<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0600467301.case.xml"><NO.CASE>C-246/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0246</NO.CELEX><NO.SEQ>0015.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>4694</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4712</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TA' L-<DATE ISO="20070614">14.6.2007</DATE> — KAWŻA C-246/05</LEFT><RIGHT>HÄUPL</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20070614">14 ta' Ġunju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-246/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Oberster Patent- und Markensenat (l-Awstrija), permezz ta' deċiżjoni tad-<DATE ISO="20050209">9 ta' Frar 2005</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20050610">10 ta' Ġunju 2005</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Armin Hàupl,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Lidl Stiftung &amp; Co. KG,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Rosas, President ta' l-Awla, A. Tizzano, A. Borg Barthet (Relatur), U. Lõhmus u A.Ó Caoimh, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-4695"?><P>Avukat Ġenerali: D. Ruiz-Jarabo Colomer,</P><P>Reġistratur: B. Ftilop, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20060921">21 ta' Settembru 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal A. Häupl, Patentanwalt, minnu stess, assistit minn W. Ellmeyer, Patentanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal Lidl Stiftung &amp; Co. KG, minn H. Sonn, Patentanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u J.-Ch. Niollet kif ukoll minn A.-L. During, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn G. Braun, N.B. Rasmussen u W. Wils, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20061026">26 ta' Ottubru 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-4696"?><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 10(1) u 12(1), ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-<DATE ISO="19881221">21 ta' Diċembru 1988</DATE>, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="040" DATE.PUB="1989" PAGE.FIRST="1">ĠU 1989, L 40, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Direttiva<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' kawża bejn A. Hàupl u Lidl Stiftung &amp; Co. KG (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Lidl<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) dwar l-annullament ta' trade mark li l-proprjetarja tagħha hija din ta' l-aħħar.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest leġiżlattiv</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Komunitarju</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Jekk, fperijodu ta' ħames snin wara d-data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni, il-proprjetarju ma użax it-trade mark ġenwinament fl-Istat Membru in konnessjoni mal-merkanzija jew is-servizzi li għalihom hi reġistrata, jew jekk tali użu ġie sospiż matul perjodu mhux interrott ta' ħames snin, it-trade<?PAGE NO="I-4697"?> mark għandha tkun suġġetta għas-sanzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, sakemm hemm raġunijiet tajba għan-nuqqas ta' użu.<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva, <QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Trade mark għandha tkun suġġetta għar-revokazzjoni jekk, fperijodu kontinwu ta' ħames snin, ma tkunx ġiet użata ġenwinament fl-Istat Membru in konnessjoni mal-merkanzija jew servizzi li għalihom hi reġistrata, u ma hemmx raġunijiet validi għan-nuqqas ta' użu<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt internazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(4) tal-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade marks, ta' l-<DATE ISO="18910414">14 ta' April 1891</DATE>, rivedut l-aħħar fi Stokkolma fl-<DATE ISO="19670714">14 ta' Lulju 1967</DATE> u emendat fit-<DATE ISO="19790928">28 ta' Settembru 1979</DATE> (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Ftehim ta' Madrid<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>), jipprovdi li <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>l-Uffiċċju internazzjonali [ta l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO), iktar 'il quddiem l-'Uffiċċju internazzjonali'] jirreġistra millewwel it-trade marks ippreżentati skond l-Artikolu 1. Ir-reġistrazzjoni għandha tinkludi d-data tat-talba għal reġistrazzjoni internazzjonali fil-pajjiż ta' oriġini kemm-il darba t-talba tkun waslet għand l-Uffiċċju internazzjonali fi żmien xahrejn minn din id-data<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1) tal-Ftehim fuq l-Aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-Kummerċ tad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali, li jinsab fl-Anness 1C tal-Ftehim ta' Marrakesch tal-<DATE ISO="19940415">15 ta' April 1994</DATE> li jwaqqaf l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="336" DATE.PUB="1994" PAGE.FIRST="1">ĠU L 336, p.