<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-14/21</NO.CASE><NO.CASE>C-15/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CO0014</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:149">EU:C:2021:149</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal-<DATE ISO="20210225">25.2.2021</DATE> – Kawżi C‑14/21 u C‑15/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">SEA Watch</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-viċi-president tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P><P><DATE ISO="20210225">25 ta’ Frar 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura mħaffa</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ effett utli</KEYWORD><KEYWORD>Rabta ma’ proċedura nazzjonali għal miżuri provviżorji</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑14/21 u C‑15/21,</P><P>li għandhom bħala suġġett żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari, skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Sicilia (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal Sicilia, l-Italja), permezz ta’ digrieti tat-<DATE ISO="20201223">23 ta’ Diċembru 2020</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20210108">8 ta’ Jannar 2021</DATE>, fil-proċeduri</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">SEA Watch eV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>kontra</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti</HT> (C‑14/21 u C‑15/21),</P><P><HT TYPE="BOLD">Capitaneria di Porto di Palermo</HT> (C‑14/21),</P><P><HT TYPE="BOLD">Capitaneria di Porto di Porto Empedocle</HT> (C‑15/21),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-PRESIDENT TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,</P><P>wara li nstemgħu l-Imħallef Relatur, J. Passer, u l-Avukat Ġenerali, A. Rantos,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE> dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="131" PAGE.FIRST="57" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 131, p. 57</REF.DOC.OJ>), u tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar, konkluża f’Londra fl-<DATE ISO="19741101">1 ta’ Novembru 1974</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti</HT>, Vol. 1185, Nru 18961, p. 3).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ kawżi bejn, minn naħa, Sea Watch eV u l-Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti (il-Ministeru għall-Infrastruttura u għat-Trasport, l-Italja) kif ukoll il-Capitaneria di Porto di Palermo (il-kapitanerija tal-port ta’ Palermo, l-Italja) u, min-naħa<?PAGE NO="2"?> l-oħra, Sea Watch u dan l-istess ministeru kif ukoll il-Capitaneria di Porto di Porto di Porto Empedocle (il-kapitenerija tal-port ta’ Porto Empedocle, l-Italja) dwar żewġ ordnijiet ta’ arrest mogħtija, rispettivament minn kull waħda minn dawn il-kapiteneriji u li jirrigwardaw, rispettivament, il-bastimenti msejħa <HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 4</HT> u <HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 3</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Sea Watch hija organizzazzjoni umanitarja mingħajr skop ta’ lukru li għandha s-sede tagħha f’Berlin (il-Ġermanja). L-istatuti tagħha jistipulaw li l-għan tagħha huwa, b’mod partikolari, is-salvataġġ ta’ persuni f’sitwazzjoni ta’ diffikultà fil-baħar kif ukoll iż-żamma u l-operat ta’ bastimenti, dgħajjes u apparat tat-titjir sabiex jiġu salvati dawn il-persuni. B’konformità ma’ dan l-għan, hija teżerċita fil-prattika attivitajiet ta’ riċerka u ta’ salvataġġ ta’ persuni fil-Baħar Mediterran permezz ta’ bastimenti li tagħhom hija kemm is-sid kif ukoll l-operatur. Fost dawn il-bastimenti hemm b’mod partikolari żewġ bastimenti, imsejħa rispettivament <HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 3</HT> u <HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 4</HT>, li huma rreġistrati fir-reġistru nazzjonali Ġermaniż, li jtajru l-bandiera Ġermaniża u li kull wieħed minnhom ġie ċċertifikat minn korp ta’ klassifikazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni stabbilit fil-Ġermanja bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>bastiment ta’ tagħbija ġenerali — polivalenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Matul is-sajf tal-2020, is-<HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 3</HT> u <HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 4</HT> telqu mill-port ta’ Burriana (Spanja) u salvaw diversi mijiet ta’ persuni li kienu jinsabu f’sitwazzjoni ta’ diffikultà fl-ilmijiet internazzjonali