European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2248

7.11.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2248

tal-4 ta’ Novembru 2025

dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Spanja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2076

(notifikata bid-dokument C(2025) 7515)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda hija marda infettiva li tinġarr minn vettur u li taffettwa lill-annimali bovini. L-okkorrenza tagħha tista’ tħalli impatt sever fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, filwaqt li tikkawża wkoll disturb fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

Fil-każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-annimali bovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali bovini, b’mod partikolari minħabba l-mod ta’ trażmissjoni tagħha permezz tal-vetturi.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, u ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi mill-inqas żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, aktar żoni ristretti madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2076 (4) tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza interim relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Spanja. B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2076 tirrikjedi l-istabbiliment ta’ żona ristretta, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 f’dak l-Istat Membru, li trid tinkludi ż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5)

Sa mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2076, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni b’16-il tifqigħa addizzjonali tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini fir-Reġjuni ta’ Alt d’Ampordà, Baix Empordà, Garrotxa, Gironès, Maresme, Osona, Pla de l’Estany, Selva u Valles Oriental, il-Provinċja ta’ Girona, fil-Komunità tal-Katalonja li ġew ikkonfermati bejn it-8 u s-27 ta’ Ottubru 2025. Barra minn hekk, Franza nnotifikat tmien tifqigħat tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini f’żoni li jmissu mal-Komunità tal-Katalonja, fi Spanja, matul l-istess perjodu. B’reazzjoni għal dawn it-tifqigħat, Spanja stabbiliet żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-Komunità tal-Katalonja, fejn jiġu applikati l-miżuri għall-kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(6)

Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fiż-żoni milquta minn dik il-marda, iżda anke fatturi epidemjoloġiċi oħra, inklużi l-parametri ġeografiċi u r-riskju li l-marda tkompli tinxtered. Meta ntgħażlet id-durata tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni tqiesu wkoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (5).

(7)

Ir-Regolament (UE) 2016/429, u b’mod partikolari l-Artikolu 69 tiegħu, jipprevedi li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tuża tilqim protettiv ta’ emerġenza meta jkun meħtieġ għall-kontroll effettiv ta’ marda elenkata fl-annimali miżmuma. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti trid tistabbilixxi żoni ta’ tilqim u timplimenta pjan uffiċjali ta’ tilqim li jissodisfa rekwiżiti speċifiċi. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 (6), li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-regoli speċifiċi li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri meta jużaw tilqim protettiv ta’ emerġenza fl-annimali bovini għall-prevenzjoni jew għall-kontroll ta’ marda elenkata. Dak ir-Regolament Delegat jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jiġu permessi l-movimenti tal-annimali mlaqqma u tal-prodotti tagħhom. Il-kundizzjonijiet speċifiċi għat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda huma stabbiliti fl-Anness IX ta’ dak ir-Regolament Delegat.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/140 (7) jistabbilixxi r-regoli fir-rigward tal-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, tal-vaċċini u tar-reaġenti dijanjostiċi. B’mod partikolari, l-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi r-rekwiżiti proċedurali u tekniċi għall-Istati Membri biex jitolbu aċċess ta’ emerġenza għall-vaċċini, inklużi dawk għall-marda tal-infafet fil-ġilda, mill-banek tal-vaċċini.

(9)

Fit-8 ta’ Ottubru 2025, Spanja ppreżentat lill-Kummissjoni informazzjoni preliminari dwar il-pjan uffiċjali tagħha ta’ tilqim għat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda, li tipprovdi dettalji dwar l-ambitu ġeografiku u amministrattiv taż-żoni ta’ tilqim, l-għadd ta’ stabbilimenti u annimali li għandhom jitlaqqmu, u d-durata tat-tilqim, kif meħtieġ mill-Artikolu 6(4), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361. Spanja talbet ukoll dożi suffiċjenti ta’ vaċċini mill-bank tal-vaċċini tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/140 sabiex tibda t-tilqim protettiv ta’ emerġenza fiż-żona ristretta fil-Provinċja ta’ Girona.