<?PAGE NO="I-4698"?> 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Ftehim TRIPS<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>) jirreferi, għall-obbligu ta' użu ta' trade mark irreġistrata b'dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Kemm il-darba l-użu jikkostitwixxi kundizzjoni neċessarja sabiex tinżamm reġistrazzjoni, ir-reġistrazzjoni tista' tiġi annullata biss wara perijodu kontinwu ta nuqqas ta' użu ta' mill-anqas tliet snin, dejjem jekk il-proprjetarju tat-trade mark ma jagħtix raġunijiet leġittimi bbażati fuq l-eżistenza ta' ostakli għall-użu tat-trade mark. Ċirkustanzi indipendenti mir-rieda tal-proprjetarju tal-privattiv tali li jikkostitwixxu ostaklu għall-użu tiegħu, bħal restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni jew kundizzjonijiet oħra stabbiliti mill-gvern għall-prodotti jew servizzi protetti mit-trade mark, huma kkunsidrati raġunijiet leġittimi għan-nuqqas ta' użu<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 19 tal-liġi Awstrijaka dwar il-protezzjoni tat-trade marks (Markenschutzgesetz 1970, BGBL 260/1970, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>MSchG<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>), id-<QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>dritt għal trade mark jibda jiddekorri mid-data li fiha ssir l-iskrizzjoni fir-reġistru tat-trade marks (reġistrazzjoni). Il-perijodu ta' protezzjoni jispiċċa 10 snin wara ttmiem tax-xahar tar-reġistrazzjoni<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 33a(l) tal-MSchG, jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>Kull persuna għandha d-dritt titlob il-kanċellazzjoni ta' trade mark li ilha rreġistrata fl-Awstrija għall-inqas għal ħames snin jew tgawdi minn protezzjoni fl-Awstrija<?PAGE NO="I-4699"?> skond l-Artikolu 2(2), kemm il-darba t-trade mark in kwistjoni ma tkunx ġiet użata fl-Awstrija għall-prodotti jew is-servizzi li fir-rigward tagħhom ġiet irreġistrata matul il-ħames snin qabel id-data meta ġiet ippreżentata t-talba għal kanċellazzjoni, la mill-proprjetarju u lanqas minn persuna terza bil-kunsens tal-proprjetarju, kif meħtieġ u bħala trade mark (Artikolu 10(a)), salv jekk il-proprjetarju tat-trade mark jista jiġġustifika n-nuqqas ta' użu.<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 2 tagħha, il-MSchG testendi, b'analoġija, għad-drittijiet ta' trade mark akkwistati għat-territorju tar-Repubblika ta' l-Awstrija bis-saħħa ta' ftehim internazzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Lidl hija l-proprjetarja tat-trade mark figurattiva u verbali <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>Le chef de cuisine<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>. Ittrade mark bażika Ġermaniża ilha protetta mit-<DATE ISO="19930708">8 ta' Lulju 1993</DATE> u t-trade mark internazzjonali — irreġistrata wkoll għall-Awstrija —, mit-<DATE ISO="19931012">12 ta' Ottubru 1993</DATE>. Din ta l-aħħar ġiet ippubblika fit-<DATE ISO="19931202">2 ta' Diċembru 1993</DATE> mill-Uffiċċju internazzjonali u ġiet innotifikata lill-pajjiżi kontraenti indikati.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Lidl tmexxi katina ta' supermarkits li ilhom jeżistu fil-Ġermanja mill-1973. L-ewwel supermarkit Lidl ġewwa l-Awstrija nfetaħ fil-<DATE ISO="19981205">5 ta' Novembru 1998</DATE>. Il-konvenuta tikkummerċjalizza ikel lest bit-trade mark <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>Le chef de cuisine<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/> biss fil-ħwienet tagħha stess. Qabel ma nfetħu l-ewwel supermarkits tagħha fl-Awstrija, Lidl ippreżentat il-prodott fil-kumpannija tagħha, ftiehmet mal-fornituri tagħha u bdiet taħżen il-provvisti li kienu diġà kkunsinjati lilha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4700"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19981013">13 