31998D0522



Official Journal L 232 , 19/08/1998 P. 0025 - 0027


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta' Ġunju 1998

dwar Regolament tekniku komuni għal ħtiġiet ta' riċevituri għas-sistema pubblika terrestri msaħħa ta' messaġġi bir-radju (ERMES) (it-tieni edizzjoni)

(notifikata taħt dokument numru K (1998) 1615)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(98/522/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li għandha x'taqsam mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1],

Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika t-tip ta' tagħmir terminali li għalih huwa meħtieġ regolament tekniku komuni, kif ukoll id-dikjarazzjoni dwar il-qasam ta' applikazzjoni assoċjat miegħu;

Billi għandhom ikunu adottati l-istandards armonizzat korrispondenti, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li għandhom jitbiddlu f'regolamenti tekniċi komuni;

Billi biex tkun żgurata kontinwità fl-aċċess għas-swieq għall-manifatturi, huwa meħtieġ li jkunu permessi arranġamenti transitorji dwar tagħmir approvat skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/290/KE [2];

Billi r-Regolament tekniku komuni adottat f'din id-Deċiżjoni huwa fi qbil ma’ l-opinjoni ta' l-ACTE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal tagħmir terminali maħsub biex jitwaħħal mas-sistema pan-Ewropea ta' radio-paging terrestri magħrufa bħala sistema avvanzata ta' messaġġi bir-radju (ERMES) u li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-istandard armonizzat identifikat fl-Artikolu 2(1).

2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri l-ħtiġiet ta' riċevitur għal tagħmir terminali ERMES.

Artikolu 2

1. Dan ir-Regolment tekniku komuni għandu jinkludi l-istandard armonizzat imħejji mill-korp ta' standardizzazzjoni relevanti li jimplimenta sal-limitu applikabbli l-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 5(d), (e), (f) u (g) tad-Direttiva 98/13/KE. Ir-referenza għall-istandard hija mniżżla fl-Anness.

2. It-tagħmir terminali kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-Regolament tekniku komuni msemmi fil-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġiet essenzjali imsemmija fl-Artikolu 5(a) u (b) tad-Direttiva 98/13/KE, u għandu jilħaq il-ħtiġiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [3] u 89/336/KEE [4].

Artikolu 3

Korpi notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri imsemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KE għandhom, fir-rigward ta' tagħmir terminali kopert bl-Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw li jkun użat l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness fi żmien 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1. Id-Deċiżjoni 95/290/KE għandha tkun revokata b'effett minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

2. Tagħmir terminali approvat taħt id-Deċiżjoni 95/290/KE jista' jitkompla jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-17 ta' Ġunju, 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1.

[2] ĠU L 181, tat-2.8.1995, p. 21.

[3] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29.

[4] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

Riferenza għall-istandard armonizzat applikabbli

L-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni huwa:

Tagħmir u sistemi tar-radju (RES);

Sistema Imsaħħa ta' Messaġġi bir-Radju (ERMES);

Ħtiġiet tar-riċevituri

ETSI

Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni

Segretarjat ta' ETSI

TBR 7 — it-tieni edizzjoni — Ottubru ta' l-1997

(eskluża d-daħla)

Tagħrif addizzjonali:

L- Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1].

L-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq ġie prodott skond mandat maħruġ fi qbil mal-proċeduri relevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE.

It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq jista’ jinkiseb mill-:

Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni 650 Route des Lucioles F-06921 Sophia Antipolis Cedex | Kummissjoni Ewropea DG XIII/A/2 - (BU 31, 1/7), Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussels |

jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli li tagħmel l-istandards ETSI disponibbli, li lista tagħhom tista’ tinstab fuq l-Internet fl-indirizz www.ispo.cec.be.

[1] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8.

--------------------------------------------------