tal-Baħar Mediterran. Sussegwentement, il-kmandanti rispettivi ta’ dawn il-bastimenti ġew informati mill-Italian Maritime Rescue Coordination Centre (iċ-Ċentru Taljan għall-Koordinazzjoni tas-Salvataġġi fil-Baħar) li l-Ministero degli Interni (il-Ministeru għall-Intern, l-Italja) kien awtorizza l-iżbark u t-trasbord tal-persuni kkonċernati fil-bastimenti li kienu jinsabu fil-port ta’ Palermo (l-Italja), fir-rigward tas-<HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 4</HT>, u fil-Porto Empedocle (l-Italja), fir-rigward tas-<HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 3</HT>, u li għalhekk dawn ingħataw l-ordni li jidderieġu l-bastiment tagħhom lejn dawn iż-żewġ portijiet sabiex iwettqu dawn l-operazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Ladarba twettqu l-imsemmija operazzjonijiet, il-Ministro della Sanità (il-Ministru għas-Saħħa Pubblika, l-Italja) ordna li dawn iż-żewġ bastimenti jibqgħu ankrati viċin l-imsemmija portijiet għal finijiet, l-ewwel nett, ta’ konfinament tal-ekwipaġġi intiżi għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda Covid-19 u, fit-tieni lok, għat-tindif, għad-diżinfettar u għaċ-ċertifikazzjoni sanitarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fi tmiem il-proċeduri ta’ tindif u ta’ diżinfettar, il-kaptan tal-port ta’ Palermo u dak tal-port ta’ Porto Empedocle wettqu spezzjonijiet abbord, u wara ordnaw l-arrest, rispettivament, tas-<HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 4</HT> u tas-<HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 3</HT> minħabba li kienu kkonstataw l-eżistenza ta’ għadd ta’ irregolaritajiet tekniċi u operazzjonali, li wħud minnhom kellhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>serji<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> u kienu jiġġustifikaw, bħala tali, dan l-arrest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Minn dak iż-żmien ’l hawn, Sea Watch temmet uħud minn dawn l-irregolaritajiet. Min-naħa l-oħra, hija tqis li l-irregolaritajiet li fadal (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>irregolaritajiet inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) ma humiex ipprovati. Dawn l-irregolaritajiet jirrigwardaw, essenzjalment, il-fatt li s-<HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 3</HT> u <HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 4</HT> ma huma, skont l-awtoritajiet Taljani kompetenti, la ċċertifikati sabiex jilqgħu abbord u jittrasportaw diversi mijiet ta’ persuni, kif għamlu matul is-sajf tal-2020, u lanqas ma għandhom tagħmir tekniku adattat, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-ipproċessar tal-ilma mormi, id-doċċi u l-latrini.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, Sea Watch ippreżentat, quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per la Sicilia (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal Sicilia, l-Italja), żewġ rikorsi għal annullament kontra l-miżuri li permezz tagħhom il-kaptan tal-port ta’ Palermo u dak tal-port ta’ Porto Empedocle ordnaw l-arrest, rispettivament, tas-<HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 4</HT> u <HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 3</HT> sakemm jintemmu l-irregolaritajiet inkwistjoni, kif ukoll kontra r-rapporti ta’ spezzjoni annessi ma’ dawn il-miżuri u kull att preliminari ieħor, marbut jew sussegwenti għall-imsemmija miżuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Barra minn hekk, Sea Watch żiedet ma’ dawn ir-rikorsi talbiet għal miżuri provviżorji, għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ miżuri kawtelatorji, li hija mmotivat bl-eżistenza ta’ riskju ta’ dannu gravi u irreparabbli, fis-sens tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Taljan applikabbli f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-talbiet tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tindika b’mod partikolari li l-elementi li jinsabu fil-proċessi rispettivi tal-kawżi prinċipali juru li l-eżistenza tal-irregolaritajiet inkwistjoni hija s-suġġett ta’ teħid ta’ pożizzjoni diverġenti min-naħa mhux biss tal-partijiet f’dawn il-kawżi, iżda wkoll tal-awtoritajiet kompetenti fl-Italja, l-Istat tal-port, u fil-Ġermanja, l-Istat tal-bandiera. Fil-fatt, l-awtoritajiet kompetenti Taljani jqisu, essenzjalment, li dawn l-irregolaritajiet huma pprovati u li għandhom jintemmu, filwaqt li l-awtoritajiet Ġermaniżi kompetenti jikkunsidraw li interpretazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt internazzjonali