ikkwantifikat tal-emissjonijiet taħt il-Protokoll ta’ Kjoto



L-Unjoni Ewropea (1)

19 621 381 509

Il-Belġju

673 995 528

Id-Danimarka

273 827 177

Il-Ġermanja

4 868 096 694

L-Irlanda

314 184 272

Il-Greċja

668 669 806

Spanja

1 666 195 929

Franza

2 819 626 640

L-Italja

2 416 277 898

Il-Lussemburgu

47 402 996

Il-Pajjiżi l-Baxxi

1 001 262 141

L-Awstrija

343 866 009

Il-Portugall

381 937 527

Il-Finlandja

355 017 545

L-Isvezja

375 188 561

Ir-Renju Unit

3 396 475 254



Il-Bulgarija

610 045 827

Ir-Repubblika Ċeka

893 541 801

L-Estonja

196 062 637

Ċipru

Mhux applikabbli

Il-Latvja

119 182 130

Il-Litwanja

227 306 177

L-Ungerija

542 366 600

Malta

Mhux applikabbli

Il-Polonja

2 648 181 038

Ir-Rumanija

1 279 835 099

Is-Slovenja

93 628 593

Is-Slovakkja

331 433 516

(1)   Għall-iskop tat-twettiq konġunt tal-impenji taħt l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll ta’ Kjoto skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tiegħu, skont id-Deċiżjoni 2002/358/KE u li japplikaw għall-Istati Membri elenkati fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.



( 1 ) ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1.

( 2 ) ĠU L 55, 1.3.2005, p. 57.

( 3 ) Għall-iskop tat-twettiq konġunt tal-impenji taħt l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll ta’ Kjoto skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tiegħu, skont id-Deċiżjoni 2002/358/KE u li japplikaw għall-Istati Membri elenkati fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.