ta' Ottubru 1998</DATE>, A. Hàupl talab il-kanċellazzjoni ta' limsemmija trade mark minħabba nuqqas ta' użu fit-territorju tar-Repubblika ta' l-Awstrija, abbażi ta' l-Artikolu 33a(l) tal-MSchG. Fil-fehma tiegħu, it-terminu ta' ħames snin previst f'din id-dispożizzjoni beda jiddekorri mill-bidu tal-perijodu tal-protezzjoni, jiġifieri mit-<DATE ISO="19931012">12 ta' Ottubru 1993</DATE>. Lidl ikkontestat it-talba għal kanċellazzjoni. Hija sostniet li limsemmi terminu beda jiddekorri fit-<DATE ISO="19931202">2 ta' Diċembru 1993</DATE>, u għalhekk skada fit-<DATE ISO="19981202">2 ta' Diċembru 1998</DATE>. F'din id-data, hija poġġiet il-prodotti bit-trade mark in kwistjoni għall-bejgħ fl-ewwel supermarkit Awstrijak tagħha. Hija żiedet tgħid li, mill-1994, hija kienet ippjanifikat espansjoni fl-Awstrija, imma l-ftuħ ta' supermarkits ġodda f'dan l-Istat Membru dam minħabba <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>ostakli burokratiċi<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/>, b'mod partikolari, dewmien fil-ħruġ ta' liċenzji għal din l-espansjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>In-Nichtigkeitsabteilung des Patentamtes (diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ta' l-Uffiċċju tal-Privattivi Awstrijak) iddikjara t-trade mark bħala mhux protetta fit-territorju tar-Repubblika ta' l-Awstrija b'effett mit-<DATE ISO="19981012">12 ta' Ottubru 1998</DATE>. Lidl appellat minn din id-deċiżjoni quddiem l-Oberster Patent- und Makensenat (Awla Superjuri tal-privattivi u tat-trade marks).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F'dan il-kuntest, l-Oberster Patent- und Markensenat iddeċidiet li tissospendi l-proċedurimenti u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 89/104/KEE [...] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="2018"/>data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="2019"/> tfisser il-bidu tal-perijodu ta' protezzjoni?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-4701"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) ta' [din] id-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżistu raġunijiet leġittimi għan-nuqqas ta' użu tat-trade mark fil-każ fejn l-attwazzjoni, mill-proprjetarju tat-trade mark, ta' l-istrateġija imprenditorjali segwita tiġi posposta għal raġunijiet li l-kumpannija m'għandhiex kontroll fuqhom, jew il-proprjetarju tat-trade mark huwa obbligat jimmodifika l-istrateġija imprenditorjali tiegħu biex ikun jista juża t-trade mark fit-terminu preskritt?<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Qabel ma tingħata risposta għad-domandi magħmula, għandu jiġi eżaminat jekk l-Oberster Patent- und Markensenat hijiex qorti fis-sens ta' l-Artikolu 234 KE u jekk, konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja hijiex kompetenti biex twieġeb id-domandi li tressqu quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Jirriżulta minn ġurisprudenza kostanti li, sabiex jiġi evalwat jekk il-korp li qed jagħmel ir-rinviju għandux karatteristiċi ta' qorti skond id-dispożizzjoni msemmija, kwistjoni li hija rregolata biss mid-dritt Komunitarju, il-Qorti għandha tqis numru ta fatturi, bħall-kwistjoni jekk il-korp huwiex stabbilit mil-liġi, il-permanenza tiegħu, in-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tiegħu, in-natura kontenzjuża tal-proċedura, l-applikazzjoni, mill-korp, tar-regoli ta' dritt, kif ukoll l-indipendenza tiegħu (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19970917">17 ta' Settembru 1997</DATE>, Dorsch Consult, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-54/96" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-4961">C-54/96, Ġabra p. I-4961, punt 23</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<DATE ISO="20050531">31 ta' Mejju 2005</DATE>, Syfait <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-53/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-4609">C-53/03, Ġabra p. I-4609, punt 29</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandhom jiġu kkunsidrati, kif għamel l-Avukat Ġenerali fil-punti 25 sa 29 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-dispożizzjonijiet tal-liġi Awstrijaka dwar ilprivattivi (Patentgesetz 1970, BGBL 259/1970, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>Patentgesetz<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4702"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Jirriżulta, l-ewwel