applikabbli tippermetti li jiġi konkluż li ma hemmx tali irregolaritajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, il-qorti tar-rinviju tqis li l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2009/16 u tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar tqajjem kwistjonijiet ta’ dritt kumplessi, ġodda u ta’ importanza kbira għall-Istati Membri kollha, li r-riżoluzzjoni tagħhom hija neċessarja sabiex tkun tista’ tiddeċiedi l-kawżi prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per la Sicilia (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal Sicilia) iddeċidiet, f’kull waħda miż-żewġ kawżi prinċipali, li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja ħames domandi preliminari fformulati f’termini kważi identiċi. Hija talbet ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja tissuġġetta dawn il-kawżi għall-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20210202">2 ta’ Frar 2021</DATE>, dawn il-kawżi ġew magħquda għall-finijiet tal-fażi bil-miktub u orali tal-proċedura kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talbiet ta’ implementazzjoni tal-proċedura mħaffa</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura, meta n-natura ta’ kawża teħtieġ li tiġi ttrattata f’qasir iż-żmien, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’, fuq talba tal-qorti tar-rinviju jew, eċċezzjonalment, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, jiddeċiedi li jissuġġetta din il-kawża għal proċedura mħaffa li tidderoga mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju timmotiva t-talbiet tagħha intiżi sabiex dawn il-kawżi jiġu suġġetti għall-proċedura mħaffa prevista f’din id-dispożizzjoni billi ssostni l-elementi li ġejjin.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Qabelxejn, din il-qorti tenfasizza, essenzjalment, li dawn il-kawżi jikkonċernaw qasam sensittiv sa fejn jirrigwardaw l-attivitajiet ta’ salvataġġ ta’ persuni f’sitwazzjoni ta’ diffikultà li jitwettqu fil-Baħar Mediterran, sa mis-snin 2014 u 2015, minn organizzazzjonijiet mhux governattivi ta’ natura umanitarja permezz, b’mod partikolari, ta’ bastimenti ta’ tagħbija li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, fosthom is-<HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 3</HT> u <HT TYPE="ITALIC">Sea Watch 4</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-imsemmija qorti tesponi, essenzjalment, li l-miżuri ta’ arrest imposti fuq il-bastimenti operati minn Sea Watch jaqgħu fil-kuntest ta’ numru ta’ miżuri li huma ta’ natura li jaffettwaw, b’mod ġenerali, l-attivitajiet imsemmija fil-punt preċedenti. Fil-fatt, kważi l-bastimenti kollha li jwettqu dawn l-attivitajiet huma, fil-preżent, is-suġġett ta’ miżuri ta’ arrest adottati mill-kaptani tal-portijiet Taljani differenti (b’mod partikolari dawk tal-portijiet ta’ Olbia, ta’ Palermo, ta’ Porto Empedocle u ta’ Venezia) u mmotivati mill-fatt li huma ma josservawx ir-rekwiżiti meħtieġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis neċessarju, fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, li jiġi kkjarifikat malajr il-kuntest ġuridiku li huma eżerċitati fih dawn l-attivitajiet, billi tirrileva mhux biss li l-osservanza tar-rekwiżiti meħtieġa fil-qasam tas-sigurtà u tas-saħħa tikkostitwixxi kwistjoni ta’ ordni pubbliku, iżda wkoll li fil-preżent, fl-assenza ta’ tali kjarifika, ma jeżisti ebda strument li jippermetti li tintemm il-prattika ta’ arrest ta’ bastimenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, din il-qorti hija tal-opinjoni li t-termini medji għat-trattament tal-kawżi mill-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermettulhiex li tiddeċiedi l-kawżi prinċipali qabel il-bidu tas-sajf tal-2021, filwaqt li l-esperjenza tas-snin preċedenti turi li huwa matul dan l-istaġun li normalment ikunu kkonċentrati l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ ta’ persuni f’diffikultà li jitwettqu fil-baħar Mediterran mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi bħal Sea Watch u l-omologi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, l-imsemmija qorti tqis li huwa neċessarju li tikseb, fi żmien qasir, risposti għad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li tosserva li, fid-dawl tat-talbiet tagħha intiżi sabiex dawn il-kawżi jiġu suġġetti għall-proċedura mħaffa, hija stess ċaħdet, b’mod purament provviżorju u bla ħsara għal deċiżjoni definittiva dwar dan is-suġġett ladarba tkun magħrufa d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għal dawn it-talbiet, it-talbiet