|
6.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 371/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1638
tal-5 ta’ Novembru 2020
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè (‘ICA’) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/579/KE (1) u daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2011. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 48(1) tal-ICA, l-ICA għandu jibqa’ fis-seħħ għal perijodu ta’ għaxar snin wara li jidħol fis-seħħ b’mod provviżorju jew b’mod definittiv sakemm ma jiġix estiż jew mitmum f’konformità ma’ dak l-Artikolu. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 9 tal-ICA, il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè (‘ICC’), bħala l-ogħla awtorità tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè (‘ICO’), huwa l-korp responsabbli għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet kollha meħtieġa biex jitwettqu d-dispożizzjonijiet tal-ICA. Skont l-Artikolu 48(3) tal-ICA, l-ICC jista’ jiddeċiedi li jestendi l-ICA lil hinn mid-data ta’ skadenza tiegħu għal perijodu wieħed jew aktar suċċessivi li ma jaqbżux it-tmien snin b’kollox. |
|
(4) |
Fil-11 ta’ Settembru 2020, matul il-127 sessjoni tiegħu, l-ICC approva r-Riżoluzzjoni 471 li testendi l-ICA b’sena waħda. |
|
(5) |
Minħabba l-importanza tas-settur tal-kafè għal għadd ta’ Stati Membri u għall-ekonomija tal-Unjoni Ewropea, huwa fl-interess tal-Unjoni li tkun tista’ tipparteċipa fl-ICA sad-dħul fis-seħħ provviżorju jew definittiv ta’ Ftehim ġdid. |
|
(6) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan l-ICC, minħabba li d-deċiżjonijiet tal-ICC dwar l-estensjoni tal-ICA huma vinkolanti fuq l-Unjoni. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 48(3) tal-ICA, l-Unjoni tista’ toġġezzjona għad-deċiżjoni tal-ICC dwar l-estensjoni tal-ICA qabel l-iskadenza tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan l-ICC, għandha tkun kif ġej:
|
(a) |
li ma toġġezzjonax għad-deċiżjoni tal-ICC li jestendi l-ICA b’sena waħda kif imniżżel fir-Riżoluzzjoni 471 kif approvata fil-127 sessjoni tal-ICC, |
|
(b) |
jekk ikun meħtieġ, fis-sessjonijiet segwenti tal-ICC, tivvota favur l-estensjonijiet tal-ICA għal perijodi li ma jaqbżux total ta’ tmien snin lil hinn mid-data tal-iskadenza oriġinali tal-ICA jew sad-dħul fis-seħħ provviżorju jew definittiv ta’ ftehim ġdid, skont liema jiġi l-ewwel. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-5 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/579/KE tas-16 ta’ Ġunju 2008 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2007 (ĠU L 186, 15.7.2008, p. 12).