European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6093

10.11.2025

Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(C/2025/6093)

Skont l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

fil-paġna 196 tiżdied Nota ta’ Spjegazzjoni ġdid għan-Nota 4 tal-Kapitolu 39 bit-test li ġej:

“ Nota 4

Kalkolu tal-proporzjonijiet tal-massa tal-unitajiet ta’ monomeri fil-kopolimeri:

Il-proporzjonijiet tal-massa tal-unitajiet ta’ monomeri rispettivi fil-ktajjen tal-kopolimeri huma kkalkulati abbażi tal-istruttura molekulari tal-kopolimeru (mhux il-materjali tal-bidu), filwaqt li titqies ir-reazzjoni tal-formazzjoni tal-polimeru. Meta applikabbli, l-atomu li jgħaqqad żewġ unitajiet kontigwi ta’ monomeri huwa attribwit lill-unità ta’ monomeri li minnha joriġina l-atomu.

L-eżempji li ġejjin juru l-kalkolu tal-kontenut ta’ unitajiet ta’ monomeri fil-kopolimeri:

—

Fil-poli(etilen tereftalat), li huwa poliester magħmul mill-aċidu tereftaliku u l-moietajiet tal-etilenglikol, iż-żewġ ossiġeni alkoħoliċi huma attribwiti lill-unità ta’ monomeri tal-glikol. Għalhekk, l-etilenglikol huwa kkalkulat bħala C2H4O2, u t-tereftalat huwa kkalkulat bħala C8H4O2.

—

Fil-poliammid-6,6, li huwa poliammid magħmul mill-eżametilenediammina u l-aċidu adipiku, iż-żewġ atomi ta’ nitroġenu huma attribwiti lill-unità ta’ monomeri tad-diammina. Għalhekk, l-eżametilenediammina hija kkalkulata bħala C6H14N2, u l-aċidu adipiku huwa kkalkulat bħala C6H8O2.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).

(2)   ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6093/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)