nett, mill-Artikoli 74 u 75 ta' din il-liġi, li jiddeterminaw il-kompetenza u l-kompożizzjoni ta' l-Oberster Patent- und Markensenat, li dan il-korp jissodisfa l-kriterji dwar l-oriġini legali u l-indipendenza. Barra minn hekk, l-Artikolu 74(9) ta' limsemmija liġi jipprovdi, b'mod espliċitu, li l-membri ta' limsemmi korp jeżerċitaw il-funzjoni tagħhom indipendentament, mingħajr ma huma marbuta minn ebda istruzzjoni. Il-paragrafi 6 u 7 ta' l-istess Artikolu jipprovdu li l-mandat tagħhom huwa għal ħames snin li jista jiġġedded u ma jistax jintemm qabel, ħlief minħabba raġunijiet eċċezzjonali u ddefiniti b'mod ċar, bħat-telf tan-nazzjonalità Awstrijaka jew anke restrizzjoni fuq il-kapaċità legali.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-permanenza ta' l-Oberster Patent- und Markensenat tista' tiġi dedotta mill-Artikolu 70(2) u (3), kif ukoll mill-Artikolu 74(1) tal-Patentgesetz, li jipprovdu li din l-istanza hi kompetenti sabiex tiddeċiedi appelli kontra d-deċiżjonijiet tan-Nichtigkeitsabteilung des Patentamtes u tal-Beschwerdeabteilung des Patentamtes (Bord ta' l-Appell ta' l-uffiċċju tal-privattivi Awstrijak) mingħajr ebda limitazzjoni fiż-żmien. In-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni ta' limsemmija istanza tirriżulta minn dawn l-istess dispożizzjonijiet, billi l-kompetenza tagħha biex tiddeċiedi limsemmija appelli hija stabbilita mil-liġi u m'hijiex ta' natura fakultattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-proċedura quddiem l-Oberster Patent- und Markensenat, l-Artikolu 140(1) tal-Patentgesetz jirreferi għall-Artikoli 113 sa 127 u 129 sa 136 ta' limsemmija liġi, li jistabbilixxu r-regoli ta' proċedura, u li juru li dan il-korp japplika r-regoli ta' dritt u li l-proċedura quddiemu hija waħda kontenzjuża.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, li l-Oberster Patent- und Markensenat tikkostitwixxi qorti fis-sens ta' l-Artikolu 234 KE u, konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex twieġeb id-domandi li tressqu quddiemha.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4703"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta' l-ewwel domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju qiegħda tistaqsi jekk l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/> tfisser il-bidu tal-perijodu ta' protezzjoni. Hija għalhekk tixtieq tkun taf jekk it-terminu ta' ħames snin mogħti lillproprjetarju ta' trade mark sabiex jibda jagħmel użu ġenwin minnha jibdiex jiddekorri mill-mument meta jibda l-perijodu ta' protezzjoni tat-trade mark ikkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali kif ukoll il-Gvern Awstrijak isostnu li d-data tar-reġistrazzjoni, jiġifieri l-mument li minnu jibda jiddekorri l-perijodu ta' protezzjoni skond id-dritt Awstrijak, tikkorrispondi għad-<QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-fehma tal-konvenuta fl-ewwel istanza, tal-Gvern Franċiż kif ukoll tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, l-espressjoni d-<QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> ma tirreferix għall-bidu tal-perijodu ta protezzjoni, imma għad-data li fiha titlesta l-proċedura ta' eżami quddiem l-uffiċċju inkarigat b'din il-proċedura. Fir-rigward ta' proċedura ta' reġistrazzjoni internazzjonali<?PAGE NO="I-4704"?> skond il-Ftehim ta' Madrid, din ta' l-aħħar ma tistax tkun kompluta qabel ma jiskadi t-terminu ta' żmien li għandhom l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiddeċiedu dwar rifjut prowiżorju ta' protezzjoni jew qabel ma l-protezzjoni tiġi kkonfermata minnhom b'mod definittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda preliminari, għandu qabel kollox jiġi enfasizzat li diversi ordinamenti ġuridiċi huma involuti fil-proċess ta' reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark, bħalma huwa l-każ fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, minn naħa japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Madrid, li essenzjalment jiddeterminaw dik il-parti tar-reġistrazzjoni li ssir quddiem l-Uffiċċju internazzjonali, u min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali, li għandhom jikkonformaw mad-dritt Komunitarju, b'mod partikolari, mad-Direttiva. F'dan ir-rigward, l-Artikolu 1 ta' l-imsemmija Direttiva jipprovdi li din ta' l-aħħar <QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>għandha tapplika