għal miżuri provviżorji li kienu sarulha minn Sea Watch għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ miżuri kawtelatorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-elementi ppreżentati mill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-inċertezza legali li tista’ toħloq piż fuq l-attivitajiet ta’ parti f’kawża nazzjonali li fil-kuntest tagħha l-qorti kompetenti tqis neċessarju li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’domandi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, minn naħa, u l-interess leġittimu ta’ din il-parti li ssir taf fl-iqsar żmien possibbli d-drittijiet tagħha skont id-dritt tal-Unjoni, min-naħa l-oħra, jikkostitwixxu ċirkustanzi li jistgħu jkunu preżenti f’diversi kawżi u għalhekk ma humiex ta’ natura li jiġġustifikaw li kawża preliminari tiġi suġġetta għall-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>M. A. <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑661/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1024">EU:C:2017:1024</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210114">14 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>The International Protection Appeals Tribunal <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/19 u C‑385/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:11">EU:C:2021:11</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-fatt, din il-proċedura mħaffa tikkostitwixxi strument proċedurali intiż sabiex jirrispondi għal sitwazzjoni ta’ urġenza straordinarja, li l-eżistenza tagħha għandha tiġi stabbilita f’relazzjoni maċ-ċirkustanzi eċċezzjonali tal-kawża li fir-rigward tagħha tkun tressqet talba għal proċedura mħaffa (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>M. A. <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑661/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1024">EU:C:2017:1024</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, u għall-istess raġuni, in-numru kbir ta’ persuni li jistgħu jsibu ruħhom fl-istess inċertezza bħall-partijiet fil-kawża prinċipali jew sitwazzjonijiet legali potenzjalment ikkonċernati mid-deċiżjoni li l-qorti tar-rinviju hija mitluba tagħti wara li tkun kisbet risposti għad-domandi preliminari li tkun għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja jew minn deċiżjonijiet li din il-qorti jew qrati nazzjonali oħra jistgħu jintalbu jagħtu f’kawżi simili ma jikkostitwixxix, bħala tali, ċirkustanza eċċezzjonali ta’ natura li tiġġustifika l-użu tal-proċedura mħaffa (ara, f’dan is-sens, id-digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160713">13 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Banco Santander</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-96/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:566">EU:C:2016:566</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑508/18 u C‑509/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:766">EU:C:2018:766</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201208">8 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Staatsanwaltschaft Wien (Falsifikazzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment bankarju)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1002">EU:C:2020:1002</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkunsidrat li, filwaqt li hija evidenti n-natura importanti u sensittiva tal-kawżi prinċipali u tar-risposti li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti għad-domandi li sarulha, fil-qasam ikkonċernat tad-dritt tal-Unjoni (ara, b’analoġija, id-digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180308">8 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Vitali</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:199">EU:C:2018:199</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190227">27 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>M. V. <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑760/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:170">EU:C:2019:170</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), dawn l-elementi differenti, li l-eżistenza tagħhom, f’dan il-każ, tirriżulta b’mod ċar mid-dikjarazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju miġbura fil-punti 17 u 18 ta’ dan id-digriet, ma humiex ta’ natura li jiġġustifikaw li dawn il-kawżi jiġu suġġetti għall-proċedura mħaffa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-tielet u l-aħħar lok, mid-dikjarazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju miġbura fil-qosor