<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-777/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TJ0777</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:588">EU:T:2021:588</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210915">15.9.2021</DATE> – Kawża T‑777/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">CAPA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Id-Disa’ Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20210915">15 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna individwali favur l-operat ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ xiri tal-elettriku bi prezz ogħla mill-prezz tas-suq</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ eżami preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(h) tar-Regolament (UE) 2015/1589</KEYWORD><KEYWORD>Kwalità ta’ parti interessata</KEYWORD><KEYWORD>Impriżi tas-sajd</KEYWORD><KEYWORD>Stabbiliment ta’ parks fiż-żoni tas-sajd</KEYWORD><KEYWORD>Relazzjoni ta’ kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Assenza</KEYWORD><KEYWORD>Riskju ta’ effett fuq l-interessi tal-impriżi tas-sajd bl-għoti tal-għajnuna kontenzjuża</KEYWORD><KEYWORD>Assenza</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ effett dirett u individwali</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑777/19,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Coopérative des artisans pêcheurs associés (CAPA) Sarl</HT>, stabbilita fit-Tréport (Franza), u r-rikorrenti l-oħra, li isimhom jidher fl-anness<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002"><P>Il-lista tar-rikorrenti l-oħra hija annessa biss mal-verżjoni nnotifikata lill-partijiet.</P></NOTE>, irrappreżentati minn M. Le Berre, avukata,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>sostnuti minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Comité régional des pêches maritimes u des élevages marins des Hauts-de-Franza (CRPMEM)</HT>, stabbilit f’Boulogne-sur-Mer (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Fonds régional d’organisation du marché du poisson (FROM NORD)</HT>, stabbilit f’Boulogne-sur-Mer,</P><P><HT TYPE="BOLD">Organisation de producteurs CME Manche-Mer du Nord (OP CME Manche-Mer du Nord)</HT>, stabbilita fil-Portel (Franza),</P><P>irrappreżentati minn A. Durand, avukata,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn B. Stromsky u A. Bouchagiar, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnuta minn</P><?PAGE NO="2"?><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża</HT>, irrappreżentata minn E. de Moustier, P. Dodeller u T. Stehelin, bħala aġenti,</P><P>minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Ailes Marines SAS</HT>, stabbilita f’Puteaux (Franza), irrappreżentata minn M. Petite u A. Lavenir, avukati,</P><P>minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Éoliennes Offshore des Hautes Falaises SAS</HT>, stabbilita f’Pariġi (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Éoliennes Offshore du Calvados SAS</HT>, stabbilita f’Pariġi,</P><P><HT TYPE="BOLD">Parc du Banc de Guérande SAS</HT>, stabbilita f’Pariġi,</P><P>irrappreżentati minn J. Derenne u D. Vallindas, avukati,</P><P>u minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Éoliennes en Mer Dieppe Le Tréport SAS</HT>, stabbilita f’Dieppe (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Éoliennes en Mer Îles d’Yeu et de Noirmoutier SAS</HT>, stabbilita f’Nantes (Franza),</P><P>irrappreżentati minn C. Lemaire u A. Azzi, avukati,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2019) 5498 final, tas‑<DATE ISO="20190726">26 ta’ Lulju 2019</DATE>, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.45274 (2016/NN), SA.45275 (2016/NN), SA.45276 (2016/NN), SA.47246 (2017/NN), SA.47247 (2017/NN) u SA.48007 (2017/NN), implimentata mir-Repubblika Franċiża favur sitt parks eoliċi lil hinn mill-kosta (Courseulles-sur-Mer, Fecamp, Saint-Nazaire, il-gżejjer ta’ Yeu u ta’ Noirmoutier, Dieppe u Le Tréport, Saint-Brieuc),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla Estiża),</P><P>komposta minn M. van der Woude, President, M. J. Costeira, D. Gratsias (Relatur), M. Kancheva u T. Perišin, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: L. Ramette, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20210607">7 ta’ Ġunju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="3"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kuntest fattwali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>L-ewwel rikorrenti, il-Coopérative des artisans pêcheurs associés (CAPA) Sarl, ġiet ikkostitwita’ mis-sajjieda tat-Tréport (Franza) u mill-portijiet ta’ madwar sabiex jikkondividu x-xiri u l-bejgħ mill-ġdid ta’ kombustibbli, ta’ lubrikanti u ta’ żjut u xaħmijiet. It-tieni sal-ħdax-il rikorrent (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sajjieda rikorrenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) huma impriżi tas-sajd jew kaptani ta’ vapuri tas-sajd stabbiliti, b’mod partikolari, fit-Tréport, f’Erquy (Franza) u f’Noirmoutier (Franza), u li jeżerċitaw attivitajiet ta’ sajd fuq skala żgħira barra mill-kosti Franċiżi tal-Kanal Ingliż jew tal-Atlantiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ailes Marines SAS (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>AM<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), Éoliennes Offshore des Hautes Falaises SAS (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>EOHF<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), Éoliennes Offshore du Calvados SAS (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>EOC<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), Parc du Banc de Guérande SAS (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>PBG<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), Éoliennes en Mer Dieppe Le Tréport SAS (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>EMDT<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) u Éoliennes en Mer Îles d’Yeu et de Noirmoutier SAS (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>EMYN<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>benefiċjarji tal-għajnuna kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), huma kumpanniji maħluqa bil-għan tal-operat tal-parks eoliċi lil hinn mill-kosta, rispettivament, ta’ Saint-Brieuc (Franza, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>proġett ta’ Saint-Brieuc<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), ta’ Fécamp (Franza, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>proġett ta’ Fécamp<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), ta’ Courseulles-sur-Mer (Franza, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>proġett ta’ Courseulles-sur-Mer<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), ta’ Saint-Nazaire (Franza, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>proġett ta’ Saint-Nazaire<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), ta’ Dieppe (Franza) u tat-Tréport (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>proġett ta’ Dieppe/Le Tréport<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) u tal-gżejjer ta’ Yeu u ta’ Noirmoutier (Franza, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>proġett tal-gżejjer ta’ Yeu/Noirmoutier<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fi tmiem l-ewwel sejħa għal offerti, li saret fl-2011, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu, minn naħa, l-offerta tal-kumpannija Éolien Maritime France (EMF) għal lott li jiġbor fih il-proġetti ta’ Saint-Nazaire, ta’ Fécamp u ta’ Courseulles-sur-Mer u, min-naħa l-oħra, l-offerta ta’ AM għall-proġett ta’ Saint-Brieuc. L-operat ta’ dawn il-proġetti ġie awtorizzat permezz ta’ digriet tat‑<DATE ISO="20120418">18 ta’ April 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Wara t-tieni sejħa għal offerti, li saret fl-2013, l-awtoritajiet Franċiżi aċċettaw l-offerta marbuta tal-konsorzju fformat mill-kumpanniji ENGIE, EDP Renewables u Neoen Marine għall-proġetti tal-gżejjer ta’ Yeu/Noirmoutier u ta’ Dieppe/Le Tréport. L-operat ta’ dawn tal-aħħar ġie awtorizzat permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20140701">1 ta’ Lulju 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Is-sitt proġetti inkwistjoni għandhom jagħtu lok għall-ewwel parks eoliċi lil hinn mill-kosta operati fi Franza. Dawn għandhom jipprovdu total ta’ 10.8 terawatts fis-siegħa fis-sena, jiġifieri madwar 2 % tal-produzzjoni annwali totali tal-elettriku fi Franza. It-tul ta’ operat previst tagħhom huwa ta’ 25 sena mill-bidu tal-operat tagħhom. It-twettiq ta’ dawn is-sitt proġetti jinsab ġewwa żoni marittimi użati għas-sajd, b’mod partikolari mis-sajjieda rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fid-data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2019) 5498 final tas‑<DATE ISO="20190726">26 ta’ Lulju 2019</DATE> dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.45274 (2016/NN), SA.45275 (2016/NN), SA.45276 (2016/NN), SA.47246 (2017/NN), SA.47247 (2017/NN) u SA.48007 (2017/NN), implimentata mir-Repubblika Franċiża favur sitt parks eoliċi lil hinn mill-kosta (Courseulles-sur-Mer, Fécamp, Saint-Nazaire, il-gżejjer ta’ Yeu u ta’ Noirtier, Dieppe u Le Tréport, Sanit-Brieuc) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>),<?PAGE NO="4"?