għal kwalunkwe trade mark [...] li hi s-suġġett [...] tar-reġistrazzjoni internazzjonali li għandha effett fi Stat Membru<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jingħad li, kif tindika t-tielet premessa tad-Direttiva, din m'għandhiex l-għan li tapprossima totalment il-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks. F'dan ir-rigward, il-ħames premessa ta' din id-Direttiva tenfasizza li <QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>l-Istati Membri jibqgħu [...] liberi li jiffissaw id-disposizzjonijiet ta' proċedura dwar ir-reġistrazzjoni, ir-revokazzjoni u l-invalidità tat-trade marks miksuba mir-reġistraz-zjoni; [...] jistgħu, per eżempju, jiddeterminaw il-forma tar reġistrazzjoni tat-trade marks u proċeduri ta' invalidità, jiddeċiedu jekk drittijiet preċedenti għandhomx ikunu invokati jew għall-proċedura tar-reġistrazzjoni jew għall-proċedura ta' invalidità jew għat-tnejn u, jekk jippermettu li drittijiet preċedenti jkunu invokati fil-proċedura tar-reġistrazzjoni, li jkollhom proċedura ta' opposizzjoni jew eżami ex-uffiċio jew it-tnejn<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/>. Minn dawn il-premessi tad-Direttiva jirriżulta li din ma tapprossimax l-aspett proċedurali tar-reġistrazzjonijiet tat-trade marks.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Dawn il-premessi għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni sabiex jiġi interpretat l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li din id-dispożizzjoni ma tiddeterminax b'mod ċar ħafna l-bidu tal-perijodu ta' użu u, għaldaqstant, id-data inizjali li minnha jibda jiddekorri t-terminu ta' ħames snin. Fil-fatt, il-formulazzjoni tagħha tiddefinixxi din id-data inizjali b'referenza għall-proċedura ta' reġistrazzjoni, li huwa qasam li mhuwiex armonizzat mid-Direttiva. Kif issostni l-Kummissjoni, din il-formulazzjoni tippermetti li l-imsemmi terminu jiġi adattat għall-partikolaritajiet tal-proċeduri nazzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4705"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Istati Membri huma liberi jorganizzaw il-proċedura ta' reġistrazzjoni u għaldaqstant huma jistgħu jiddeċiedu meta din għandha tkun ikkunsidrata bħala kompluta.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-każ ta' reġistrazzjoni internazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa l-Istat Membru li fir-rigward tiegħu saret it-talba għal reġistrazzjoni li għandu jiddetermina l-mument meta tispiċċa l-proċedura ta' reġistrazzjoni permezz tar-regoli proċedurali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li jgħid li d-data ta' liskrizzjoni tat-trade mark fir-reġistru hija d-<QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva ma jistax jiġi aċċettat Dan l-argument iwassal, fil-fatt, sabiex l-imsemmija dispożizzjoni tiġi interpretata biss fid-dawl tar-regoli tal-proċedura Awstrijaċi, filwaqt li d-determinazzjoni tad-data li għaliha tirreferi din id-dispożizzjoni tista, għar-raġunijiet li ssemmew fil-punti preċedenti, tvarja minn leġiżlazzjoni nazzjonali għal oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda preliminari għandha tkun li d-<QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/>, fis-sens ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva għandha tiġi ddeterminata fkull Stat Membru skond ir-regoli tal-proċedura fir-rigward tar-reġistrazzjoni li jkunu fis-seħħ f'dak l-Istat.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4706"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju qiegħda tistaqsi jekk l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens li jeżistu raġunijiet leġittimi għan-nuqqas ta' użu ta' trade mark fil-każ fejn l-attwazzjoni, mill-propretarju ta' din it-trade mark, ta' l-istrateġija imprenditorjali segwita tiġi posposta għal raġunijiet li lkumpannija m'għandhiex kontroll fuqhom, jew inkella jekk il-proprjetarju tat-trade mark, fl-istess każ, huwiex obbligat jimmodifika din l-istrateġija biex ikun jista' juża it-trade mark fit-terminu preskritt</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li l-fatt li l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti koperti mit-trade mark in kwistjoni fil-kawża prinċipali ġiet posposta fis-suq Awstrijak kien ir-riżultat, minn naħa waħda, ta' l-istrateġija ta' Lidl li ma tikkummerċjalizzax dawn il-prodotti ħlief fil-ħwienet tagħha stess, u min-naħa l-oħra, tal-fatt li l-ftuħ ta' l-ewwel supermarkits Awstrijaċi tagħha dam minħabba <QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>ostakli burokratiċi<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Gvern Awstrijak għandu dubji dwar l-ammissibbiltà ta' din id-domanda, minħabba li din hija fformulata f'termini astratti ħafna u d-deskrizzjoni tal-fatti mhijiex konkreta biżżejjed.