fil-punti 16 u 19 ta’ dan id-digriet jirriżulta, b’mod ċar, li l-kawżi li fil-kuntest tagħhom din il-qorti tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni huma kkaratterizzati, lil hinn mill-kwistjonijiet legali tagħhom u mill-konsegwenzi konkreti tagħhom, minn dimensjoni umana importanti u delikata, sa fejn dawn jikkonċernaw il-kundizzjonijiet li fihom organizzazzjonijiet mhux governattivi ta’ natura umanitarja huma mitluba jeżerċitaw attivitajiet ta’ salvataġġ ta’ persuni li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ diffikultà fil-baħar. F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tenfasizza, b’mod partikolari, li hija titlob l-implementazzjoni tal-proċedura mħaffa sabiex tikseb, min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja, risposti f’terminu li jippermettilha tiddeċiedi l-kawżi prinċipali qabel il-bidu tas-sajf tal-2021, staġun li matulu l-esperjenza tgħallem normalment huma kkonċentrati l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ ta’ persuni f’diffikultà jew f’periklu li jitwettqu fil-Baħar Mediterran.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-fatt li tilwima nazzjonali tkun ta’ natura urġenti u li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni tkun obbligata tagħmel kollox sabiex tiżgura r-riżoluzzjoni rapida ma jiġġustifikax, fih innifsu, li l-Qorti tal-Ġustizzja tissuġġetta l-kawża preliminari li tikkorrispondi għall-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura (digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170731">31 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Mobit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/17 u C‑351/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:626">EU:C:2017:626</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171129">29 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Bosortwh u Hurley</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑603/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:933">EU:C:2017:933</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, din il-proċedura hija differenti, kemm minħabba l-għan kif ukoll minħabba l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni, minn proċedura għal miżuri provviżorji bħal dik prevista fl-Artikoli 160 sa 166 u 190 tar-Regoli tal-Proċedura fir-rigward ta’ rikorsi diretti u tal-appelli (ara, f’dan is-sens, id-digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kunsill vs Front Polisario</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑104/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:232">EU:C:2016:232</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171011">11 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>il-Kummissjoni vs Il-Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:794">EU:C:2017:794</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jew dik applikabbli quddiem il-qorti tar-rinviju, kif imsemmi fil-punt 20 ta’ dan id-digriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura għandha l-għan li tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti, f’terminu qasir, deċiżjoni dwar il-mertu fil-kawża preliminari mressqa quddiemha u mhux li tevalwa n-neċessità li jiġu adottati miżuri provviżorji sakemm tingħata tali deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, b’differenza mill-proċeduri għal miżuri provviżorji msemmija fil-punt 27 ta’ dan id-digriet, il-proċedura mħaffa ma tippermettix lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi mingħajr dewmien u, jekk ikun hemm bżonn, b’mod provviżorju dwar id-domandi magħmula lilha, iżda timponilha minn qabel li tirrispetta d-dritt għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet bil-miktub li l-Artikolu 105(3) tar-Regoli tal-Proċedura jagħti lill-partijiet fil-kawża prinċipali u lill-partijiet ikkonċernati l-oħra msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fosthom l-Istati Membri, li jistgħu, skont l-Artikolu 38(4) ta’ dawn ir-regoli, jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fil-lingwa tagħhom. Minbarra t-termini marbuta mal-osservanza ta’ dan ir-rekwiżit hemm ukoll, b’mod partikolari, dawk li jirrigwardaw it-traduzzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari fil-lingwi uffiċjali differenti tal-Unjoni, dak tal-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati mill-Istati Membri fil-lingwa tal-kawża, imbagħad dak tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-finijiet tal-pubblikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, fid-dawl ta’ dawn ir-rekwiżiti u tad-data li fiha l-qorti tar-rinviju ppreżentat it-talbiet tagħha għal deċiżjoni preliminari, ma jidhirx li huwa possibbli għall-Qorti tal-Ġustizzja, anki jekk dawn il-kawżi jiġu suġġetti għall-proċedura mħaffa, li tagħti deċiżjoni dwarhom f’terminu li josserva l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u li jippermetti lill-qorti tar-rinviju tiddeċiedi l-kawżi prinċipali qabel il-bidu tas-sajf tal-2021, kif din indikat li għandha tagħmel għar-raġunijiet imsemmija fil-punti 19 u 25 ta’ dan id-digriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-rikors għal tali proċedura ma jistax, fi kwalunkwe każ, jilħaq l-għan imsemmi fil-punt preċedenti ta’ dan id-digriet u għalhekk ma għandux effett utli f’dawn il-kawżi (ara, b’analoġija, id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>de Diego Porras</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1025">EU:C:2017:1025</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, iċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża ma jiġġustifikawx li l-Qorti tal-Ġustizzja tidderoga mid-dispożizzjonijiet ġeneralment applikabbli tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, f’dan il-każ, abbażi tal-Artikolu 105(1) ta’ dawn ir-regoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li kull qorti nazzjonali li tkun adita b’kawża rregolata mid-dritt tal-Unjoni għandu jkollha s-setgħa li tieħu l-miżuri provviżorji li jippermettu li tiġi ggarantita l-effettività sħiħa tad-deċiżjoni li għandha tingħata dwar l-eżistenza tad-drittijiet invokati abbażi ta’ dan id-dritt, jekk ikun il-każ billi tiġi eskluża l-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt intern li jostakolaw din is-setgħa. Dan huwa l-każ <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> meta l-qorti nazzjonali kompetenti tiddeċiedi li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel domandi preliminari lill-Qorti<?PAGE NO="7"?> tal-Ġustizzja, fejn tali miżuri provviżorji jistgħu jkunu adegwati sabiex jiġi żgurat l-effett utli tas-sistema ta’ rinviju preliminari previst fl-Artikolu 267 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900619">19 ta’ Ġunju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Factortame <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑213/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:257">EU:C:1990:257</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel nett, hija l-qorti nazzjonali adita b’tilwima ta’ natura urġenti, li hija fl-aħjar pożizzjoni sabiex tevalwa r-riskji konkreti għall-partijiet u li tqis neċessarju li tagħmel domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li għandha tadotta, fl-istennija tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-miżuri provviżorji adegwati kollha sabiex tiggarantixxi l-effettività sħiħa tad-deċiżjoni li hija mitluba hija stess sabiex tagħti (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Gómez del Moral Guasch</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑125/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:253">EU:C:2018:253</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hija għalhekk il-qorti tar-rinviju li għandha, kif hija pprevediet fit-talbiet tagħha għal deċiżjoni preliminari, kif miġbura fil-qosor fil-punt 20 ta’ dan id-digriet, tiddeċiedi jekk miżuri provviżorji humiex adegwati sabiex tiġi żgurata l-effettività sħiħa tad-deċiżjonijiet li hija mitluba tagħti u, jekk ikun il-każ, tiddetermina l-miżuri li għandhom jiġu adottati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ser tiddeċiedi dawn il-kawżi bi prijorità, skont l-Artikolu 53(3) tar-Regoli tal-Proċedura, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ dawn il-kawżi, kif jirriżultaw mid-dikjarazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju miġbura fil-qosor fil-punti 16 sa 19 ta’ dan id-digriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li jiġi konkluż li t-talbiet tal-qorti tar-rinviju intiżi sabiex il-kawżi preżenti jkunu suġġetti għall-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura ma jistgħux jintlaqgħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jordna:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tat-Tribunale amministrativo regionale per la Sicilia (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal Sicilia, l-Italja) intiżi sabiex il-Kawżi magħquda C‑14/21 u C‑15/21 jiġu suġġetti għall-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja huma miċħuda.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>