4.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8650 — LGP/CPA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 332/03)

1.

Fis-27 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha għadd ta’ entitajiet ġestiti u kkontrollati minn Leonard Green & Partner, L.P. (“LGP”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ CPA Global Group (“CPA”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

LGP hija ditta privata tal-investimenti tal-ekwità; LGP primarjament tiffoka fuq kumpaniji li jipprovdu servizzi, inklużi l-konsumaturi, in-negozji, u s-servizzi tal-kura tas-saħħa, kif ukoll bl-imnut.

—

CPA hija attiva fis-settur tas-servizzi ta’ appoġġ legali, b’mod partikolari għat-tiġdid tal-privattivi u servizzi relatati. Bħala l-qofol tagħha toffri, CPA tiġġestixxi u timpenja ruħu f’isem il-klijenti tagħha t-tiġdid regolari ta’ privattivi f’ġurisdizzjonijiet rilevanti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8650 — LGP/CPA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.