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalkemm id-digriet tar-rinviju jagħti biss sunt qasir tal-kuntest fattwali li fuqu hija bbażata t-tieni domanda, filwaqt li l-partijiet fil-kawża prinċipali jevokaw, min-naħa l-oħra, bosta elementi fattwali, madankollu din iċ-ċirkustanza ma tistax twassal, f'dan il-każ, għall-inammissibbiltà ta' din id-domanda. Fil-fatt, il-preżentazzjoni mill-qorti tar-rinviju tal-kuntest fattwali, anki jekk fil-qosor, tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tifhem b'mod suffiċjenti l-kuntest li fih saret id-domanda msemmija sabiex tingħata risposta utli għal din u sabiex l-imsemmija qorti tkun tista tiddeċiedi l-kawża prinċipali fid-dawl ta' l-elementi fattwali kollha, li hi biss tista tevalwa. Għaldaqstant, it-tieni domanda għandha tiġi kkunsidrata bħala ammissibbli.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4707"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu, l-osservazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar linterpretazzjoni ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva jaqblu li l-frażi <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>raġunijiet leġittimi<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/> għandha tingħata tifsira ta' ċirkustanzi li m'għandhomx x'jaqsmu jew li huma indipendenti mir-rieda ta' l-impriża kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, r-rikorrent fil-kawża prinċipali jispeċifika li strateġija imprenditorjali ma tista qatt, fiha nfisha, tikkostitwixxi raġuni skużabbli u li għandha, f'kull każ, tiġi evalwata l-imġiba konkreta tal-proprjetarju tat-trade mark meta ġie ffaċċjat biddiffikultajiet li m'għandhomx x'jaqsmu mal-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-konvenuta fil-kawża prinċipali tikkunsidra, nin-naħa tagħha, li diffikultajiet li m'għandhomx x'jaqsmu mal-kumpannija, li jdewmu l-attwazzjoni ta' l-istrateġija imprenditorjali fuq il-livell ekonomiku, jikkostitwixxu raġunijiet leġittimi għan-nuqqas ta' użu tat-trade mark.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni hija tal-fehma li ma jeżistux raġunijiet leġittimi għan-nuqqas ta' użu ta' trade mark meta l-attwazzjoni ta' l-istrateġija imprenditorjali segwita millproprjetarju ta' din it-trade mark, li hija ġeneralment ir-responsabbiltà ta' dan ta' l-aħħar, damet minħabba raġunijiet li m'għandhomx x'jaqsmu ma' dan il-proprjetarju, imma dan naqas milli jadatta l-istrateġija imprenditorjali fil-ħin.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Skond il-Gvern Awstrijak, jeżistu raġunijiet leġittimi għan-nuqqas ta' użu <HT TYPE="ITALIC">tat-trade mark</HT> meta dan jirriżulta minn dewmien fl-attwazzjoni ta' strateġija imprenditorjali ġenwinament immexxija, li huwa attribwibbli għal raġunijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mal-kumpannija, b'mod partikolari, raġunijiet legali jew raġunijiet ekonomiċi importanti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4708"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Gvern Franċiż isostni li l-frażi <QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>raġunijiet leġittimi<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/> għandha tfisser ċirkustanzi indipendenti mir-rieda ta' l-impriża, bħalma huma rekwiżiti imposti mill-awtoritajiet pubbliċi jew każijiet ta' forza maġġuri.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi evalwat jekk il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>raġunijiet leġittimi<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva għandux jiġi interpretat b'mod uniformi.