Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6524, tad-29 ta’ Ottubru 2008, fil-Każ COMP/39510, li tordna lil Laboratoire Champagnat Desmoulins Philippakis, kif ukoll lill-entitajiet kollha kkontrollati direttament jew indirettament minnha, sabiex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni skont l‑Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
2) Biocaps għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.