European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6785

29.12.2025

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni relatata ma' riżorsi finanzjarji addizzjonali għar-Regolament EDIP

(C/2025/6785)

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqsmu l-fehma li r-Regolament EDIP għandu jkun mgħammar b'riżorsi finanzjarji addizzjonali.

Għal dan l-għan, ir-Regolament EDIP jipprevedi speċifikament il-possibbiltà ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew partijiet terzi oħra u jirreferi espressament għall-Fond għall-Aċċellerazzjoni tat-Trasformazzjoni tal-Ktajjen tal-Provvista tad-Difiża (FAST) f'dan ir-rigward.

Fid-dawl ta' dan u filwaqt li jitqies ir-rwol ċentrali tal-FAST fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' manifattura fid-difiża tal-SMEs u tal-mid-caps żgħar li b'mod partikolari jeħtieġu investimenti, tali kontribuzzjonijiet addizzjonali għandhom jiġu allokati bħala prijorità lill-FAST u jikkomplementaw l-ammonti allokati mill-pakkett ta' €1 200 miljun imsemmi fl-Artikolu 3(1), bl-għan li l-ammont indikattiv ġenerali għal dak il-fond partikolari taħt il-Programm jilħaq mill-inqas €150 miljun, filwaqt li jiġu rispettati l-prerogattivi tal-awtorità baġitarja.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6785/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)