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-eżiġenzi kemm ta' l-implementazzjoni uniformi tad-dritt Komunitarju kif ukoll mill-prinċipju ta' trattament ugwali li t-termini ta' dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju li ma jinkludu ebda referenza espliċita għad-dritt ta' l-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati s-sens u l-portata tagħha għandhom normalment jingħataw, fil-Komunità kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20030311">11 ta' Marzu 2003</DATE>, Ansul, C-40/01, punt 26 u tad-<DATE ISO="20000919">19 ta Settembru 2000</DATE>, Linster, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-287/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-6917">C-287/98, Ġabra p. I-6917, punt 43</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fis-sentenza Ansul, iċċitata iktar 'il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="201C"/>użu ġenwin<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="201D"/> ta' trade mark kif jintuża fl-Artikolu 10 u l-Artikolu 12 tad-Direttiva għandu jiġi interpretat b'mod uniformi (punt 31 tas-sentenza Ansul, iċċitata iktar 'il fuq). Fil-fatt, jirriżulta mis-sitt, mit-tmien u mid-disa' premessi tad-Direttiva kif ukoll mill-Artikoli 10 sa 15 tagħha, li l-leġiżlatur Komunitarju kellhu l-ħsieb li jissuġġetta ż-żamma tad-drittijiet tat-trade mark għall-istess kundizzjoni ta' użu ġenwin fkull Stat Membru, b'tali mod li l-livell ta' protezzjoni tat-trade mark ma jvarjax skond il-liġi applikabbli (punti 27 sa 29 tas-sentenza Ansul, iċċitata iktar 'il fuq). Billi l-għan tar-raġunijiet leġittimi huwa li jkunu jistgħu jiġu ġġustifikati sitwazzjonijiet fejn ma kienx hemm użu ġenwin ta' trade mark sabiex tiġi evitata rrevoka tat-trade mark, il-funzjoni tagħhom hi għaldaqstant marbuta mill-qrib ma' dik ta' l-użu ġenwin, b'tali mod li l-kunċett ta' raġunijiet leġittimi jissodisfa l-istess eżiġenzi ta' interpretazzjoni uniformi bħall-kunċett ta' użu ġenwin tat-trade mark.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tagħti interpretazzjoni uniformi tal-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0030" REF.END="QE0030" CODE="201C"/>raġunijiet leġittimi għan-nuqqas ta' użu<QUOT.END ID="QE0030" REF.START="QS0030" CODE="201D"/>, li għalih jirreferi l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4709"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva jirregola l-każ fejn trade mark kienet irreġistrata imma l-proprjetarju tagħha m'għamilx użu minnha. Jekk dan huwa l-każ matul perijodu kontinwu ta' ħames snin, il-proprjetarju jista jkun suġġett għar-revoka taddrittijiet tiegħu sakemm ma jkunx jista jinvoka raġunijiet leġittimi.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni ma tagħti ebda indikazzjoni dwar in-natura u l-karatteristiċi tar-<QUOT.START ID="QS0031" REF.END="QE0031" CODE="201C"/>raġunijiet leġittimi<QUOT.END ID="QE0031" REF.START="QS0031" CODE="201D"/> li hija ssemmi.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, il-Ftehim TRIPS, li tiegħu l-Komunità Ewropeja hija parti kontraenti, jittratta wkoll, fl-Artikolu 19(1) tiegħu, l-obbligu ta' użu tat-trade mark kif ukoll ir-raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw in-nuqqas ta' użu ta' din. Madankollu, iddefinizzjoni ta' dan il-kunċett, li jinsab fih, tista' tikkostitwixxi element ta' interpretazzjoni tal-kunċett simili ta' raġunijiet leġittimi użati fil-kuntest tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skond l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim TRIPS, huma kkunsidrati bħala raġunijiet validi dawk li jiġġustifikaw in-nuqqas ta' użu ċirkustanzi indipendenti mir-rieda tal-proprjetarju tat-trade mark u li jikkostitwixxu ostaklu għall-użu ta' din.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi ddeterminat liema tipi ta' ċirkustanzi jikkostitwixxu ostaklu għall-użu tat-trade mark fis-sens ta' l-imsemmija dispożizzjoni. Fil-fatt, mhijiex ħaġa rari li f'xi ħin jinqalgħu ċirkustanzi indipendenti mir-rieda tal-proprjetarju ta' trade mark li jfixklu l-preparazzjonijiet għall-użu ta' din it-trade mark. Madankollu, f'numru sostanzjali ta' każijiet dawn ikunu diffikultajiet li jistgħu jingħelbu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4710"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li t-tmien premessa tad-Direttiva tipprovdi li <QUOT.START ID="QS0032" REF.END="QE0032" CODE="201C"/>sabiex ikun imnaqqas t-total tan-numru tat-trade marks irreġistrati u protetti fil-Komunità [...], huwa essenzjali li jiġi meħtieġ li trade marks għandhom ikunu fil-fatt użati, jew jekk mhux użati, ikunu suġġetti għal revokazzjoni<QUOT.END ID="QE0032" REF.START="QS0032" CODE="201D"/>. Fid-dawl ta' din il-premessa, jidher li jekk tingħata portata kbira lill-kunċett ta' raġunijiet leġittimi għan-nuqqas ta' użu ta' trade mark dan imur kontra l-istruttura ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva. Fil-fatt, il-kisba ta' l-għan imsemmi fl-imsemmija premessa tiġi kompromessa jekk kull ostaklu, anke jekk minimu, imma li jkun indipendenti mirrieda tal-proprjetarju, huwa suffiċjenti biex jiġġustifika n-nuqqas ta' użu ta' din.