31979R2878



Official Journal L 325 , 21/12/1979 P. 0001 - 0004
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0160
Greek special edition: Chapter 03 Volume 27 P. 0123
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0160
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 17 P. 0024
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 17 P. 0024


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2878/79

tas-17 ta' Diċembru 1979

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ u r-Regolament (KEE) Nru 950/68 dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, b'riżultat ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim li rriżultaw min-negozjati tal-kummerċ multilaterali, ċerti tibdiliet għandhom isiru fir-regoli tal-Kumunità li jirregolaw is-suq tar-ross;

Billi għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jistabilizzaw is-suq tar-ross u taż-żerriegħa tar-ross u biex jiżguraw dħul xieraq għall-produtturi nvoluti;

Billi għal din ir-raġuni ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta' Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 234/79 [5], stabbilixxa dispożizzjonijiet, inter alia, għall-għoti ta' għajnuna għall-produzzjoni ta' ċerti żrieragħ; billi dak ir-Regolament għandu jiġi estiż għar-ross għaż-żriegħ, li sa issa kien regolat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1552/79 [7];

Billi għandha tinħoloq ukoll l-possibbiltà li tiġi mħeġġa l-produzzjoni ta' żerriegħa tar-ross bażika u ċertifikata, permezz ta' l-għoti ta' l-għajnuna stabbilità; billi dan il-prodott għandu jkun inkluż fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71;

Billi Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 jistabbilixxi li l-ammont ta' l-għajnuna tal-produzzjoni għandu jiġi ffissat kull sentejn qabel l-1 ta' Awissu għas-sena tal-marketing li tibda fis-sena ta' wara u għas-sena tal-marketing sussegwenti; billi, madanakollu, l-ammont ta' għajnuna għat-tieni sena jista' jiġi modifikat qabel l-1 ta' Awissu tas-sena ta' qabel l-applikazzjoni tagħha kemm-il darba l-istabbilità tas-suq fil-Komunità tidher li tkun mhedda b'mod serju; billi jidher ċar mill-qagħda fis-suq fil-prattika li din id-data hija bikrija wisq; billi għalhekk ikun tajjeb jekk it-terminu ta' skadenza għal din il-modifika jiġi stabbilit f'data qabel il-bidu tas-sena tal-marketing in kwestjoni u li jagħti biżżejjed żmien sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni fir-rigward tal-produzzjoni;

Billi, minħabba l-karatteristiċi ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ, il-levy fuq l-importazzjoni tar-ross għaż-żriegħ għandha tiġi mibdula b'dazju doganali ta' 12 %;

Billi malli ssir l-importazzjoni għandha ssir distinzjoni bejn l-importazzjonijiet tar-ross għaż-żriegħ u tipi oħra ta' ross; billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 dwar it-Tariffa Doganali Komuni [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2384/79 [9], għandu għalhekk jiġi emendat,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2358/71 għandu jiġi emendat skond kif ġej:

1. Artikolu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Għandha tiġi stabbilità organizzazzjoni komuni għas-suq taż-żrieragħ li għandha tkopri l-prodotti li ġejjin:

Numru ta' l-Intestatura tat-TDK | Deskrizzjoni |

07.05 A | Ħxejjex leguminużi mnixxfa, bil-qoxra, kemm jekk imqaxxra jew maqsuma u kemm jekk le, għaż-żriegħ |

10.05 A | Qamħirrum ibridu għaż-żriegħ |

10.06 A | Ross għaż-żriegħ |

12.01 A | Żerriegħ taż-żejt u frott oleaginuż, sħiħ jew imfarrak, għaż-żriegħ |

12.03 | Żerriegħ, frott u spori, tat-tip użati għaż-żriegħ" |

2. L-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu ta' Artikolu 3(1) għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"Din il-modifika għandha ssir qabel il-bidu tas-sena tal-marketing involuta u f'biżżejjed żmien sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni fir-rigward tal-produzzjoni."

3. Artikolu 8a għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 8a

1. Ir-rata ta' dazju tat-Tariffa Doganali Komuni għandha tiġi applikata għal ross għaż-żrigħ li jaqa' taħt is-sottotitolu 10.06 A tat-Tariffa Doganali Komuni.

2. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa għal prodotti koperti b'dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiġi nkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni."

4. L-Anness għandu jiġi mibdul b'Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

It-Tariffa Doganali Komuni hija għalhekk emendata skond Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1980.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 17 ta' Diċembru 1979.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Barrett

[1] ĠU C 211, tat-23.8.1979, p. 4.

[2] ĠU C 289, tad-19.11.1979, p. 49.

[3] ĠU C 297, tat-28.11.1979, p. 11.

[4] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1.

[5] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2.

[6] ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 1.

[7] ĠU L 188, tas-26.7.1979, p. 9.

[8] ĠU L 172, tas-27.7.1968, p. 1.

[9] ĠU L 274, tal-31.10.1979, p. 9.

