17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 316/2010

tas-16 ta' April 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pommes des Alpes de Haute Durance (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4), l-ewwel inċiż tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta' Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Pommes des Alpes de Haute Durance”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU C 199, 25.8.2009, p. 19.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat

Klassi 1.6:   Frott, ħaxix u ċereali, fl-istat naturali jew ipproċessati

FRANZA

Pommes des Alpes de Haute Durance (IĠP)