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>B'mod partikolari, kif enfasizza ġustament l-Avukat Ġenerali fil-punt 79 tal-konklużjonijiet tiegħu, mhuwiex suffiċjenti li l-<QUOT.START ID="QS0033" REF.END="QE0033" CODE="201C"/>ostakli ta' natura burokratika<QUOT.END ID="QE0033" REF.START="QS0033" CODE="201D"/> bħal dawk allegati fil-kawża prinċipali ma jaqgħux fl-isfera tar-rieda tal-proprjetarju tat-trade mark, peress li dawk l-ostakli jridu, barra minn hekk, ikollhom relazzjoni diretta mat-trade mark, sal-punt li l-użu ta' din jiddependi mill-ikkompletar tal-proċeduri amministrattivi kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jingħad li mhuwiex neċessarju li l-ostaklu jirrendi l-użu tat-trade mark impossibbli sabiex dan jiġi kkunsidrat bħala li għandu relazzjoni diretta biżżejjed mat-trade mark, peress li dan jista jkun il-każ ukoll meta l-ostaklu jirrendi l-użu tagħha mhux raġonevoli. Fil-fatt, jekk ostaklu huwa tali li jikkomprometti serjament użu propizju tat-trade mark, ma jistax jiġi raġonevolment mistenni mill-proprjetarju tagħha li jużaha minkejja kollox. Għaldaqstant, per eżempju, il-proprjetarju ma jistax raġonevolment jintalab jikkummerċjalizza l-prodotti tiegħu mal-kompetituri tiegħu. F'każijiet bħal dawn, ma jidhirx li huwa raġonevoli li proprjetarju jintalab jimmodifika l-istrateġija imprenditorjali tiegħu sabiex jirrendi l-użu ta' din it-trade mark possibbli xorta waħda.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4711"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dan li huma biss l-ostakli li għandhom relazzjoni diretta biżżejjed mat-trade mark li jirrendu l-użu tagħha impossibbli jew mhux raġonevoli u li huma indipendenti mir-rieda tal-proprjetarju li jistgħu jikkwalifikaw bħala <QUOT.START ID="QS0034" REF.END="QE0034" CODE="201C"/>raġunijiet leġittimi għan-nuqqas ta' użu<QUOT.END ID="QE0034" REF.START="QS0034" CODE="201D"/> tat-trade mark. Għandu jiġi evalwat, każ b'każ jekk bidla fl-istrateġija imprenditorjali sabiex jingħeleb l-ostaklu twassalx għal użu tat-trade mark mhux raġonevoli. Hija l-qorti tar-rinviju li qed tieħu konjizzjoni tal-kawża prinċipali u hija biss tista' tikkonstata l-fatti relevanti, li tista' tagħmel din levalwazzjoni fil-kuntest ta' din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda preliminari għandha tkun li l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu <QUOT.START ID="QS0035" REF.END="QE0035" CODE="201C"/>raġunijiet leġittimi għan-nuqqas ta' użu<QUOT.END ID="QE0035" REF.START="QS0035" CODE="201D"/> ta' trade mark dawk l-ostakli li għandhom relazzjoni diretta biżżejjed mat-trade mark li jirrendu l-użu tagħha impossibbli jew mhux raġonevoli u li huma indipendenti mir-rieda tal-proprjetarju. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa l-elementi ta' fatt tal-kawża prinċipali fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjonijiet ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Id-<QUOT.START ID="QS0036" REF.END="QE0036" CODE="201C"/>data li fiha tkun ġiet kompluta l-proċedura tar-reġistrazzjoni<QUOT.END ID="QE0036" REF.START="QS0036" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 10(1) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-<DATE ISO="19881221">21 ta' Diċembru 1988</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks, għandha tiġi ddeterminata f'kull Stat Membru skond ir-regoli tal-proċedura fir-rigward tar-reġistrazzjoni li jkunu fis-seħħ f'dak l-Istat,</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-4712"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu <QUOT.START ID="QS0037" REF.END="QE0037" CODE="201C"/>raġunijiet leġittimi għan-nuqqas ta' użu<QUOT.END ID="QE0037" REF.START="QS0037" CODE="201D"/> ta' trade mark dawk l-ostakli li għandhom relazzjoni diretta biżżejjed mat-trade mark li jirrendu l-użu tagħha impossibbli jew mhux raġonevoli u li huma indipendenti mir-rieda tal-proprjetarju, Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa l-elementi ta' fatt tal-kawża prinċipali fid-dawl ta' dawn ilkunsiderazzjonijiet,</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>