> il-kostruzzjoni ta’ dawn il-parks ma kienx inbeda, minħabba, b’mod partikolari, rikorsi quddiem il-qrati Franċiżi. It-tqegħid fl-operat tagħhom huwa previst bejn l-2022 u l-2024, skont l-għeluq ta’ dawn it-tilwimiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-proġetti inkwistjoni huma ssussidjati permezz ta’ għajnuna għall-funzjonament, fil-forma ta’ obbligu ta’ xiri tal-elettriku b’tariffa ogħla mill-prezz ta’s-suq, li jaqa’ fuq il-kumpannija EDF Obligation d’achat (EDF-OA), fejn l-ispiża addizzjonali hija paċuta kollha kemm hi mill-Istat (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>għajnuna kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>). Dan il-mekkaniżmu huwa bbażat fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli L. 121–7, L. 311–10 u L. 311–12 tal-code de l’énergie (il-Kodiċi tal-Enerġija) Franċiż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura amministrattiva</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għajnuna kontenzjuża, rispettivament, fid‑<DATE ISO="20160429">29 ta’ April 2016</DATE>, f’dak li jirrigwarda l-proġetti ta’ Courseulles-sur-Mer, ta’ Fécamp u ta’ Saint-Nazaire, fis‑<DATE ISO="20170106">6 ta’ Jannar 2017</DATE>, f’dak li jirrigwarda l-proġetti tal-gżejjer ta’ Yeu/Noirmoutier u ta’ Dieppe/Le Tréport, u fit‑<DATE ISO="20170412">12 ta’ April 2017</DATE>, f’dak li jirrigwarda l-proġett ta’ Saint-Brieuc.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Billi l-kostruzzjoni tal-parks eoliċi lil hinn mill-kosta kkonċernati kienet għadha ma bdietx, l-awtoritajiet Franċiżi ddeċidew li jinnegozjaw mill-ġdid it-tariffi ta’ xiri mogħtija inizjalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20180609">9 ta’ Ġunju 2018</DATE>, tnejn mis-sajjieda rikorrenti ressqu lment quddiem il-Kummissjoni dwar l-għajnuna relatata mal-proġett ta’ Saint-Brieuc.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20180629">29 ta’ Ġunju 2018</DATE>, il-Kummissjoni ressqet talba għal informazzjoni addizzjonali dwar l-istat tan-negozjar mill-ġdid tat-tariffi ta’ xiri. Fis‑<DATE ISO="20181206">6 ta’ Diċembru 2018</DATE>, l-awtoritajiet Franċiżi informaw lill-Kummissjoni bir-riżultat tagħha, li kien ifisser tnaqqis ta’ dawn it-tariffi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20181218">18 ta’ Diċembru 2018</DATE>, ċerti sajjieda rikorrenti ressqu lment quddiem il-Kummissjoni dwar l-għajnuna kontenzjuża mogħtija għall-proġetti ta’ Dieppe/LeTréport, ta’ Fécamp u ta’ Courseulles-sur-Mer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20190123">23 ta’ Jannar 2019</DATE>, il-Kummissjoni indikat lill-persuni li ressqu l-ilmenti msemmija fil-punti 10 u 12 iktar ’il fuq li hija ma kinitx tikkunsidrahom bħala partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat‑<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 248, p. 9</REF.DOC.OJ>). Konsegwentement, skont il-Kummissjoni, ir-rikors ta’ dawn il-persuni ma setax jiġi eżaminat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>lment formali fis-sens tal-Artikolu 24(2) [ta’ dan ir-regolament]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Permezz ta’ ittri tal‑<DATE ISO="20190221">21 ta’ Frar 2019</DATE>, dawn il-persuni kkontestaw din il-pożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20190328">28 ta’ Marzu 2019</DATE>, ilment dwar l-għajnuna kontenzjuża mogħtija għall-proġetti ta’ Saint-Nazaire u tal-gżejjer ta’ Yeu/Noirmoutier tressaq quddiem il-Kummissjoni minn diversi persuni, fosthom wieħed mis-sajjieda rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20190403">3 ta’ April 2019</DATE>, il-Kummissjoni ċaħdet l-ilment imsemmi fil-punt preċedenti għal raġunijiet analogi għal dawk indikati fl-ittra tagħha tat‑<DATE ISO="20190123">23 ta’ Jannar 2019</DATE>. Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20190412">12 ta’ April 2019</DATE>, il-persuni kkonċernati kkontestaw din il-pożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20190726">26 ta’ Lulju 2019</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-deċiżjoni kkontestata</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, wara li ddeskriviet l-għajnuna kontenzjuża (punti 9 sa 60 tad-deċiżjoni kkontestata), il-Kummissjoni kkonstatat li din kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Fil-fatt, l-ewwel, hija rrilevat li, minħabba l-mekkaniżmu tat-tariffi ta’ xiri deskritt fil-punt 7 iktar ’il fuq, il-finanzjament ta’ dawn il-miżuri kien ibbażat fuq ir-riżorsi tal-Istat u li dawn kienu imputabbli lilu. It-tieni, hija rrilevat li dawn il-miżuri kienu jagħtu vantaġġ selettiv lill-produtturi tal-elettriku mill-enerġija eolika lil hinn mill-kosta fiż-żoni kkonċernati. It-tielet, hija rrilevat li, fid-dawl tal-interkonnessjonijiet tan-network tal-elettriku Franċiż ma’ dak ta’ diversi Stati Membri oħra, l-imsemmija miżuri kienu ta’ natura li joħolqu distorsjoni tal-kummerċ tal-elettriku bejn Franza u dawn tal-aħħar (punti 61 sa 70 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, wara li kkonstatat li l-għajnuna kontenzjuża kienet illegali, minħabba li ma kinitx ġiet innotifikata bil-quddiem, il-Kummissjoni evalwat il-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mas-suq intern fir-rigward tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE u fid-dawl tat-Taqsima 3.1.6.2 (għajnuna għall-funzjonament favur enerġiji rinnovabbli) u tat-Taqsima 3.2 (l-effett tal-inċentiv u l-ħtieġa ta’ għajnuna) tal-Linji Gwida Komunitarji dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Ħarsien tal-Ambjent tal‑<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="082" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, C 82, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Linji Gwida tal-2008<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), b’mod partikolari tal-punt 109 tagħhom (punti 71 sa 76 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel, hija rrilevat li l-għajnuna kontenzjuża kienet tikkontribwixxi għall-osservanza tal-għanijiet stabbiliti mir-regoli nazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni f’termini ta’ parti mill-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali fi Franza u, konsegwentement, għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima (punti 77 sa 79 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>It-tieni, hija kkunsidrat li l-għajnuna kontenzjuża kienet neċessarja sabiex tirrimedja falliment tas-suq. Għalhekk, hija qieset li l-awtoritajiet Franċiżi kienu wrew li l-ispejjeż ta’ produzzjoni rispettivi fil-kuntest tal-proġetti inkwistjoni (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>levelised costs of electricity<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, LCOE) kienu nettament ogħla mill-prezzijiet tas-suq u li, konsegwentement, minħabba l-profittabbiltà negattiva ta’ dawn il-proġetti, it-tariffi ta’ xiri adottati minn dawn l-awtoritajiet kienu neċessarji sabiex jinċentivaw lill-operaturi jimplimentawhom (punti 80 sa 86 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>It-tielet, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-għajnuna kontenzjuża kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità. Fil-fatt, qabelxejn, hija rrilevat li l-mekkaniżmu tal-għajnuna kontenzjuża kien jiggarantixxi li l-kumpens kien ingħata għad-differenza bejn l-ispiża tal-produzzjoni tal-elettriku u l-prezz bażiku tal-elettriku. Sussegwentement, hija kkonstatat li l-proċess ta’ selezzjoni tal-operaturi kien twettaq b’mod nondiskriminatorju, trasparenti u miftuħ. Fl-aħħar, fid-dawl tar-rata ta’ rendiment mistennija għal kull wieħed mill-proġetti inkwistjoni, li kienet tirrifletti livell ta’ profittabbiltà normali li seta’ jiġi mistenni minn investiment simili, u tal-impenji meħuda mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jissorveljaw l-iżvilupp tal-ispejjeż, hija kkunsidrat li l-għajnuna kontenzjuża kienet limitata għall-minimu u li l-miżuri previsti minn dawn l-awtoritajiet kienu xierqa sabiex jipprevjenu kumpens żejjed (punti 87 sa 106 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Ir-raba, il-Kummissjoni kkunsidrat li, fid-dawl tal-kapaċità totali tal-proġetti inkwistjoni u tal-volum tal-elettriku prodott meta pparagunat mad-daqs tas-suq Franċiż tal-elettriku, l-għajnuna kontenzjuża kellha biss impatt limitat fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri (punti 107 u 108 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Abbażi tal-analiżi mfakkra fil-punti 19 sa 22 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-effetti pożittivi fuq l-ambjent ta’ kull għajnuna kontenzjuża kienu jipprevalu fuq eventwali effetti negattivi ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, hija rrilevat li, sa fejn il-finanzjament ta’ din l-għajnuna kien ibbażat fuq taxxa li ma kinitx taffettwa l-elettriku, ma kienx jeżisti riskju ta’ diskriminazzjoni, konformement mal-Artikoli 30 u 110 TFUE. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li din l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, u, għal din ir-raġuni, iddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet (punti 109 sa 117 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20191112">12 ta’ Novembru 2019</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20200213">13 ta’ Frar 2020</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20200309">9 ta’ Marzu 2020</DATE>, AM ressqet talba għal intervent insostenn tal-Kummissjoni. Ir-rikorrenti ppreżentaw osservazzjonijiet dwar din it-talba fil‑<DATE ISO="20200331">31 ta’ Marzu 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20200313">13 ta’ Marzu 2020</DATE>, ir-Repubblika Franċiża ressqet talba għal intervent insostenn tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20200317">17 ta’ Marzu 2020</DATE>, EOHF, EOC, PBG, EMDT u EMYN ressqu, kull waħda f’dak li jirrigwardaha, talba għal intervent insostenn tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20200318">18 ta’ Marzu 2020</DATE>, il-Comité régional des pêches maritimes et des élevages marins des Hauts-de-France (CRPMEM) (il-Kumitat Reġjonali tas-Sajd Marittimu u tal-Farms tal-Ħut ta’ Hauts de France), l-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru Fonds régional d’organisation du marché du poisson (FROM NORD) (il-Fond Reġjonali ta’ Organizzazzjoni tas-Suq tal-Ħut), u l-kumpannija kooperattiva marittima pubblika b’responsabbiltà limitata b’kapital varjabbli Organisation de producteurs CME Manche-Mer du Nord (CME), organizzazzjonijiet ta’ sajjieda professjonali li joperaw fiż-żoni tas-sajd fil-Lvant tal-Kanal Ingliż (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>CRPMEM <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) li minnhom jagħmlu parti ċerti sajjieda rikorrenti, ressqu talba għal intervent konġunta insostenn tar-rikorrenti. Fl-istess jum, żewġ talbiet għal intervent oħra insostenn ta’ dawn tal-aħħar tressqu, minn naħa, mill-Komun ta’ Erquy u, min-naħa l-oħra, b’mod konġunt, mill-Komun tat-Tréport u ta’ Mers-les-Bains (Franza).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20200519">19 ta’ Mejju 2020</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw ir-replika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20200520">20 ta’ Mejju 2020</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw osservazzjonijiet dwar it-talbiet għal intervent imsemmija fil-punti 27 sa 29 iktar ’il fuq. Il-Kummissjoni ppreżentat osservazzjonijiet dwar it-talbiet imsemmija fil-punt 29 iktar ’il fuq u kkontestat l-ammissibbiltà tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20200724">24 ta’ Lulju 2020</DATE>, il-Presidenta tad-Disa’ Awla laqgħet it-talbiet għal intervent ta’ AM, ta’ EOHF, ta’ EOC, ta’ PBG, ta’ EMDT u ta’ EMYN. Permezz ta’ deċiżjoni tal-istess jum, hija laqgħet it-talba għal intervent tar-Repubblika Franċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20200825">25 ta’ Awwissu 2020</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat il-kontroreplika.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200921">21 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>CAPA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑777/19</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:452">EU:T:2020:452</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Presidenta tad-Disa’ Awla, minn naħa, laqgħet it-talba għal intervent taċ-CRPMEM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u, min-naħa l-oħra, ċaħdet dik tal-Komun ta’ Erquy kif ukoll dik tal-komuni tat-Tréport u ta’ Mers-les-Bains.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20201006">6 ta’ Ottubru 2020</DATE>, AM ippreżentat in-nota ta’ intervent tagħha. Ir-Repubblika Franċiża, EOHF, EOC, PBG, EMDT u EMYN ippreżentaw tagħhom fis‑<DATE ISO="20201007">7 ta’ Ottubru 2020</DATE>. Fis‑<DATE ISO="20201126">26 ta’ Novembru 2020</DATE>, ir-rikorrenti u l-Kummissjoni ppreżentaw l-osservazzjonijiet rispettivi tagħhom fuq dawn in-noti differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20201203">3 ta’ Diċembru 2020</DATE>, iċ-CRPMEM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ippreżentaw in-nota ta’ intervent tagħhom. Ir-rikorrenti u l-Kummissjoni ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar din in-nota, rispettivament, fl‑20 u fil‑<DATE ISO="20210121">21 ta’ Jannar 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20210212">12 ta’ Frar 2021</DATE>, ir-rikorrenti talbu l-organizzazzjoni ta’ seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20210416">16 ta’ April 2021</DATE>, fuq proposta tad-Disa’ Awla, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, skont l-Artikolu 28 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, li l-kawża tintbagħat quddiem kulleġġ ġudikanti estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tat‑<DATE ISO="20210503">3 ta’ Mejju 2021</DATE>, il-Qorti Ġenerali stiednet lir-rikorrenti sabiex jipprovdu bil-miktub ċerti preċiżazzjonijiet ta’ natura fattwali, u huma wieġbu għal din it-talba fil‑<DATE ISO="20210531">31 ta’ Mejju 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20210604">4 ta’ Ġunju 2021</DATE>, is-sitt sal-ħdax-il rikorrent ressqu talba għal miżuri provviżorji intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll għall-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji oħra intiżi, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20210607">7 ta’ Ġunju 2021</DATE>, billi membru tal-kulleġġ ġudikanti kien ġie prekluż milli jipparteċipa, il-President tal-Qorti Ġenerali ħatar lilu nnifsu sabiex jikkompletah. Fl-istess jum inżammet is-seduta għas-sottomissjonijiet orali. Il-fażi orali tal-proċedura ngħalqet fi tmiem is-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210702">2 ta’ Lulju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Bourel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑777/19 R</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:407">EU:T:2021:407</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Viċi President tal-Qorti Ġenerali ċaħad it-talba għal miżuri provviżorji msemmija fil-punt 40 iktar ’il fuq u rriżerva l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni sabiex ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><P>tikkundanna liċ-CRPMEM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-intervent tagħhom.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża titlob li l-Qorti Ġenerali tiċħad ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>AM, EOHF, EOC, PBG, EMDT u EMYN jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Iċ-CRPMEM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Mingħajr ma tqajjem, formalment, eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, il-Kummissjoni ssostni, prinċipalment, li r-rikors huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tiddikjara li r-rikorrenti ma humiex partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE, li jistgħu jippreżentaw rikors sabiex jissalvagwardjaw id-drittijiet proċedurali tagħhom, u li, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, huma ma jurux li għandhom status partikolari fis-sens tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19630715">15 ta’ Lulju 1963</DATE>, <NAME.CASE>Plaumann vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>25/62</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1963:17">EU:C:1963:17</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jippermettilhom li jikkontestaw il-fondatezza tad-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni tal-għajnuna kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn naħa, fir-rigward tal-kwalità ta’ parti interessata, il-Kummissjoni ssostni, b’mod partikolari, li l-kunsiderazzjonijiet tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma jistgħux jiġu trasposti għal dan il-każ. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, b’differenza mir-rikorrenti f’dik il-kawża, ir-rikorrenti f’dan il-każ ma għandhomx relazzjoni ta’ kompetizzjoni mal-benefiċjarji tal-għajnuna kontenzjuża. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-inċidenza diretta tar-rikorrenti, il-Kummissjoni ssostni li s-sajjieda rikorrenti huma affettwati essenzjalment mill-għażliet leġiżlattivi tal-awtoritajiet Franċiżi li jistabbilixxu ċerti żoni għall-produzzjoni tal-elettriku, jew saħansitra li jipprojbixxuhom milli jaċċedu għal dawn iż-żoni. Min-naħa l-oħra, l-għoti tal-għajnuna kontenzjuża u d-deċiżjoni kkontestata għandhom biss effett indirett fuq is-sitwazzjoni materjali tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-installazzjoni tal-parks eoliċi lil hinn mill-kosta kkonċernati għandha effett fuq is-sitwazzjoni materjali tas-sajjieda rikorrenti iżgħar minn dak li huma jaffermaw. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-ewwel rikorrenti, il-Kummissjoni ssostni li din ma għandhiex attività ta’ sajd.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Min-naħa tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li huma partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589, billi jibbażaw ruħhom, b’mod partikolari, fuq il-punti 63 sa 65 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda s-sajjieda rikorrenti, l-ewwel, huma jsostnu li l-attività ta’ sajd tagħhom hija suġġetta għal delimitazzjoni ġeografika, li tiddependi kemm mir-riżorsi tas-sajd, mir-riskji meteoroloġiċi u mill-ftuħ regolatorju tas-setturi differenti taż-żoni tas-sajd kif ukoll mil-leġiżlazzjoni applikabbli għat-tipi ta’ bastimenti li jużaw u għall-permessi ta’ navigazzjoni korrispondenti. Għalhekk, l-ispazju marittimu li fih huma jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom huwa ddeterminat jew determinabbli mill-port ta’ reġistrazzjoni tagħhom jew mill-port li huma jużaw minn żmien għal żmien. Issa, iż-żoni kkonċernati mill-proġetti inkwistjoni jokkupaw parti importanti minn dan l-ispazju u huma jużawhom, xi drabi b’mod privileġġat, għall-attivitajiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>It-tieni, is-sajjieda rikorrenti jsostnu li l-proġetti inkwistjoni ser ikollhom impatt prevedibbli fuq l-attivitajiet tagħhom, minħabba, minn naħa, limitazzjonijiet regolatorji għan-navigazzjoni previsti fiż-żoni kkonċernati minn dawn il-proġetti u mill-prattikabbiltà inċerta tagħha fl-imsemmija żoni u fil-viċinanzi tagħhom, u, min-naħa l-oħra, l-impatt potenzjalment negattiv tal-imsemmija proġetti fuq l-ambjent tal-baħar u fuq ir-riżorsi tas-sajd.