--------------------------------------------------

ANNESS I

"

ANNESS

Numru ta' l-Intestatura tat-TDK | Deskrizzjoni |

| |

1.CEREAS

ĊEREALI

10.06 A | Oryza Sativa L. | Ross |

2.OLEAGINEA

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT

ex 12.01 A | linum usitatissimum L. partim | Kittien tal-fibra |

linum usitatissimum L. partim | Kittien taż-żerriegħa |

Cannabis sativa L. monoica | Qanneb unisesswali |

3.GRAMINEAE

ĦAXIX

ex 12.03 C | Arrhenatherum elatius (L.) J. et C. Presl | Ħaxix twil tal-ħafur |

Dactylis glomerata L. | Sieq is-serduq |

Festuca arundinacea Schreb. | Żwien twila |

Festuca ovina L. | Żwien tan-nagħġa |

Festuca pratensis Huds. | Żwien tal-mergħa |

Festuca rubra L. | Żwien ħamra |

Lolium multiflorum Lam. | Ħaxix tas-segala Taljan (inklużi Westerworlds) |

Lolium perenne L. | Ħaxix tas-segala perenni |

Lolium x hybridum Hausskn. | Ħaxix tas-segala ibridu |

Phleum pretense L. | Timotju |

Poa nemoralis L. | Ħaxix tal-mergħa tal-bosk |

Poa pratensis L. | Ħaxix tal-mergħa biz-zokk lixx |

Poa trivialis L. | Ħaxix tal-mergħa biz-zokk aħrax |

4.LEGUMINOSAE

LEGUMI

ex 07.05 A I | Pisum arvense L. | Piżelli ta' l-għalf |

ex 07.05 A III | Vicia faba L. ssp.faba var. equine Pers. | Fażola ta' l-għelieqi kbar |

Vicia faba L.var. minor (Peterm.) bull | Fażola ta' l-għelieqi żgħar |

ex 12.03 C | Medicago sativa L. | Lucerne |

Trifolium pretense L. | Silla ħamra |

Trifolium repens L. | Silla bajda |

Vicia sativa L. | Ġulbiena komuni |

"

--------------------------------------------------

ANNESS II

1.2.3. It-Tariffa Doganali Komuni għandha tiġi emendata skond kif ġej:

It-test tan-Nota Addizzjonali 2 tal-Kapitolu 10 għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"2. It-termini segwenti għandu jkollhom it-tifsiriet mogħtija lilhom hawn isfel:

(a) "Żerriegħa tar-ross tond" (10.06 B I a) 1, B I b) 1, B II a) 1 u B II b) 1): ross, li ż-żrieragħ tiegħu huma ta' tul ta' mhux aktar minn 5 72 mm u ta' ratio ta' tul/wisa ta' inqas minn 2;

(b) "ross taż-żerriegħa twila" (10.06 B I a) 2, B I b) 2, B II a) 2 u B II b) 2): ross, li ż-żerriegħa tiegħu hija ta' tul ta' aktar minn 5 72 mm;

(ċ) "Ross Paddy" (10.06 B I a)): ross li jżomm il-fosdqa tiegħu wara d-dris;

(d) "Ross imqaxxar" (10.06 B I b)): Ross paddy li minnu tkun tneħħiet il-fosdqa biss. Eżempji ta' ross li jaqgħu taħt din id-definizzjoni huma dawk bid-deskrizzjonijiet kummerċjali "ross kannella", "ross tal-merkanzija", "loonzain" u "riso sbramato"

(e) "Ross nofsu mitħun" (10.06 B II a)): ross paddy li minnu l-qoxra, parti min-nibbieta, u l-parti ta' barra kollha jew parti mill-perikarpu, imma mhux is-saffi ta' ġewwa, jkunu tneħħew;

(f) "Ross mitħun kollu kemm hu" (10.06 B II b)): ross li minnu l-qoxra, is-saffi ta' barra u ta' ġewwa tal-perikarpu kollu, in-nebbieta kollha fil-każ taż-żerriegħa tar-ross twila jew semi-twila, u ta' l-inqas minu fil-każ ta' żerriegħa tar-ross tonda, jkunu tneħħew, imma li l-istrijaturi bojod lonġitudinali jistgħu jibqgħu fuq mhux iktar minn 10 % taż-żrieragħ;

(g) "Ross imfarrak" (10.06 B III): frak taż-żerriegħa, li t-tul tagħhom ma jaqbiżx tlett kwarti mit-tul medju taż-żerriegħa sħiħa."

Fin-Noti Addizzjonali 3 D u E tal-Kapitolu 10, l-iskrizzjoni

"intestatura Nru 10.06"

għandha tinbidel b’

"subintestatura. 10.06B"

.

L-intestatura Nru 10.06 għandha tinbidel b'dan li ġej:

"Numru ta' l-Intestatura TDK | Deskrizzjoni | Rata ta' dazju |

% awtonomu jew levy | % konvenzjonali |

1 | 2 | 3 | 4 |

10.06 | Ross: | | |

A.Għaż-żriegħ | 12 | – |

B.Oħrajn | | |

I.Ross paddy: ross imqaxxar | | |

(a)Ross paddy: | | |

1.Żerriegħa tonda | 12(L) | – |

2.Żerriegħa twila | 12(L) | – |

(b)Ross imqaxxar: | | |

1.Żerriegħa tonda | 12(L) | – |

2.Żerriegħa twila | 12(L) | – |

II.Ross semi-mitħun u ross mitħun kollu kemm hu | | |

(a)Ross semi-mitħun: | | |

1.Żerriegħa tonda | 16(L) | – |

2.Żerriegħa twila | 16(L) | – |

(b)Ross mitħun kollu kemm hu: | | |

1.Żerriegħa tonda | 16(L) | – |

2.Żerriegħa twila | 16(L) | – |

III.Ross imfarrak | 16(L) | – |

--------------------------------------------------