(10)

Il-kundizzjonijiet li fihom Spanja trid tapplika tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, kif ukoll il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju li għandhom jittieħdu għall-moviment tal-annimali u tal-prodotti tagħhom miż-żoni ta’ tilqim, huma stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361. F’konformità ma’ dawk il-kundizzjonijiet, it-tilqim jista’ jiġi implimentat fiż-żoni ta’ tilqim I jew II, skont il-konferma tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda.

(11)

It-tip, id-daqs u d-durata taż-żoni ta’ tilqim jista’ jkollhom bżonn jiġu aġġustati fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tevolvi u tal-progress tal-kampanji tat-tilqim, b’mod partikolari filwaqt li jitqies il-livell li qed jevolvi tal-kopertura tal-vaċċin miksub. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu indikati, fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, id-dati għad-durata taż-żoni ta’ tilqim.

(12)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali u r-riskju li l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda tista’ tinfirex minn annimali bovini infettati b’mod subkliniku, huwa meħtieġ li jiġi pprojbit il-moviment ta’ dawn l-annimali minn kwalunkwe post fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetri esterni ta’ dawk iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fi Spanja jew barra minn dak l-Istat Membru.

(13)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u biex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ, jenħtieġ li ż-żoni identifikati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll iż-żona ta’ tilqim, jiġu stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, u tiġi ddeterminata d-durata ta’ dawk il-miżuri, f’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru.

(14)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza legali, jenħtieġ li ż-żona ristretta u ż-żona ta’ tilqim jiġu definiti b’mod ċar f’termini tal-ambitu ġeografiku tagħhom u tad-durata tagħhom biex jiġi evitat aktar tixrid tal-marda fi Spanja, lejn Stati Membri oħra, jew lejn pajjiżi terzi. Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni japplikaw malajr kemm jista’ jkun.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2076 titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

(16)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Spanja għandha tistabbilixxi:

(a)

żona ristretta, li tkun tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu. Iż-żoni ta’ protezzjoni u ż-żoni ta’ sorveljanza, rispettivament, għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala tali fl-Anness I;

(b)

iż-żoni ta’ tilqim I u II, f’konformità mal-Parti 1 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness. Dawn iż-żoni ta’ tilqim għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala tali fl-Anness II.

(c)

barra minn hekk, Spanja għandha tipprevedi l-miżuri meħtieġa li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll fiż-żoni ta’ tilqim I u II, imsemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu rispettivament, li għandhom jiġu applikati mill-inqas sad-dati elenkati fl-Annessi.

Artikolu 2

Spanja għandha tipprojbixxi l-movimenti tal-annimali bovini miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti fl-Anness I lejn destinazzjoni li tinsab barra mill-perimetru estern ta’ dawk iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew barra minn dak l-Istat Membru sad-dati elenkati f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2076 b’dan titħassar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2076 tal-10 ta’ Ottubru 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Spanja (ĠU L, 2025/2076, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2076/oj).

(5)   https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 tat-28 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 52, 20.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/361/oj).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/140 tas-16 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, tal-vaċċini u tar-reaġenti dijanjostiċi (ĠU L 23, 2.2.2022, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/140/oj).


ANNESS I

Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħa kkonfermata

Żona amministrattiva u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fi Spanja, kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-Reġjuni ta’ Alt d’Ampordà, Baix Empordà, Garrotxa, Girones, Maresme, Osona, Pla de l’Estany, Selva u Valles Oriental

ES-LSD-2025-00001

ES-LSD-2025-00002

ES-LSD-2025-00003

ES-LSD-2025-00004

ES-LSD-2025-00005

ES-LSD-2025-00006

ES-LSD-2025-00007

ES-LSD-2025-00008

ES-LSD-2025-00009

ES-LSD-2025-00010

ES-LSD-2025-00011

ES-LSD-2025-00012

ES-LSD-2025-00013

ES-LSD-2025-00014

ES-LSD-2025-00015

ES-LSD-2025-00016

ES-LSD-2025-00017

ES-LSD-2025-00018

Żona ta’ protezzjoni:

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Alt d’Ampordà:

—

Agullana

—

Albanyà

—

Armentera (L’)