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>It-tielet, is-sajjieda rikorrenti jenfasizzaw, b’analoġija mas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-aċċess u l-użu taż-żoni tal-ispazju marittimu identifikati bħala s-siti tal-proġetti inkwistjoni għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>materja prima<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens ta’ din is-sentenza, b’tali mod li huma jkunu, f’dan ir-rigward, f’relazzjoni ta’ kompetizzjoni mal-operaturi ta’ dawn il-proġetti. Fir-replika, huma jżidu li d-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589 ma hijiex strettament suġġetta għal relazzjoni ta’ kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel rikorrenti, li l-klijentela tagħha hija kkostitwita minn sajjieda tat-Tréport u tal-portijiet ta’ madwar, il-proġetti ta’ Dieppe/Le Tréport, ta’ Fécamp u ta’ Courseulles-sur-Mer jaffettwaw direttament l-attività tagħha, li ma tistax tiġi ddiversifikata lil hinn minn din il-klijentela u minn din il-lokalizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Insostenn tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tal-Kummissjoni, ir-Repubblika Franċiża, AM, EOHF, EOC, PBG, EMDT u EMYN essenzjalment jiżviluppaw argument analogu. Fl-osservazzjonijiet tagħhom dwar in-noti ta’ intervent ta’ dawn l-intervenjenti, ir-rikorrenti jikkontestaw dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Iċ-CRPMEM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> jiżviluppaw, essenzjalment, argument analogu għal dak tar-rikorrenti. Fl-osservazzjonijiet tagħha dwar in-nota ta’ intervent taċ-CRPMEM <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 108(3) TFUE, meta l-Kummissjoni tqis li proġett ta’ għajnuna ma huwiex kompatibbli mas-suq intern, hija tiftaħ mingħajr dewmien il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fil-paragrafu 2 tal-istess artikolu. Konformement mal-ewwel subparagrafu tal-imsemmi paragrafu 2, jekk, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, wara li ssejjaħ lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, hija tikkonstata, b’mod partikolari, li l-għajnuna mogħtija ma hijiex kompatibbli mas-suq intern, hija għandha tieħu deċiżjoni li tirrikjedi lill-Istat interessat li jabolixxi dik l-għajnuna jew li jimmodifikaha fit-terminu stabbilit minnha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 4 tar-Regolament 2015/1589 jipprevedi fażi ta’ eżami preliminari tal-miżuri ta’ għajnuna li għandha l-għan li tippermetti lill-Kummissjoni tifforma l-ewwel opinjoni dwar il-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament 2015/1589, jekk il-Kummissjoni tikkonstata li l-miżura, sa fejn taqa’ taħt il-kamp tal-Artikolu 107(1) TFUE, ma tqajjimx dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern, hija għandha tadotta deċiżjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet. Tali deċiżjoni tikkostitwixxi rifjut impliċitu li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikolu 6(1) tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, konformement mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament 2015/1589, jekk il-Kummissjoni tikkonstata li l-miżura nnotifikata tqajjem dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern, hija għandha l-obbligu li tadotta deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Skont l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament, tali deċiżjoni tistieden lill-Istat Membru kkonċernat u lill-partijiet interessati l-oħra jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom f’terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li kull parti interessata, fis-sens tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589, hija direttament u individwalment ikkonċernata minn deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet. Fil-fatt, il-benefiċjarji tal-garanziji proċedurali previsti fl-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikolu 6(1) tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq jistgħu jiksbu l-osservanza tagħhom biss jekk ikollhom il-possibbiltà li jikkontestaw tali deċiżjoni quddiem il-qorti tal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589, b’parti interessata għandha tinftiehem, b’mod partikolari, kull persuna, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li l-interessi tagħhom jistgħu jiġu affettwati mill-għoti ta’ għajnuna, jiġifieri b’mod partikolari l-benefiċjarju tagħha, l-impriżi kompetituri u l-assoċjazzjonijiet professjonali. Fi kliem ieħor, din hija ġabra indeterminata ta’ destinatarji (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sabiex persuna, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi tiġi kklassifikata bħala parti interessata, huwa importanti li hija turi, b’mod suffiċjenti fid-dritt, li jeżisti riskju li l-għajnuna jkollha effett konkret fuq is-sitwazzjoni tagħha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk ir-rikorrent jikkontesta l-fondatezza tad-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni tal-għajnuna inkwantu tali, is-sempliċi fatt li jista’ jitqies bħala parti interessata fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE ma jistax ikun biżżejjed sabiex ir-rikors jitqies bħala ammissibbli. Għalhekk għandu jintwera li għandu status partikolari fis-sens tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19630715">15 ta’ Lulju 1963</DATE>, <NAME.CASE>Plaumann vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>25/62</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1963:17">EU:C:1963:17</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). B’mod partikolari, dan ikun il-każ meta l-pożizzjoni fis-suq tar-rikorrent tkun affettwata sostanzjalment mill-għajnuna li tkun is-suġġett tad-deċiżjoni inkwistjoni (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Aktionsgemeinschaft Recht und Eigentum</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑78/03 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:761">EU:C:2005:761</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, meta rikorrent jitlob l-annullament ta’ deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet, essenzjalment huwa jikkontesta l-fatt li d-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni fir-rigward tal-għajnuna inkwistjoni tkun ġiet adottata mingħajr ma din l-istituzzjoni tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, u b’hekk tikser id-drittijiet proċedurali tiegħu. Sabiex it-talba għal annullament tiegħu tintlaqa’, ir-rikorrent jista’ jinvoka kwalunkwe motiv ta’ natura li juri li l-evalwazzjoni tal-informazzjoni u tal-elementi li l-Kummissjoni kellha, matul il-fażi ta’ eżami preliminari tal-miżura nnotifikata, imissha qajmet dubji fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern. L-użu ta’ tali argumenti ma jistax għaldaqstant ikollu bħala konsegwenza li jbiddel is-suġġett tar-rikors u lanqas li jbiddel il-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà tiegħu. Min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ dubji dwar din il-kompatibbiltà hija preċiżament il-prova li għandha tiġi prodotta sabiex jintwera li l-Kummissjoni kienet marbuta tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hekk kif jirriżulta mill-punt 23 iktar ’il fuq, id-deċiżjoni kkontestata hija deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet. B’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni għalhekk, impliċitament iżda neċessarjament, irrifjutat li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Issa, ir-rikorrenti jsostnu li huma għandhom il-kwalità ta’ partijiet interessati u jqajmu żewġ motivi bbażati, wieħed, fuq il-ksur tad-drittijiet proċedurali tagħhom u, l-ieħor, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni. Fil-kuntest tal-ewwel motiv, huma jesponu r-raġunijiet għaliex, fil-fehma tagħhom, iċ-ċirkustanzi tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u l-kontenut ta’ din id-deċiżjoni juru li l-Kummissjoni kienet ikkonfrontata b’diffikultajiet serji li kellhom iwasslu għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Fil-kuntest tat-tieni motiv, huma jirreferu għal ċertu numru ta’ partijiet tad-deċiżjoni kkontestata, diġà kkontestati fil-kuntest tal-ewwel motiv, sabiex isostnu li l-Kummissjoni ma mmotivatx suffiċjentement l-evalwazzjoni tagħha rigward il-kompatibbiltà tal-għajnuna kontenzjuża, b’mod li t-terzi interessati jkunu jistgħu jifhmu r-raġunijiet li għalihom hija qieset li ma kinux jinsabu quddiem diffikultajiet serji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 62 sa 66 iktar ’il fuq, huwa għalhekk biżżejjed li r-rikorrenti juru li huma għandhom, f’dan il-każ, il-kwalità ta’ partijiet interessati, li għandu jiġi vverifikat iktar ’il quddiem. Fil-kuntest ta’ dan l-eżami, għandha tiġi stabbilita distinzjoni bejn is-sitwazzjoni tas-sajjieda rikorrenti, minn naħa, u dik tal-ewwel rikorrenti, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kwalità ta’ partijiet interessati tas-sajjieda rikorrenti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>L-argument tas-sajjieda rikorrenti insostenn tal-kwalità tagħhom ta’ partijiet interessati huwa bbażat fuq żewġ elementi, jiġifieri, minn naħa, l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ kompetizzjoni bejn l-attivitajiet tagħhom u dawk tal-benefiċjarji tal-għajnuna kontenzjuża u, min-naħa l-oħra u fi kwalunkwe każ, ir-riskju ta’ effett konkret ta’ din l-għajnuna fuq is-sitwazzjoni tagħhom. Dawn iż-żewġ elementi għandhom jiġu eżaminati b’mod distint.