|
24.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9501 — I Squared Capital Advisors/PEMA)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 320/03)
1.
Fit-13 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
I Squared Capital Advisors, LLC (“I Squared”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
PEMA GmbH u s-sussidjarji tagħha (“PEMA”, il-Ġermanja), li bħalissa huma proprjetà ta’ Société Générale S.A (Franza). |
I Squared takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ PEMA kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal I Squared: maniġer tal-investiment tal-infrastruttura globali indipendenti li jiffoka fuq l-enerġija, l-utilitajiet, it-telekomunikazzjoni u t-trasport fl-Amerki, fl-Ewropa u fl-Asja. Permezz ta’ TIP Trailer Services, I Squared hija attiva fil-lokazzjoni operatorja ta’ trejlers tqal u fil-provvista ta’ servizzi integrati fl-Ewropa u fil-Kanada.
— għal PEMA: fornitur ta’ lokazzjoni operatorja ta’ trakkijiet u trejlers tqal fl-Ewropa.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9501 — I Squared Capital Advisors/PEMA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (fir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).