|
14.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 329/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1475/2007
tat-13 ta’ Diċembru 2007
li jiftaħ kwota tariffarja tal-Komunità mill-2008 għall-manjoka li toriġina mit-Tajlandja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet iddikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-GATT XXIV.6 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Matul in-negozjati dwar il-kummerċ multilaterali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ, il-Komunità ħadet l-impenn li tiftaħ kwota tariffarja ristretta għal 21 miljun tunnellata metrika ta’ prodotti tal-kodiċi tan-NM 0714 10 , li joriġinaw mit-Tajlandja kull perjodu ta’ erba’ snin, bid-dazju doganali mnaqqas għal 6 %. Din il-kwota għandha tinfetaħ u tkun amministrata mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Fid-dawl ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u tas-suq, l-użu tal-metodu ta’ ġestjoni “min jasal l-ewwel, jinqeda l-ewwel”, jidher li huwa xieraq. Fl-interess tas-simplifikazzjoni amministrattiva, il-kwota li tirrigwarda l-prodotti tal-manjoka taħt l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistipula r-regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross (2), fir-rigward tal-prodotti ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni fis-settur taċ-ċereali u tar-ross, għandhom jiġu ġestiti f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (3). Il-ġestjoni għandha ssir skond l-Artikoli 308a, 308b, u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (4). |
|
(3) |
L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi għal eżenzjoni possibbli mir-rekwiżit biex titressaq liċenzja ta’ l-importazzjoni għal prodotti li ma għandhom l-ebda impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-provvista tas-suq taċ-ċereali. Fl-aħħar snin, il-Komunità importat inqas minn 10 % tal-kwantità annwali ta’ manjoka li taqa' taħt il-kodiċi NM 0714 10 . Dan jinvolvi kwantità limitata ta’ prodotti speċifiċi ħafna, bl-ebda impatt fuq is-suq taċ-ċereali. L-eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ liċenzja ta’ importazzjoni pprovdut fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 għalhekk tista' tiġi applikata. |
|
(4) |
Jeħtieġ li tinżamm sistema ta’ amministrazzjoni li tiżgura li jkunu biss prodotti li joriġinaw mit-Tajlandja li jkunu jistgħu jiġu importati taħt il-kwota. Għandu jkun iċċarat liema tip ta’ prova li tiċċertifika l-oriġini ta’ prodotti għandha tkun ipprovduta biex wieħed jibbenifika mill-kwoti ta’ tariffi taħt is-sistema li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Dan huwa stipulat fl-Aritkoli 55-65 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93. |
|
(5) |
Billi kwoti ta’ tariffi ekwivalenti ma ġewx eżawriti malajr fl-aħħar sentejn, kwoti ta’ tariffi taħt dan ir-regolament għandhom għall-ewwel jitqiesu bħala mhux kritiċi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 meta jkunu ġestiti b'sistema ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Għalhekk l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu awtorizzati li jċedu l-ħtieġa għas-sigurtà għal oġġetti li inizjalment ikunu ġew importati taħt dawk il-kwoti skond l-Artikoli 308c (1) u 248(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Minħabba l-partikolarijiet tat-trasferiment minn sistema ta’ ġestjoni waħda għal oħra, l-Artikolu 308c (2) u (3) ta’ dak ir-Regolament m'għandux japplika. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jiftaħ kwota tariffarja tal-Komunità għall-manjoka li toriġina mit-Tajlandja. Għandha titmexxa fuq il-bażi ta’ sena kalendarja, mill-1 ta’ Jannar 2008.
Artikolu 2
Il-kwantità, espressa f'piż nett, għall-importazzjoni ta’ manjoka li taqa' taħt il-kodiċi NM 0714 10 , kif ukoll id-dazju doganali applikabbli għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness.
Artikolu 3
Il-kwota tariffarja stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha titmexxa mill-Komunità fuq il-bażi tas-sistema li min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel, skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament m'għandhomx japplikaw.
Artikolu 4
L-importazzjonijiet tal-manjoka taħt il-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 1 m'għandhomx jesiġu t-tressiq ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni.
Artikolu 5
Ir-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera tal-prodotti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tat-Tajlandja skond l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.
(2) ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).
(3) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).
(4) ĠU L 253 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).
ANNESS
KWOTI TARIFFARJI KOMUNITARJI GĦAT-TAJLANJA
MANJOKA
|
Kodiċijiet tan-NM |
Rata ta' dazju, % |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Numru tal-kwota tariffarja (1) |
Oriġini |
Kwantità annwali, miljuni ta' tunnellati (2) (piż nett) |
|
0714 10 |
6 |
manjoka |
09.0708 |
Tajlandja |
5,75 |
(1) In-numru tal-kwota tariffarja preċedenti kien 09.4008.
(2) Kwota tariffarja ristretta għal 21 miljun tunnellata kull perjodu ta' erba' snin