—

Avinyonet de Puigventós

—

Bàscara

—

Biure

—

Boadella i les Escaules

—

Borrassà

—

Cabanelles

—

Cabanes

—

Cadaqués

—

Cantallops

—

Capmany

—

Castelló d’mpúries

—

Cistella

—

Colera

—

Darnius

—

Escala (L’)

—

Espolla

—

Far d’Empordà (El)

—

Figueres

—

Fortià

—

Garrigàs

—

Garriguella

—

Jonquera (La)

—

Lladó

—

Llançà

—

Llers

—

Maçanet de Cabrenys

—

Masarac

—

Mollet de Peralada

—

Navata

—

Ordis

—

Palau de Santa Eulàlia

—

Palau-saverdera

—

Pau

—

Pedret i Marzà

—

Peralada

—

Pont de Molins

—

Pontós

—

Port de la Selva (El)

—

Portbou

—

Rabós

—

Riumors

—

Roses

—

Sant Climent Sescebes

—

Sant Llorenç de la Muga

—

Sant Miquel de Fluvià

—

Sant Mori

—

Sant Pere Pescador

—

Santa Llogaia d’Àlguema

—

Saus, Camallera i Llampaies

—

Selva de Mar (La)

—

Siurana

—

Terrades

—

Torroella de Fluvià

—

Vajol (La)

—

Ventalló

—

Vilabertran

—

Viladamat

—

Vilafant

—

Vilajuïga

—

Vilamacolum

—

Vilamalla

—

Vilamaniscle

—

Vilanant

—

Vila-sacra

—

Vilaür

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Baix Empordà:

—

Albons

—

Bellcaire d’Empordà

—

Bisbal d’Empordà (La)

—

Calonge

—

Castell-Platja d’Aro

—

Colomers

—

Corçà

—

Cruïlles, Monells i Sant Sadurní de l’Heura

—

Foixà

—

Forallac

—

Garrigoles

—

Jafre

—

Palamós

—

Pera (La)

—

Rupià

—

Sant Feliu de Guíxols

—

Santa Cristina d’Aro

—

Serra de Daró

—

Tallada d’Empordà (La)

—

Torroella de Montgrí

—

Ullà

—

Ultramort

—

Vall-llobrega

—

Verges

—

Vilopriu

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Garrotxa:

—

Beuda

—

Maià de Montcal

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Girones:

—

Aiguaviva

—

Bescanó

—

Bordils

—

Campllong

—

Canet d’Adri

—

Cassà de la Selva

—

Celrà

—

Cervià de Ter

—

Flaçà

—

Fornells de la Selva

—

Girona

—

Juià

—

Llagostera

—

Llambilles

—

Madremanya

—

Quart

—

Salt

—

Sant Andreu Salou

—

Sant Gregori

—

Sant Joan de Mollet

—

Sant Jordi Desvalls

—

Sant Julià de Ramis

—

Sant Martí de Llémena

—

Sant Martí Vell

—

Sarrià de Ter

—

Vilablareix

—

Viladasens

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Maresme:

—

Torderes

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Pla de l’Estany:

—

Banyoles

—

Cornellà del Terri

—

Crespià

—

Esponellà

—

Fontcoberta

—

Palol de Revardit

—

Serinyà

—

Vilademuls

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Selva:

—

Anglès

—

Blanes

—

Brunyola

—

Caldes de Malavella

—

Fogars de la Selva

—

Lloret de Mar

—

Maçanet de la Selva

—

Massanes

—

Riudarenes

—

Riudellots de la Selva

—

Sant Julià del Llor i Bonmatí

—

Santa Coloma de Farners

—

Sils

—

Tossa de Mar

—

Vidreres

—

Vilobí d’Onyar

5.12.2025

Żona ta’ sorveljanza:

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Alt d’Ampordà:

—

Agullana

—

Albanyà

—

Armentera (L’)

—

Avinyonet de Puigventós

—

Bàscara

—

Biure

—

Boadella i les Escaules

—

Borrassà

—

Cabanelles

—

Cabanes

—

Cadaqués

—

Cantallops

—

Capmany

—

Castelló d’mpúries

—

Cistella

—

Colera

—

Darnius

—

Escala (L’)

