32002D0544



Official Journal L 176 , 05/07/2002 P. 0046 - 0046


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-4 ta’ Lulju 2002

li tagħraf is-sistema ta’ networks ta’ sorveljanza għal impriżi bovini implimentati fil-Belġju skond id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE

(mgħarrfa taħt dokument nru Ċ(2002) 2495)

(Test b’rilevanza għall-ŻEE)

(2002/544/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE [1] tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimal li jaffettwaw kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u majjali, kif emendat l-aħħar bir-Regolament Nru 535/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 14(5) miġjub fih,

Billi:

(1) L-awtoritajiet kompetenti tal-Bejġju issottomettew talba fit-18 ta’ Ottubru 2000, akkompanjata minn dokumentazzjoni xierqa, li ġiet iktar aġġorntata, għall-għarfien tas-sistema ta’ networks ta’ sorveljanza għal impriżi bovini implimentati f’dak l-Istat Membru.

(2) Wara missjoni ta’ spezzjoni veterinarja fil-Belġju u fid-dawl tas-sitwazzjoni li għandha x’taqsam mas-saħħa ta’ l-annimal f’dan il-pajjiż, is-sistema ta’ networks ta’ sorveljanza għal impriżi bovini implimentati fil-Belġju ġew verifikati minn esperti tal-Kummissjoni bħala operattivi għal kollox, u huwa propost li għandhom għalhekk jiġu formalment approvati.

(3) Sabiex l-Istati Membri jitħallew jadattaw ir-regoli li japplikaw rigward il-kummerċ f’annimali ta’ l-ifrat jidher xieraq li tiġi speċifikata d-data li fiha l-għarfien għandu jseħħ.

(4) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Is-sistema ta’ networks ta’ sorveljanza għal impriżi bovini provvduti taħt l-Artikolu 14 tad-Direttiva 64/432/KEE implementata mill-Belġju hija hawnhekk mgħarufa bħala operattiva għal kollox mill-1 ta’ Lulju 2002.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Lulju 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977.

[2] ĠU L 80, tat-23.03.02, p. 22.

--------------------------------------------------