52009PC0134

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem il-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992 /* KUMM/2009/0134 finali - ACC 2009/0046 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 25.3.2009

KUMM(2009) 134 finali

2009/0046 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem il-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992, (minn hawn 'il quddiem: il-"Ftehim") ġie konkluż mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni 92/580/KEE[1] u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1993 għal perjodu ta' tliet snin sal-31 ta' Diċembru 1995. Minn dak iż-żmien, dan il-Ftehim kien estiż b'mod regolari għal perjodi ta' sentejn. L-aħħar darba li dan il-Ftehim ġie estiż mill-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor kien f'Mejju 2007, u jibqa' fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2009.

Estensjoni oħra tal-Ftehim ta' mhux aktar minn sentejn hi fl-interess tal-Komunità.

Dik l-estensjoni tal-Ftehim iġġib magħha żieda fil-kontribuzzjoni tal-Komunità lill-baġit amministrattiv tal-Ftehim. Dik il-kontribuzzjoni hija inkluża fil-baġit taħt il-partita 05 06 01 tal-baġit Komunitarju (Ftehimiet Agrikoli Internazzjonali).

L-għan ta' din il-proposta hu li tinkiseb l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill sabiex ll-Kummissjoni tivvota, f'isem il-Komunità, favur l-estensjoni tal-Ftehim sal-31 ta' Diċembru 2011, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor.

2009/0046 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem il-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

1. Il-Ftehim Internazzjonali taz-Zokkor tal-1992 ġie konkluż mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/580/KEE[2] u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1993 għal perjodu ta' tliet snin sal-31 ta' Diċembru 1995. Minn dak iż-żmien, dan ġie estiż b'mod regolari, għal perjodi oħra ta' sentejn. L-aħħar darba li dan il-Ftehim ġie estiż kien f'Mejju 2007, permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, u jibqa' fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2009. Huwa fl-interess tal-Komunità li ssir estensjoni oħra. Il-Kummissjoni, li tirrapreżenta lill-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, għandha għalhekk tiġi awtorizzata li tivvota favur din l-estensjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor għandha tkun li tivvota favur estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992, għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn sentejn.

Il-Kummissjoni b'dan hija awtorizzata li tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor.

Magħmul fi Brussell,.

Għall-Kunsill

Il-President

ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Qasam ta’ Politika: Agrikultura u Żvilupp Rurali Attività: Aspetti internazzjonali tal-qasam tal-politika Agrikola u tal-Iżvilupp Rurali |

TITOLU TAL-AZZJONI: ESTENSJONI TAL-FTEHIM INTERNAZZJONALI DWAR IZ-ZOKKOR TAL-1992 |

1. LINJA TA' BAĠIT + INTESTATURA

Intestatura 4 – L-UE bħala sieħba globali

05 06 01: Ftehimiet agrikoli internazzjonali

2. ĊIFRI GLOBALI

2.1. Allokazzjoni totali għall-azzjoni (Parti B): EUR 0.855 miljun

2.2. Perjodu tal-applikazzjoni: Mill-1.1.2010 sal-31.12.2011

2.3. Stima globali multiannwali tan-nefqa (EUR miljuni)

2010 | 2011 | Total |

L-Impenji | 0.420 | 0.435 | 0.855 |

Pagamenti | 0.420 | 0.435 | 0.855 |

2.4. Kompatibbiltà mal-programmazzjoni finanzjarja u mal-perspettiva finanzjarja

X Il-proposta hi kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti

2.5. Impatt finanzjarju fuq id-dħul

X L-ebda implikazzjoni finanzjarja (tinvolvi aspetti tekniċi dwar l-implimentazzjoni ta' miżura).

3. KARATTERISTIĊI TAL-BAĠIT

Tip tan-nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni EFTA | Parteċipazzjoni mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-Perspettiva Finanzjarja |

Obbligatorju | Diff | LE | LE | LE | 4 L-UE bħala sieħba globali |

4. BAŻI LEGALI

L-Artikolu 133 flimkien mal-Artikolu 300(2) tat-Trattat.

5. DESKRIZZJONI U ĠUSTIFIKAZZJONIJIET

5.1. Il-ħtieġa ta’ intervent Komunitarju

Minħabba l-importanza ekonomika tagħha, b’mod speċjali fis-settur agrikolu, jeħtieġ li l-KE tkun irrappreżentata fi ftehimiet agrikoli internazzjonali, li huma mezz importanti kif jiġu segwiti żviluppi globali u kif jitħarsu l-interessi tal-Komunità rigward il-prodotti kkonċernati.