—

Espolla

—

Far d’Empordà (El)

—

Figueres

—

Fortià

—

Garrigàs

—

Garriguella

—

Jonquera (La)

—

Lladó

—

Llançà

—

Llers

—

Maçanet de Cabrenys

—

Masarac

—

Mollet de Peralada

—

Navata

—

Ordis

—

Palau de Santa Eulàlia

—

Palau-saverdera

—

Pau

—

Pedret i Marzà

—

Peralada

—

Pont de Molins

—

Pontós

—

Port de la Selva (El)

—

Portbou

—

Rabós

—

Riumors

—

Roses

—

Sant Climent Sescebes

—

Sant Llorenç de la Muga

—

Sant Miquel de Fluvià

—

Sant Mori

—

Sant Pere Pescador

—

Santa Llogaia d’Àlguema

—

Saus, Camallera i Llampaies

—

Selva de Mar (La)

—

Siurana

—

Terrades

—

Torroella de Fluvià

—

Vajol (La)

—

Ventalló

—

Vilabertran

—

Viladamat

—

Vilafant

—

Vilajuïga

—

Vilamacolum

—

Vilamalla

—

Vilamaniscle

—

Vilanant

—

Vila-sacra

—

Vilaür

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Baix Empordà:

—

Albons

—

Bellcaire d’Empordà

—

Bisbal d’Empordà (La)

—

Calonge

—

Castell-Platja d’Aro

—

Colomers

—

Corçà

—

Cruïlles, Monells i Sant Sadurní de l’Heura

—

Foixà

—

Forallac

—

Garrigoles

—

Jafre

—

Palamós

—

Pera (La)

—

Rupià

—

Sant Feliu de Guíxols

—

Santa Cristina d’Aro

—

Serra de Daró

—

Tallada d’Empordà (La)

—

Torroella de Montgrí

—

Ullà

—

Ultramort

—

Vall-llobrega

—

Verges

—

Vilopriu

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Garrotxa:

—

Beuda

—

Maià de Montcal

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Girones:

—

Aiguaviva

—

Bescanó

—

Bordils

—

Campllong

—

Canet d’Adri

—

Cassà de la Selva

—

Celrà

—

Cervià de Ter

—

Flaçà

—

Fornells de la Selva

—

Girona

—

Juià

—

Llagostera

—

Llambilles

—

Madremanya

—

Quart

—

Salt

—

Sant Andreu Salou

—

Sant Gregori

—

Sant Joan de Mollet

—

Sant Jordi Desvalls

—

Sant Julià de Ramis

—

Sant Martí de Llémena

—

Sant Martí Vell

—

Sarrià de Ter

—

Vilablareix

—

Viladasens

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Maresme:

—

Torderes

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Pla de l’Estany:

—

Banyoles

—

Cornellà del Terri

—

Crespià

—

Esponellà

—

Fontcoberta

—

Palol de Revardit

—

Serinyà

—

Vilademuls

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Selva:

—

Anglès

—

Blanes

—

Brunyola

—

Caldes de Malavella

—

Fogars de la Selva

—

Lloret de Mar

—

Maçanet de la Selva

—

Massanes

—

Riudarenes

—

Riudellots de la Selva

—

Sant Julià del Llor i Bonmatí

—

Santa Coloma de Farners

—

Sils

—

Tossa de Mar

—

Vidreres

—

Vilobí d’Onyar

6.12.2025 – 22.12.2025

Żona ta’ sorveljanza:

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Baix Empordà

—

Begur

—

Fontanilles

—

Gualta

—

Mont-ras

—

Palafrugell

—

Palau-sator

—

Pals

—

Parlavà

—

Regencós

—

Torrent

—

Ullastret

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Garrotxa:

—

Argelaguer

—

Besalú

—

Castellfollit de la Roca

—

Mieres

—

Montagut i Oix

—

Olot

—

Planes d’Hostoles (Les)

—

Preses (Les)