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ kompetizzjoni bejn is-sajjieda rikorrenti u l-benefiċjarji tal-għajnuna kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>L-argumenti tas-sajjieda rikorrenti jqajmu l-kwistjoni dwar jekk dawn jistgħux jitqiesu li jinsabu f’relazzjoni ta’ kompetizzjoni mal-benefiċjarji tal-għajnuna kontenzjuża, minħabba l-motiv allegat li, b’analoġija mas-sitwazzjoni eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), huma jużaw l-istess <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>materja prima<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, qabelxejn, li, permezz ta’ dan l-argument, is-sajjieda rikorrenti ma jallegawx li jsostnu li huma kompetituri diretti tal-benefiċjarji tal-għajnuna kontenzjuża, jiġifieri li jikkompetu ma’ dawn tal-aħħar fis-swieq li fihom dawn huma attivi, jiġifieri l-produzzjoni tal-elettriku. Barra minn hekk, huwa evidenti li dan ma huwiex il-każ, peress li s-sajjieda rikorrenti huma biss attivi fis-settur tas-sajd fuq skala żgħira. Fid-dawl ta’ dan, il-kunċett ta’ parti interessata, fis-sens tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589 ma huwiex limitat għall-kompetituri diretti tal-benefiċjarji tal-għajnuna kkonċernata (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081210">10 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Kronoply u Kronotex vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑388/02</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:556">EU:T:2008:556</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Huwa minnu li, hekk kif jirriżulta mill-formulazzjoni tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589, kif interpretat mill-ġurisprudenza, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>impriżi li jikkompetu bejniethom<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, li tinsab f’din id-dispożizzjoni, tirreferi biss għall-kompetituri diretti tal-benefiċjarji tal-għajnuna kkonċernata. Mill-formulazzjoni tiegħu jista’ jiġi dedott, u b’mod partikolari mill-frażi avverbjali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>b’mod partikolari<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li tintroduċi, fost l-oħrajn, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>impriżi li jikkompetu bejniethom<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li dawn il-kompetituri diretti jinsabu mingħajr dubju fost il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>partijiet interessati<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑817/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:637">EU:C:2020:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, b’differenza minn tali relazzjoni ta’ kompetizzjoni diretta mal-benefiċjarju tal-għajnuna inkwistjoni, relazzjoni ta’ kompetizzjoni indiretta, bħal dik invokata mis-sajjieda rikorrenti, ma hijiex ta’ natura li tagħti, <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT>, il-kwalità ta’ parti interessata. Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-punt 65 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tali relazzjoni ta’ kompetizzjoni indiretta ma teżentax lil dawk li jinvokawha milli juru, b’mod suffiċjenti fid-dritt, li l-għajnuna kkonċernata jista’ jkollha magħha r-riskju ta’ effett konkret fuq is-sitwazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja, fl-appell, fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-appellanti, impriżi li jipproduċu pannelli tal-fibre kif ukoll Oriented Strandboards, u l-benefiċjarju tal-għajnuna kkonċernata, manifattur tal-polpa tal-karta, kienu jużaw fil-proċess ta’ produzzjoni tagħhom l-istess materja prima, jiġifieri l-injam industrijali. Kien minħabba f’hekk li l-Qorti Ġenerali ddeduċiet minn dan li dawn l-impriżi kienu jinsabu f’relazzjoni ta’ kompetizzjoni inkwantu xerrejja tal-injam industrijali, konklużjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma kienx hemm żball ta’ liġi fiha (ara, f’dan is-sens, il-punti 9, 10, 67 u 70 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan il-każ, is-sajjieda rikorrenti huma attivi fis-settur tas-sajd fuq skala żgħira mal-kosta, filwaqt li l-benefiċjarji tal-għajnuna kontenzjuża joperaw parks eoliċi lil hinn mill-kosta bil-għan li jipproduċu l-elettriku mibjugħ fis-suq bl-ingrossa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif jenfasizzaw il-Kummissjoni u l-intervenjenti insostenn tagħha, minn naħa, is-swieq li fihom is-sajjieda rikorrenti u l-benefiċjarji tal-għajnuna kontenzjuża jbigħu l-prodotti rispettivi tagħhom huma totalment distinti u, min-naħa l-oħra, il-proċess ta’ produzzjoni rispettiv tagħhom ma jimplikax l-użu tal-istess <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>materja prima<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Fir-rigward ta’ dan it-tieni aspett, b’mod partikolari, kif jirrilevaw EMDT u EMYN, filwaqt li s-sajjieda jiġbru r-riżors tas-sajd, l-operaturi ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta jużaw l-enerġija kinetika tar-riħ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-premessa tas-sajjieda rikorrenti li l-aċċess għaż-żoni ta’ stabbiliment tal-proġetti inkwistjoni u l-użu tagħhom għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>materja prima<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont is-sens komuni tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>materja prima<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, li tintuża fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), din l-espressjoni tirreferi għal riżors naturali jew prodott, mhux ipproċessat, użat sabiex jidħol fil-proċess ta’ manifattura ta’ merkanzija. Huwa għalhekk li, kif tenfasizza AM, is-sajjieda rikorrenti żbaljaw meta ssuġġerixxew, fir-replika, li l-imsemmija sentenza tirrigwarda relazzjoni ta’ kompetizzjoni għall-użu ta’ żona komuni ta’ provvista tal-injam. Fil-fatt, hekk kif tfakkar fil-punt 74 iktar ’il fuq, minn din is-sentenza jirriżulta li l-Qorti Ġenerali kienet identifikat, ġustament, relazzjoni ta’ kompetizzjoni bejn ir-rikorrenti f’din il-kawża u l-benefiċjarju tal-għajnuna kkonċernata inkwantu xerrejja fis-suq tal-injam industrijali. Bl-istess mod, f’dan il-każ, ma hijiex iż-żona tal-ispazju pubbliku marittimu użata kemm mis-sajjieda rikorrenti kif ukoll mill-benefiċjarji tal-għajnuna kontenzjuża li tikkostitwixxi, inkwantu tali, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>materja prima<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> tal-attività ekonomika rispettiva tagħhom, iżda r-riżorsi naturali li jinsabu fiha. Issa, kif diġà ġie rrilevat fil-punt 76 iktar ’il fuq, dawn ir-riżorsi huma distinti u l-operaturi inkwistjoni għalhekk ma humiex f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni għall-operat tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, f’dan il-każ, kif jesponu, essenzjalment, il-Kummissjoni u l-intervenjenti insostenn tagħha, il-kunflitt li jeżisti bejn is-sajjieda rikorrenti u l-benefiċjarji tal-għajnuna kontenzjuża dwar l-aċċess għaż-żoni previsti għall-operat tal-parks eoliċi inkwistjoni u l-użu tagħhom jirriżulta mid-deċiżjonijiet regolatorji tal-awtoritajiet Franċiżi, dwar il-kontroll u l-ġestjoni tal-użi differenti tal-ispazju pubbliku marittimu. Min-naħa l-oħra, dan il-kunflitt ma jirriżultax minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>sejħa għal offerti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> minn dawn l-awtoritajiet għall-imsemmi aċċess u għall-imsemmi użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif jirriżulta mill-ispjegazzjonijiet, b’mod partikolari, tar-Repubblika Franċiża, l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-imsemmija benefiċjarji sabiex joperaw dawn il-parks fuq l-imsemmija żoni ma teskludix użi oħra tagħhom, u b’mod partikolari s-sajd, peress li l-awtoritajiet kompetenti japplikaw prinċipju ta’ koeżistenza ta’ dawn l-użi differenti. Għalkemm, fil-prattika, hekk kif jirriżulta mid-dokumenti mdaħħla fil-proċess, l-attivitajiet tas-sajd jistgħu jkunu s-suġġett ta’ limitazzjonijiet f’dawn iż-żoni, minn dan jirriżulta wkoll li dawn il-limitazzjonijiet jikkorrispondu għal għanijiet ta’ sigurtà u ta’ prevenzjoni tar-riskji segwiti minn dawn l-awtoritajiet, u mhux għall-eżerċizzju mill-benefiċjarji tal-għajnuna kontenzjuża ta’ dritt ta’ użu esklużiv li kien ingħata lilhom minn dawn l-istess awtoritajiet. L-eventwali konsegwenzi ta’ dawn il-limitazzjonijiet fuq l-attività ekonomika tas-sajjieda rikorrenti huma għalhekk inerenti għal-leġiżlazzjoni tal-ispazju pubbliku marittimu u ma jistgħux jitqiesu bħala li jagħtu vantaġġ lill-operaturi tal-parks eoliċi inkwistjoni meta mqabbla mal-impriżi tas-sajd li jużaw l-istess żoni (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010313">13 ta’ Marzu 2001</DATE>, <NAME.CASE>PreussenElektra</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑379/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:160">EU:C:2001:160</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jindikaw is-sajjieda rikorrenti stess u kif tenfasizza, essenzjalment, ir-Repubblika Franċiża, l-aċċess għaż-żoni tas-sajd u l-użu tagħhom huma suġġetti għal leġiżlazzjoni stretta li tista’, jekk meħtieġ, tipprojbixxihom mill-attivitajiet tas-sajd, fir-rigward, b’mod partikolari, tal-għanijiet ta’ ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd. Għaldaqstant, is-sajjieda rikorrenti ma għandhomx dritt inkundizzjonat għall-operat ta’ dawn iż-żoni li jqegħduhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>f’kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> mal-operaturi awtorizzati li joperaw siti li jinsabu ġewwa l-imsemmija żoni għall-finijiet ta’ produzzjoni tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Konsegwentement, is-sajjieda rikorrenti ma jistgħux jitqiesu bħala partijiet interessati, li jistgħu jippreżentaw dan ir-rikors abbażi ta’ relazzjoni allegata ta’ kompetizzjoni indiretta mal-benefiċjarji tal-għajnuna kontenzjuża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ riskju ta’ effett konkret tal-għajnuna kontenzjuża fuq is-sitwazzjoni tas-sajjieda rikorrenti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li, kif sostnew is-sajjieda rikorrenti fir-replika, il-klassifikazzjoni ta’ parti interessata ma hijiex strettament ikkundizzjonata mill-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ kompetizzjoni, diretta jew indiretta. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, imfakkra fil-punt 63 iktar ’il fuq, dan il-kunċett ikopri ġabra indeterminata ta’ destinatarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa minnu li l-ġurisprudenza tipprovdi ċertu numru ta’ eżempji ta’ sitwazzjonijiet li fihom kemm il-Qorti Ġenerali kif ukoll il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxew il-kwalità ta’ partijiet interessati lil persuni li l-interessi tagħhom setgħu jiġu affettwati mill-għoti ta’ għajnuna, mingħajr ma ġie mistoqsi jekk dawn il-persuni kinux f’relazzjoni ta’ kompetizzjoni, anki indiretta, mal-benefiċjarji ta’ din l-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Għalhekk, pereżempju, fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980916">16 ta’ Settembru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Waterleiding Maatschappij vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑188/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:217">EU:T:1998:217</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet lil kumpannija ta’ distribuzzjoni tal-ilma l-kwalità ta’ parti interessata fi proċedura li tikkonċerna għajnuna intiża sabiex tinkoraġġixxi l-provvista awtosuffiċjenti tal-ilma tal-impriżi, peress li l-benefiċjarji tal-imsemmija għajnuna kienu klijenti potenzjali tal-imsemmija kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>3F vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑319/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:435">EU:C:2009:435</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li r-rikorrent, is-sindakat ġenerali tal-ħaddiema tad-Danimarka, seta’ utilment isostni, sabiex jistabbilixxi l-kwalità tiegħu ta’ parti interessata, li l-għajnuna kkonċernata, eżenzjonijiet fiskali favur baħħara nazzjonali u barranin impjegati mis-sidien ta’ bastimenti Daniżi, li fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw lil dawn tal-aħħar, kienet taffettwa l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>pożizzjoni kompetittiva<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> tiegħu fir-rigward ta’ sindakati oħra waqt in-negozjati ta’ ftehim kollettiv applikabbli għall-baħħara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210224">24 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Braesch <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑161/18</NO.CASE>, li qiegħda tiġi appellata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:102">EU:T:2021:102</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li r-rikorrenti, detenturi ta’ bonds suġġetti għall-azzjonijiet tal-istabbiliment bankarju benefiċjarju tal-għajnuna mogħtija mir-Repubblika Taljana fil-kuntest ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni, kienu wrew li l-għoti ta’ din l-għajnuna kollha seta’ kellu riskju ta’ effett konkret fuq is-sitwazzjoni tagħhom. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, li l-imsemmija għajnuna u l-impenji ta’ dan l-Istat Membru, li kienu jinkludu miżuri ta’ tqassim tal-oneri kellhom ir-riskju li jwasslu għal telf finanzjarju sinjifikattiv għad-dannu tar-rikorrenti, kellhom natura indissoċjabbli, sa fejn dawn l-impenji kkundizzjonaw id-dikjarazzjoni ta’ kompatibbiltà tal-għajnuna u li d-deċiżjoni li kienet awtorizzathom kienet tagħmel simultanjament dawn l-impenji vinkolanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210224">24 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Braesch <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑161/18</NO.CASE>, li qiegħda tiġi appellata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:102">EU:T:2021:102</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Madankollu, fil-ġurisprudenza preċedenti, b’mod partikolari fis-sentenzi msemmija fil-punti 85 sa 87 iktar ’il fuq, il-qrati tal-Unjoni ma ddeċidewx dwar kunflitt, bħal f’dan il-każ, bejn żewġ attivitajiet ekonomiċi differenti għall-użu tal-istess żona bil-għan tal-isfruttament ta’ riżorsi distinti u dwar l-effetti negattivi allegati fuq waħda minn dawn l-attivitajiet li jirriżultaw<?PAGE NO="15"?> mill-għażla tal-awtoritajiet nazzjonali li jagħtu għajnuna favur it-tieni minn dawn l-attivitajiet. B’mod iktar preċiż, din il-kawża tqajjem il-kwistjoni dwar jekk l-impatti negattivi preżunti tal-operat tal-parks eoliċi li huma s-suġġett tal-għajnuna kontenzjuża fuq l-ambjent tagħhom, b’mod partikolari fuq l-attivitajiet tas-sajd koeżistenti, fuq l-ambjent tal-baħar u fuq ir-riżorsi tas-sajd, jistgħux jitqiesu bħala effett konkret tal-għoti ta’ din l-għajnuna fuq is-sitwazzjoni tal-impriżi tas-sajd ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm ma jistax jiġi eskluż, bħala prinċipju, li għajnuna taffettwa konkretament l-interessi ta’ terzi minħabba impatti li l-installazzjoni megħjuna tiġġenera fuq l-ambjent tagħha u, b’mod partikolari fuq l-attivitajiet l-oħra li jitwettqu fil-qrib, mill-punti 64 u 73 iktar ’il fuq jirriżulta li, skont il-ġurisprudenza, dawn it-terzi, sabiex jiġu kklassifikati bħala partijiet interessati, għandhom juru, b’mod suffiċjenti fid-dritt, ir-riskju ta’ tali effett konkret. Barra minn hekk, sabiex isir dan, ma huwiex biżżejjed li tintwera l-eżistenza tal-imsemmija impatti, iżda għandu wkoll jiġi stabbilit li dawn l-impatti jirriżultaw mill-għajnuna stess. Fil-każ kuntrarju, kull individwu jew kull impriża li għandha interessi li jistgħu, minħabba l-lokalizzazzjoni tagħhom, jiġu affettwati minn dawn l-impatti jistgħu potenzjalment jallegaw il-kwalità ta’ parti interessata, fatt li huwa manifestament inkompatibbli mal-Artikolu 108(2) TFUE kif interpretat mill-ġurisprudenza (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>BPC Lux 2 <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑812/14 RENV</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:885">EU:T:2019:885</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li, kif isostnu l-Kummissjoni u l-intervenjenti insostenn tagħha, ir-riskji ta’ impatti allegati tal-proġetti inkwistjoni fuq l-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni kkonċernati jirriżultaw, minn naħa, mid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi li jistabbilixxu dawn il-proġetti fuq siti fejn jitwettqu dawn l-attivitajiet u, min-naħa l-oħra, minn dawk li dawn l-awtoritajiet jistgħu jieħdu sabiex jirregolaw in-navigazzjoni marittima u tas-sajd madwar dawn is-siti. Kif tenfasizza r-Repubblika Franċiża, dawn id-deċiżjonijiet jimmaterjalizzaw rispettivament permezz tal-awtorizzazzjonijiet għall-operat u permezz ta’ deċiżjonijiet ta’ okkupazzjoni u ta’ ġestjoni tal-qasam pubbliku, iżda mhux bl-għoti tal-għajnuna kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li d-deċiżjonijiet ta’ għoti tal-għajnuna kontenzjuża ma jistgħux jinfluwenzaw l-istabbiliment tal-proġetti inkwistjoni jew il-kontroll u l-limitazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni kkonċernati minn dan l-istabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fil-fatt, qabelxejn, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata u mir-rikors u kif jikkonfermaw id-dokumenti relatati mas-sejħiet għal offerti tal-2011 u tal-2013 dwar il-proġetti inkwistjoni, li għalihom tirreferi din id-deċiżjoni, il-lokalizzazzjoni eżatta tas-siti ta’ dawn il-proġetti kienet diġà ġiet stabbilita fid-data ta’ dawn is-sejħiet għal offerti u kienet tagħmel parti integrali mill-kundizzjonijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Sussegwentement, kien biss wara l-ftuħ tal-imsemmija sejħiet għal offerti, fil-mument tal-aċċettazzjoni tal-offerti tal-kandidati magħżula, li d-deċiżjoni tal-għoti tal-għajnuna ġiet adottata (ara l-punt 71 tad-deċiżjoni kkontestata). Barra minn hekk, la mid-deċiżjoni kkontestata u lanqas mill-provi prodotti mill-partijiet ma jirriżulta li n-negozjar mill-ġdid ta’ din l-għajnuna li seħħ fl-2018, li kien jirrigwarda biss it-tnaqqis tal-ammont tagħha, fir-rigward, b’mod partikolari, tal-iżviluppi teknoloġiċi u legali li jikkonċernaw tali proġetti, kellu huwa nnifsu effett fuq il-kundizzjonijiet ta’ dan l-istabbiliment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-ħlas tal-għajnuna kontenzjuża huwa marbut mal-impenn tal-awtoritajiet Franċiżi li jipproċedu għal eżami mill-ġdid ta’ din l-għajnuna fil-każ ta’ modifika ulterjuri tal-karatteristiċi tekniċi tal-proġetti inkwistjoni (punt 105 tad-deċiżjoni kkontestata). Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ din l-għajnuna jipprevedu tnaqqis tal-ammont tagħha fi tmiem il-kuntratt max-xerrej tal-elettriku u limitazzjoni tat-tul tal-imsemmija għajnuna għal 20 sena, perijodu li lil hinn minnu l-produzzjoni tal-elettriku ma tkunx iktar issussidjata (punti 23 u 24 tad-deċiżjoni kkontestata). Issa, għandu jiġi kkonstatat li dan il-mekkaniżmu digressiv tal-ħlas tal-għajnuna huwa totalment indipendenti mir-riskji ta’ impatti allegati tal-proġetti inkwistjoni fuq l-attivitajiet tas-sajjieda rikorrenti u ma jistax jinfluwenza lil dawn tal-aħħar, billi dawn l-impatti jiddependu biss minn miżuri tekniċi u regolamentari eventwali meħuda sabiex jillimitaw dawn l-attivitajiet jew, għall-kuntrarju, sabiex jiffaċilitaw il-koeżistenza tagħhom ma’ dawn il-proġetti. Għalhekk, anki wara li l-għajnuna kontenzjuża ma tibqax titħallas, dawn l-impatti allegati jistgħu jkomplu indipendentement minn dan il-ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-għajnuna kontenzjuża, li tikkorrispondi mad-differenza bejn l-ammont tat-tariffi tax-xiri tal-elettriku prodott mill-installazzjonijiet li huma s-suġġett tal-proġetti inkwistjoni u l-prezz tas-suq tal-elettriku, jista’ jkollha effett biss fuq is-swieq li fihom il-benefiċjarji huma attivi, jiġifieri, tal-output, is-suq tal-elettriku u, eventwalment, tal-input, is-swieq dwar il-provvisti neċessarji għall-funzjonament ta’ dawn l-installazzjonijiet. Hija ma jistax ikollha, minnha nnifisha, impatt fuq is-swieq li fihom is-sajjieda rikorrenti huma attivi, ħaġa li, barra minn hekk, dawn tal-aħħar ma jsostnux.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fir-raba lok, fir-rigward tal-impatti allegati tal-proġetti inkwistjoni fuq ir-riżorsi tas-sajd u l-ambjent tal-baħar, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, b’mod analogu għall-impatti tal-imsemmija proġetti fuq l-eżerċizzju tas-sajd fiż-żoni kkonċernati, dawn jiddependu biss fuq id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi ta’ stabbiliment ta’ dawn il-proġetti u tal-miżuri tekniċi u regolamentari applikabbli għalihom, li jistgħu jinfluwenzaw b’mod pożittiv jew negattiv dawn l-impatti. F’dan ir-rigward, la mill-allegazzjonijiet tas-sajjieda rikorrenti u lanqas mill-intervenjenti insostenn tagħhom, u lanqas mill-elementi li huma pproduċew insostenn tagħhom ma jirriżulta li l-ħlas tal-għajnuna kontenzjuża jippreżenta rabta ma’ dawn l-impatti fuq ir-riżorsi tas-sajd u l-ambjent tal-baħar. Konsegwentement, mingħajr ma hemm bżonn li jiġu eżaminati l-argumenti tal-Kummissjoni u tal-intervenjenti insostenn tagħha dwar l-assenza ta’ prova ta’ tali impatti, dawn tal-aħħar, fi kwalunkwe każ, ma jistgħux jagħtu lis-sajjieda rikorrenti l-kwalità ta’ partijiet interessati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-mekkaniżmu ta’ għoti tal-għajnuna inkwistjoni ma jippreżentax rabta mal-impatti allegati tal-proġetti inkwistjoni fuq l-attivitajiet tas-sajjieda rikorrenti. Fil-fatt, dawn l-impatti huma inerenti, minn naħa, għad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi ta’ stabbiliment ta’ dawn il-proġetti fiż-żoni kkonċernati fil-kuntest tal-politika tagħhom ta’ sfruttament tar-riżorsi enerġetiċi u, min-naħa l-oħra, għal-leġiżlazzjoni tal-ispazju pubbliku marittimu u għall-miżuri tekniċi applikabbli għall-imsemmija proġetti. Min-naħa l-oħra, jekk id-deċiżjoni ta’ dawn l-awtoritajiet li jagħtu lill-operaturi ta’ dawn il-proġetti għajnuna fil-forma ta’ obbligu tal-Istat ta’ xiri jagħtihom vantaġġ meta mqabbla mal-produtturi tal-elettriku mhux issussidjati, din hija, fiha nnifisha, mingħajr influwenza fuq ir-riżultati ekonomiċi tas-sajjieda rikorrenti. Għaldaqstant, l-għajnuna kontenzjuża ma tistax titqies li tista’, fiha nnifisha, ikollha effett konkret fuq is-sitwazzjoni tagħhom, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 64 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argumenti differenti tas-sajjieda rikorrenti intiżi sabiex juru l-eżistenza ta’ rabta bejn l-għajnuna kontenzjuża u l-impatti allegati tal-proġetti inkwistjoni fuq is-sitwazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>L-ewwel, is-sajjieda rikorrenti jsostnu fir-replika u fl-osservazzjonijiet tagħhom dwar in-noti tal-intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni li l-ħlas tal-għajnuna huwa neċessarju għall-implimentazzjoni tal-proġetti inkwistjoni u għall-operat tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, hekk kif jirriżulta mit-Taqsima 3.2 tal-Linji Gwida tal-2008 (l-effett tal-inċentiv u l-ħtieġa ta’ għajnuna), li fuqha bbażat ruħha l-Kummissjoni fil-punti 81 sa 86 tad-deċiżjoni kkontestata, u minn dawn il-punti stess, in-neċessità tal-għajnuna għall-finijiet tal-implimentazzjoni u tal-operat ta’ proġetti intiżi għall-protezzjoni tal-ambjent, bħall-proġetti inkwistjoni, hija preċiżament kundizzjoni tal-kompatibbiltà tagħhom. B’mod partikolari, skont il-punt 146(c) tal-Linji Gwida tal-2008, sabiex juri l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jipprova li l-investiment ma kienx ikun profittabbli biżżejjed mingħajr għajnuna. Konsegwentement, li jiġi ammess, kif isostnu r-rikorrenti, li r-riskju ta’ effett konkret tal-għajnuna kontenzjuża fuq l-attivitajiet tagħhom huwa stabbilit biss minħabba n-neċessità tal-għajnuna għall-eżistenza tal-imsemmija proġetti jwassal sabiex potenzjalment jagħti l-kwalità ta’ parti interessata lil kull impriża jew lil kull individwu li fir-rigward tagħhom ikun hemm ir-riskju li l-imsemmija proġetti jkollhom impatti fuq l-interessi tagħhom, li, kif ġie indikat fil-punt 89 iktar ’il fuq, ma jistax jiġi aċċettat. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li tali kunċett tal-kwalità ta’ parti interessata jippermetti, fil-prattika, il-kontestazzjoni sistematika tad-deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet dwar l-għajnuna għall-protezzjoni tal-ambjent minn tali impriżi jew minn tali individwi, peress li l-prova tar-riskju ta’ effett konkret fuq is-sitwazzjoni tagħhom hija awtomatikament stabbilita minħabba n-neċessità ta’ din l-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi rrilevat li l-argumentazzjoni tas-sajjieda rikorrenti f’dan il-każ tirrigwarda, hekk kif jirriżulta essenzjalment mir-replika, mhux l-effetti tal-għajnuna kontenzjuża nnifishom, iżda l-effetti tad-deċiżjonijiet ta’ stabbiliment tal-parks eoliċi lil hinn mill-kosta kkonċernati mill-proġetti inkwistjoni, li, fil-fehma tagħhom, jimplikaw, b’mod partikolari, il-projbizzjoni totali jew parzjali tal-attivitajiet tas-sajd kif ukoll tar-restrizzjonijiet tekniċi li jrenduhom diffiċli li jiġu pprattikati fiż-żoni kkonċernati. B’hekk, kif jissuġġerixxu l-intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni, ir-rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata jikkostitwixxi biss, b’xi mod, l-estensjoni tar-rikorsi tas-sajjieda rikorrenti kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi Franċiżi dwar dawn il-proġetti quddiem il-qrati nazzjonali. Issa, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 194(2) TFUE jirriżulta li t-trattati ma jaffettwawx id-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta’ sfruttament tar-riżorsi enerġetiċi tagħhom, l-għażla tagħhom bejn sorsi ta’ enerġija differenti u l-istruttura ġenerali tal-provvista enerġetika tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200922">22 ta’ Settembru 2020</DATE>, L‑<NAME.CASE>Awstrija vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑594/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:742">EU:C:2020:742</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Konsegwentement, anki jekk is-sajjieda rikorrenti jista’ jkollhom interess li jikkontestaw quddiem il-qrati nazzjonali d-deċiżjonijiet u l-għażliet tal-awtoritajiet Franċiżi fir-rigward tal-isfruttament tal-enerġija eolika lil hinn mill-kosta, minħabba l-effetti potenzjali ta’ dan l-isfruttament fuq is-sitwazzjoni tagħhom, din iċ-ċirkustanza ma tistax tkun biżżejjed sabiex tagħtihom, madankollu, il-kwalità ta’ parti interessata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-ħlas ta’ għajnuna mill-Istat lill-impriżi li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-imsemmija deċiżjonijiet u tal-imsemmija għażliet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>It-tieni, il-fatt li s-sajjieda rikorrenti, kif jinvokaw, jeżerċitaw attività ta’ interess ġenerali, li tibbenefika minn importanza u minn status partikolari skont l-Artikolu 39 TFUE, ma jistax, kuntrarjament għal dak li jsostnu, jittieħed inkunsiderazzjoni f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabelxejn, għandu ċertament jitfakkar, bħalma jagħmlu s-sajjieda rikorrenti, li l-għanijiet iddefiniti fl-Artikolu 39 TFUE, trasponibbli għall-politika komuni tas-sajd skont l-Artikolu 38(1) TFUE, jikkonsistu, b’mod partikolari, f’li jiġi żgurat livell ta’ għajxien ġust għall-popolazzjoni agrikola u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, in-natura partikolari tal-attività agrikola, li tirriżulta mill-istruttura soċjali tal-agrikoltura u mid-differenzi strutturali u naturali bejn id-diversi reġjuni agrikoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li, skont il-punti 74 sa 79 tad-deċiżjoni kkontestata, l-għajnuna kontenzjuża hija intiża għall-iżvilupp tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, bil-għan, b’mod partikolari, li tikkontribwixxi għall-għan tar-Repubblika Franċiża li żżid il-parti ta’ dawn is-sorsi ta’ enerġija fil-konsum finali tal-elettriku. Issa, dawn l-iskopijiet ma humiex relatati mal-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd, iddefiniti fl-Artikolu 39 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jitfakkar li, fir-rigward tal-għoti ta’ għajnuna bħall-għajnuna kontenzjuża, ibbażata fuq l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, konformement ma’ din id-dispożizzjoni, għajnuna mill-Istat għandha tissodisfa żewġ kundizzjonijiet, l-ewwel waħda li għandha tkun iddestinata sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet u ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, it-tieni, ifformulata b’mod negattiv, peress li ma għandhiex tbiddel il-kundizzjonijiet tal-kummerċ f’miżura kuntrarja għall-interess komuni. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni ma tissuġġettax il-kompatibbiltà ta’ għajnuna għall-kundizzjoni li ssegwi għan ta’ interess komuni, u dan bla ħsara għaċ-ċirkustanza li d-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward għandhom jiżguraw ir-rispett tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200922">22 ta’ Settembru 2020</DATE>, L‑<NAME.CASE>Awstrija vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑594/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:742">EU:C:2020:742</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-kwistjoni dwar jekk, kif jissuġġerixxu s-sajjieda rikorrenti, l-għanijiet ta’ interess komuni msemmija fl-Artikolu 39 TFUE għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-eżami tal-għajnuna kontenzjuża hija irrilevanti fir-rigward tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 107(3)(c) TFUE, imfakkra fil-punt 106 iktar ’il fuq. Din il-kwistjoni ma tistax għalhekk tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-kwalità tagħhom ta’ partijiet interessati. Fil-fatt, id-dritt ta’ parti interessata li tippreżenta osservazzjonijiet fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, u għalhekk, kif tfakkar fil-punt 62 iktar ’il fuq, li tikkontesta deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet, fir-rigward ta’ rifjut impliċitu li tinfetaħ din il-proċedura, għandu jiġi analizzat fir-rigward tal-għan tagħha, li huwa, b’mod partikolari, li l-Kummissjoni tkun tista’ tiġbor l-opinjonijiet neċessarji kollha meta l-ewwel eżami ta’ għajnuna ma jkunx ippermettilha li tegħleb id-diffikultajiet kollha marbuta mal-verifika tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑817/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:637">EU:C:2020:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fi kwalunkwe każ, ir-riskji ta’ impatti allegati tal-proġetti inkwistjoni fuq l-eżerċizzju tas-sajd fiż-żoni kkonċernati kif ukoll fuq ir-riżorsi tas-sajd u l-ambjent marittimu ma jistgħux, jekk jitqiesu li huma stabbiliti, jikkostitwixxu l-prova li l-għajnuna inkwistjoni tmur kontra l-għanijiet iddefiniti fl-Artikolu 39 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Minn naħa, minħabba n-natura ġenerali ħafna tagħhom, l-għanijiet iddefiniti fl-Artikolu 39 TFUE ma jistgħux jiġu kkontestati minħabba eventwali effett negattiv tal-imsemmija proġetti fuq l-attivitajiet tas-sajjieda rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif diġà ġie indikat fil-punt 81 iktar ’il fuq, is-sajjieda rikorrenti ma għandhomx dritt inkundizzjonat għall-użu tal-ispazju pubbliku marittimu kopert miż-żoni tas-sajd tagħhom u, kif jindikaw huma stess, l-attivitajiet tagħhom huma diġà suġġetti għal limitazzjonijiet minħabba l-leġiżlazzjoni applikabbli għalihom. Barra minn hekk, hekk kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-mapep relatati mal-ħidma tas-sajd tagħhom, annessi mar-rikors, is-siti ta’ stabbiliment tal-proġetti inkwistjoni jkopru biss parti minn dawn iż-żoni u la huwa sostnut u lanqas stabbilit li dawn il-proġetti jistgħu jikkontestaw il-livell ta’ għajxien tagħhom jew l-istruttura soċjali tas-sajd fuq skala żgħira f’dawn iż-żoni. Barra minn hekk, kif diġà ġie rrilevat fil-punt 80 iktar ’il fuq, kuntrarjament għal dak li donnhom jissuġġerixxu dawn ir-rikorrenti, id-dokumenti prodotti mir-Repubblika Franċiża juru r-rieda tal-awtoritajiet Franċiżi li jippermettu l-koeżistenza tal-attivitajiet tas-sajd u tal-parks eoliċi lil hinn mill-kosta kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>It-tielet, is-sajjieda rikorrenti jallegaw, fir-replika, li, fi kwalunkwe każ, huma għandhom interess ġuridiku kontra d-deċiżjoni kkontestata minħabba rikorsi ppreżentati minn uħud minnhom quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-awtorizzazzjonijiet ta’ operat ta’ tnejn mill-proġetti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-interess ġuridiku u l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> jikkostitwixxu kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà distinti li persuna fiżika jew ġuridika għandha tissodisfa b’mod kumulattiv sabiex ikun ammissibbli għaliha li tippreżenta rikors għal annullament skont ir-raba paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE (ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Mory <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:609">EU:C:2015:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Issa, minkejja li l-proċeduri quddiem il-qrati nazzjonali jagħtu lis-sajjieda rikorrenti interess ġuridiku kontra d-deċiżjoni kkontestata, għandu jiġi rrilevat li, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 62 iktar ’il fuq, il-kwistjoni dwar jekk rikorrent huwiex parti interessata fis-sens tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589 u huwa ammissibbli, f’dan ir-rigward, sabiex jikkontesta deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet tirrigwarda l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tal-imsemmi rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li s-sajjieda rikorrenti ma jurux, b’mod suffiċjenti fid-dritt, ir-riskju ta’ effett konkret tal-għajnuna kontenzjuża fuq is-sitwazzjoni tagħhom. Ir-rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jikkonċernahom, għandu għalhekk jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kwalità ta’ parti interessata tal-ewwel rikorrenti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-ewwel rikorrenti, kooperattiva kkostitwita mis-sajjieda tat-Tréport u tal-portijiet ta’ madwar sabiex jikkondividu x-xiri u l-bejgħ mill-ġdid ta’ kombustibbli, ta’ lubrikanti u ta’ żjut u xaħmijiet (ara l-punt 1 iktar ’il fuq), għandu jiġi rrilevat li l-attività tagħha tiddependi mid-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-klijentela tagħha, u mhux mill-ħlas tal-għajnuna kontenzjuża. Għalhekk, fi kwalunkwe każ, ma teżistix rabta bejn dan il-ħlas u l-iżvilupp ta’ din l-attività, iktar u iktar peress li, hekk kif jirriżulta mill-annessi tar-rikors prodotti f’dan ir-rigward, din il-klijentela ma hijiex limitata għas-sajjieda rikorrenti, iżda tinkludi madwar 70 professjonist irreġistrat fil-Hauts-de-France, fin-Normandie u fil-Bretagne. Barra minn hekk, il-mapep ta’ densità tal-frekwentazzjoni tal-bastimenti klijenti tal-ewwel rikorrenti, li ġew ukoll inklużi fil-proċess, jissuġġerixxu perimetru ta’ attività iktar importanti minn dak tas-sajjieda rikorrenti.<?PAGE NO="20"?> Isegwi li r-riskju ta’ effett konkret tal-għajnuna kontenzjuża fuq is-sitwazzjoni tagħha, fi kwalunkwe każ, ma huwiex ipprovat u li din ir-rikorrenti ma tistax titqies bħala parti interessata. Konsegwentement, ir-rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tikkonċernaha, għandu wkoll jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, mingħajr ma hemm bżonn li jiġi eżaminat l-argument tal-Kummissjoni li r-rikorrenti ma għandhomx status partikolari fis-sens tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19630715">15 ta’ Lulju 1963</DATE>, <NAME.CASE>Plaumann vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>25/62</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1963:17">EU:C:1963:17</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u, b’mod partikolari, li l-pożizzjoni tagħhom fis-suq ma hijiex affettwata sostanzjalment mill-għajnuna kontenzjuża, għandu jiġi konkluż li ebda waħda mir-rikorrenti ma tista’ tieħu azzjoni kontra d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Peress li r-rikorrenti tilfu, hemm lok li jiġu kkundannati għall-ispejjeż, konformement mat-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Peress li l-Viċi President tal-Qorti Ġenerali, permezz tad-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210702">2 ta’ Lulju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Bourel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑777/19 R</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:407">EU:T:2021:407</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), irriżerva l-ispejjeż tal-proċeduri għal miżuri provviżorji, hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dawn tal-aħħar. F’dan ir-rigward, peress li s-sitt sal-ħdax-il rikorrent tilfu fil-kuntest ta’ din il-proċedura, hemm lok li jiġu kkundannati għall-ispejjeż tagħha, konformement mat-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li intervenjent, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li jiġi deċiż li l-intervenjenti minbarra r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla Estiża)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Coopérative des artisans pêcheurs associés (CAPA) Sarl u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="21"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">David Bourel u r-rikorrenti l-oħra fil-Kawża T‑777/19 R li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża, il-comité régional des pêches maritimes et des élevages marins des Hauts-de-France (CRPMEM), il-Fonds régional d’organisation du marché du poisson (FROM NORD), l-Organisation de producteurs CME Manche-Mer du Nord (OP CME Manche-Mer du Nord), Ailes Marines SAS, Éoliennes Offshore des Hautes Falaises SAS, Éoliennes Offshore du Calvados SAS, Parc du Banc de Guérande SAS, Éoliennes en Mer Dieppe Le Tréport SAS u Éoliennes en Mer Îles d’Yeu et de Noirmoutier SAS għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Van der Woude</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Costeira</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kancheva</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Perišin</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil‑<DATE ISO="20210915">15 ta’ Settembru 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>