Permezz tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta' sħubija tal-KE, ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor. L-Organizzazzjoni Internazzjonali taz-Zokkor, li hi responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Ftehim, tippromwovi l-għanijiet tal-Ftehim, bħalma huma l-kooperazzjoni internazzjonali, l-iskambju ta' tagħrif statistiku, il-previżjoni tax-xejriet tas-suq, eċċ. Għalhekk, hu fl-interess tal-KE li tkun tifforma parti mill-Ftehim.

Il-kontribuzzjonijiet tas-sħubija jiġu ffissati kull sena u huma dovuti għat-tul ta' żmien li l-KE tkun membru tal-Ftehim.

Jidher ċar li, li kieku l-KE weħidha kellha tieħu l-istess azzjonijiet li tieħu l-Organizzazzjoni Internazzjonali taz-Zokkor (ISO), l-ispiża totali ta’ dawn l-azzjonijiet tkun ferm ogħla mis-somma ta’ kontribuzzjonijiet tas-sħubija.

5.2. Azzjonijiet previsti u arranġamenti għal intervent tal-baġit

Il-KE tagħmel ħlasijiet ta' sħubija lill-ISO fuq bażi annwali.

Il-ħlasijiet jibqgħu jsiru sakemm il-KE tibqa’ firmatarja tal-Ftehim.

Il-Kummissjoni Ewropea tipparteċipa bis-sħiħ fl-attivitajiet tal-ISO u li tgawdi mill-benefiċċji kollha tas-sħubija.

6. IMPATT FINANZJARJU

6.1. Impatt finanzjarju totali fuq il-Parti B

Impenji (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali): EUR 0.855 miljun għall-perjodu ta' sentejn: i.e. EUR 0.0420 miljun għall-2010 u EUR 0.435 miljun għall-2011.

6.2. Kalkolu

Kull kontribut huwa ffissat fi proporzjoni man-numru ta’ voti attribwiti għall-membru kkonċernat u fi proporzjoni mal-importanza tiegħu fis-suq internazzjonali.

Minn total ta' 2 000 vot, in-numru ta' voti allokati għall-Komunità huwa 565, u dan mistenni li jibqa' stabbli għall-perjodu ta' estensjoni tal-Ftehim. In-nefqa stmata għal kull vot għall-2010 hija EUR 643, li tirriżulta f’kontribut Komunitarju ta' EUR 0.363 miljun.

Għall-2011, filwaqt li jitqies l-aġġustament tal-prezz għal kull vot (EUR 662), in-nefqa stmata hija ta’ EUR 0.374 miljun. Dawn l-ammonti ġew miżjuda b' marġni ta' sikurezza ta' 15 % (rati tal-kambju, tibdil mhux mistenni fl-organizzazzjoni, eċċ). Għall-kalkoli ntużat stima ta’ rata tal-kambju ta' EUR 1.25 = GBP 1

7. IMPATT FUQ IN-NEFQA MARBUTA MAL-PERSUNAL U L-AMMINISTRAZZJONI

7.1. Impatt fuq ir-riżorsi umani

Tipi ta' karigi | Persunal li għandu jieħu kariga ta' ġestjoni tal-azzjoni bl-użu tar-riżorsi eżistenti | Total | Deskrizzjoni tal-kompiti derivanti mill-azzjoni |

Numru ta’ karigi permanenti | Numru ta' karigi temporanji |

Uffiċjali permanenti jew persunal temporanju | A B C | 0.2 0.1 – | – – – | 0.2 0.1 – | Tħejjija għall-attendenza fil-laqgħat tal-ISO u s-segwitu tagħhom |

Riżorsi umani oħrajn | – | – | – |

Total | 0.3 | – | 0.3 |

7.2. Impatt finanzjarju globali tar-riżorsi umani

Tip ta’ riżorsi umani | Ammont f’EUR | Metodu tal-kalkolu |

Uffiċjali Persunal temporanju | 36 600 | 0.3 x 122 000 |

Riżorsi umani oħrajn |

Total | 36 600 |

8. SEGWITU U EVALWAZZJONI

8.1. Arranġamenti għas-segwitu (sistemi ta’ kontroll)

L-attivitajiet tal-ISO huma segwiti mill-qrib mill-membri tagħha u l-KE tieħu sehem sħiħ fil-laqgħat regolari tal-ISO. Jiġi ppubblikat regolarment rapport tal-attivitajiet tal-ISO.

9. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI

Pagamenti jsiru biss direttament fil-kont bankarju tal-ISO fuq talba bil-miktub, wara verifika li t-talba taqbel mal-ammont miftiehem mill-Kunsill tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor.

[1] ĠU L 379, 23.12.1992, p 15.

[2] ĠU L 379, 23.12.1992, p 15.