—

Riudaura

—

Sales de Llierca

—

Sant Aniol de Finestres

—

Sant Feliu de Pallerols

—

Sant Ferriol

—

Sant Jaume de Llierca

—

Sant Joan les Fonts

—

Santa Pau

—

Tortellà

—

Vall de Bianya (La)

—

Vall d’en Bas (La)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Maresme:

—

Arenys de Mar

—

Arenys de Munt

—

Argentona

—

Caldes d’Estrac

—

Calella

—

Canet de Mar

—

Dosrius

—

Malgrat de Mar

—

Mataró

—

Palafolls

—

Pineda de Mar

—

Sant Andreu de Llavaneres

—

Sant Cebrià de Vallalta

—

Sant Iscle de Vallalta

—

Sant Pol de Mar

—

Sant Vicenç de Montalt

—

Santa Susanna

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Osona:

—

Brull (El)

—

Calldetenes

—

Espinelves

—

Folgueroles

—

Gurb

—

Malla

—

Manlleu

—

Masies de Roda (Les)

—

Roda de Ter

—

Rupit i Pruit

—

Sant Julià de Vilatorta

—

Sant Pere de Torelló

—

Sant Sadurní d’Osormort

—

Santa Eugènia de Berga

—

Santa Maria de Corcó

—

Seva

—

Taradell

—

Tavèrnoles

—

Tavertet

—

Tona

—

Vic

—

Vidrà

—

Viladrau

—

Vilanova de Sau

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Pla de l’Estany:

—

Camós

—

Porqueres

—

Sant Miquel de Campmajor

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Pla de l’Estany:

—

Camprodon

—

Molló

—

Sant Pau de Segúries

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Selva:

—

Amer

—

Arbúcies

—

Breda

—

Cellera de Ter (La)

—

Hostalric

—

Osor

—

Riells i Viabrea

—

Sant Feliu de Buixalleu

—

Sant Hilari Sacalm

—

Susqueda

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Valles Oriental:

—

Aiguafreda

—

Campins

—

Cànoves i Samalús

—

Cardedeu

—

Figaró-Montmany

—

Fogars de Montclús

—

Franqueses del Vallès (Les)

—

Garriga (La)

—

Gualba

—

Llinars del Vallès

—

Montseny

—

Roca del Vallès (La)

—

Sant Antoni de Vilamajor

—

Sant Celoni

—

Sant Esteve de Palautordera

—

Sant Pere de Vilamajor

—

Santa Maria de Palautordera

—

Tagamanent

—

Vallgorguina

—

Vilalba Sasserra

22.12.2025

Ir-Reġjun ta’ Occitania, Franza

FR-LSD-2025-00084

FR-LSD-2025-00085

FR-LSD-2025-00086

FR-LSD-2025-00088

FR-LSD-2025-00089

FR-LSD-2025-00090

FR-LSD-2025-00093

FR-LSD-2025-00094

Żona ta’ protezzjoni:

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Ripolles:

—

Campelles

—

Llanars

—

Ogassa

—

Pardines

—

Planoles

—

Queralbs

—

Ribes de Freser

—

Setcases

—

Toses

—

Vilallonga de Ter

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Cerdanya:

—

Llívia

27.11.2025

Żona ta’ sorveljanza

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Ripolles:

—

Campelles

—

Llanars

—

Ogassa

—

Pardines

—

Planoles

—

Queralbs

—

Ribes de Freser

—

Setcases

—

Toses

—

Vilallonga de Ter

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Cerdanya:

—

Llívia

28.11.2025 – 14.12.2025

Żona ta’ sorveljanza

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Alt Urgell:

—

Cava

—

Josa i Tuixén

—

Pont de Bar (El)

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Bergueda:

—

Bagà

—

Berga

—

Borredà

—

Castell de l’Areny

—

Castellar de n’Hug

—

Cercs

—

Fígols

—

Gisclareny

—

Gósol

—

Guardiola de Berguedà

—

Nou de Berguedà (La)

—

Olvan

—

Pobla de Lillet (La)

—

Quar (La)

—

Sagàs

—

Saldes

—

Sant Jaume de Frontanyà

—

Sant Julià de Cerdanyola

—

Santa Maria de Merlès

—

Vallcebre

—

Vilada

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Cerdanya:

—

Alp

—

Bellver de Cerdanya

—

Bolvir

—

Das

—

Fontanals de Cerdanya

—

Ger

—

Guils de Cerdanya

—

Isòvol

—

Lles de Cerdanya

—

Meranges

—

Montellà i Martinet

—

Prats i Sansor

—

Prullans

—

Puigcerdà

—

Riu de Cerdanya

—

Urús

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Osona:

—

Alpens

—

Lluçà

—

Masies de Voltregà (Les)

—

Montesquiu

—

Olost

—

Orís

—

Perafita

—

Sant Agustí de Lluçanès

—

Sant Boi de Lluçanès

—

Sant Hipòlit de Voltregà

—

Sant Martí d’Albars

—

Sant Quirze de Besora

—

Sant Vicenç de Torelló

—

Santa Cecília de Voltregà

—

Santa Maria de Besora

—

Sobremunt

—

Sora

—

Torelló

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Ripolles:

—

Campdevànol

—

Gombrèn

—

Llosses (Les)

—

Ripoll

—

Sant Joan de les Abadesses

—

Vallfogona de Ripollès

14.12.2025


ANNESS II

Żona ta’ tilqim II

Iż-żoni elenkati fl-Anness I sal-aħħar jum tal-perjodu ta’ rkupru, imsemmi fl-Anness IX, il-Parti 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361.

Żona ta’ tilqim I

Iż-żoni li ġejjin sal-aħħar jum tal-perjodu ta’ rkupru, imsemmi fl-Anness IX, il-Parti 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361:

Żona amministrattiva

Żona ta’ tilqim I

Il-Komunitajiet ta’ Catalunya u Aragón

It-territorju kollu tar-Reġjuni ta’ Pla d’Urgell, La Noguera, Segarra, Anoia, Alt Penedès, Garraf, Baix Llobregat, Barcelonès, Vallès Occidental, Bages, Moianès, Solsonès, Pallars Jussà, Pallars Sobirà, Alta Ribagorça, Vall d’Aran, Alt Urgell, il-partijiet ta’ Cerdanya, Berguedà, Osona, Vallès Oriental u Maresme mhux inklużi fiż-Żona II, kollha fil-Komunità Awtonoma ta’ Catalunya

Il-muniċipalitajiet li ġejjin mir-Reġjun ta’ Segrià (il-Komunità Awtonoma ta’ Catalunya)

—

Alamús,

—

Alcoletge,

—

Alfarràs, Alguaire,

—

Almenar,

—

Almacelles,

—

Alpicat,

—

Benavent de Segrià,

—

Corbins,

—

Lleida,

—

Portella,

—

Rosselló,

—

Torrefarrera,

—

Torre-serona,

—

Vilanova de la Barca

—

Vilanova de Segrià

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fir-Reġjun ta’ Tamarite de Litera (il-Komunità Awtonoma ta’ Aragón):

—

Albelda,

—

Alcampell,

—

Altorricón,

—

Baélls,

—

Baldellou,

—

Camporrélls,

—

Castillonroy,

—

Tamarite de Litera

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fir-Reġjun ta’ Graus (il-Komunità Awtonoma ta’ Aragón):

—

Arén,

—

Benabarre,

—

Beranuy,

—

Campo,

—

Capella,

—

Castigaleu,

—

Estopiñán del Castillo,

—

Foradada del Toscar,

—

Graus,

—

Isábena,

—

Lascuarre,

—

Monesma y Cajigar,

—

Perarrúa,

—

La Puebla de Castro,

—

Secastilla,

—

Sopeira,

—

Tolva,

—

Torre la Ribera,

—

Valle de Bardají,

—

Valle de Lierp,

—

Viacamp y Litera

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fir-Reġjun ta’ Castejón de Sos (il-Komunità Awtonoma ta’ Aragón):

—

Benasque,

—

Bisaurri,

—

Bonansa,

—

Castejón de Sos,

—

Chía,

—

Laspaúles,

—

Montanuy,

—

Sahún,

—

Seira,

—

Sesué

—

Villanova


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2248/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)