<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-581/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0581</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:169">EU:T:2018:169</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>23</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>23</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180322">22.3.2018</DATE> – Kawża T-581/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Popotas vs L-Ombudsman</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20180322">22 ta’ Marzu 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Uffiċjali</KEYWORD><KEYWORD>Sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess</KEYWORD><KEYWORD>Segretarju Ġenerali tal-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ din l-opinjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ksur tal-proċedura ta’ selezzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-581/16,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Costas Popotas</HT>, uffiċjal tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, residenti fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu), irrappreżentat minn V. Christianos u S. Paliou, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Ombudsman Ewropew</HT>, irrappreżentat minn L. Papadias, P. Dyrberg u A. Antoniadis, bħala aġenti, assistiti minn A. Duron, avukat,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ħatra ta’ G fil-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali tal-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew, tad-deċiżjoni tal-Ombudsman tad‑<DATE ISO="20151109">9 ta’ Novembru 2015</DATE> li tiċħad ilmenti mressqa mir-rikorrent kontra l-imsemmija deċiżjoni kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Ombudsman li ma jiġix mistieden għal intervista, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament ġarrab b’konsegwenza ta’ dawn id-deċiżjonijiet,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn A. M. Collins, President, M. Kancheva u R. Barents (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: S. Spyropoulos, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ir-reklutaġġ għandu jkollu l-mira li jiżgura li l-istituzzjoni jkollha s-servizzi ta’ uffiċjali tal-ogħla livell ta’ kapaċità, effiċjenza u integrità, magħżula mill-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni. L-ebda pożizzjoni ma tkun riservata għal ċittadini ta’ xi Stat Membru [tal-Unjoni Ewropea].<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20150219">19 ta’ Frar 2015</DATE>, l-Ombudsman Ewropew ippubblika sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess bil-għan tar-reklutaġġ ta’ Segretarju Ġenerali bil-grad AD 15/16 tal-uffiċċju tal-Ombudsman (OMB/2/2015) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>SMI<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-kriterji ta’ selezzjoni, iddikjarati fil-punt 6 tas-SMI, huma s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[e]sperjenza ta’ kollaborazzjoni ma’ jew ta’ ħidma fi ħdan istituzzjoni, korp jew organu tal-UE, jew ta’ kollaborazzjoni ma’ jew ta’ ħidma fi ħdan uffiċċju nazzjonali ta’ ombudsman jew kull korp relatat;</P></ITEM><ITEM><P>għarfien tajjeb tal-affarijiet, tal-istituzzjonijiet u tal-leġiżlazzjonijiet Ewropej;</P></ITEM><ITEM><P>esperjenza sinjifikattiva u suċċess dimostrabbli bħala diriġent f’qasam kompatibbli mal-attivitajiet ta’ uffiċċju;</P></ITEM><ITEM><P>għarfien tajjeb tar-rwol li għandu ombudsman fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika;</P></ITEM><ITEM><P>esperjenza murija fl-implementazzjoni ta’ bidla strateġika;</P></ITEM><ITEM><P>għarfien tal-ġestjoni u tal-pjanifikazzjoni baġitarja;</P></ITEM><ITEM><P>għarfien ta’ streteġiji u proċessi moderni fis-settur tar-riżorsi umani;</P></ITEM><ITEM><P>għarfien ta’ streteġiji u proċessi moderni fis-settur tat-teknoloġiji tal-informazzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>kapaċitajiet eċċellenti ta’ komunikazzjoni, ta’ networking u ta’ motivazzjoni tal-persunal;</P></ITEM><ITEM><P>impenn profond favur UE li tisma’ liċ-ċittadini;</P></ITEM><ITEM><P>impenn profond favur il-viżjoni u l-istrateġija tal-Ombudsman maħtura;</P></ITEM><ITEM><P>il-kapaċità ta’ komunikazzjoni effikaċi bl-Ingliż u bil-Franċiż hija neċessarja għal raġunijiet prattiċi. L-għarfien ta’ lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea huwa vantaġġ.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-punt 7 tas-SMI, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>[p]roċedura ta’ selezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jiddikjara:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-kandidati kollha għandhom jirċievu konferma ta’ riċeviment. Kumitat Konsultattiv għandu jassisti lill-Awtorità tal-Ħatra u għandu jeżamina l-kandidaturi bl-għajnuna tal-unità ”Persunal, Amministrazzjoni u Baġit‘. Dan il-kumitat għandu jipproponi lista ta’ kandidati li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Kumitat Konsultattiv jista’ jirrakkomanda li n-numru ta’ kandidati eliġibbli biex jiġu mistiedna għal intervista jiġi llimitat.</P><?PAGE NO="3"?><P>L-Ombudsman tista’ tiddeċiedi li tistieden għall-intervisti biss uħud mill-kandidati fil-lista rrakkomandata mill-Kumitat Konsultattiv. Il-kandidati kollha għandhom jiġu informati bl-eżitu tal-proċedura ta’ selezzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-data ta’ skadenza għar-riċeviment tal-kandidaturi kienet iffissata, skont il-punt 8 tas-SMI, għat-<DATE ISO="20150322">22 ta’ Marzu 2015</DATE> f’nofsinhar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-punt 8 tas-SMI jipprevedi li l-kandidatur għandhom jinkludu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>a)</NO.P><TXT>formola ta’ kandidatura kkompletata, disponibbli minn qabel fuq is-sit internet tal-Ombudsman […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ittra redatta bl-Ingliż li tispjega l-motivazzjoni tal-kandidat u r-raġunijiet għalfejn il-kandidat jemmen li għandu l-kompetenzi, l-għarfien u l-kapaċitajiet neċessarji għall-pożizzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>kopja tal-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT> tal-kandidat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>kopja ta’ dokument uffiċjali li jippermetti li tiġi stabbilita ċ-ċittadinanza tal-kandidat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>kopja taċ-ċertifikati (ma hijiex neċessarja traduzzjoni ċċertifikata iżda traduzzjoni bil-Franċiż jew bl-Ingliż tiġi apprezzata);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>provi tal-esperjenza professjonali tal-kandidat, li jindikaw b’mod ċar id-dati tal-bidu u tat-tmiem u n-natura eżatta tal-attivitajiet imwettqa, li jippermettu li jiġi stabbilit li l-kandidat għandu l-kwalifiki u l-għarfien neċessarji hekk kif stabbiliti fil-kapitolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>kriterji ta’ selezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>il-kandidati għandhom ukoll jipprovdu dikjarazzjoni u, jekk possibbli, prova li tistabbilixxi l-għarfien lingwistiku tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>fir-rigward tal-uffiċjali minn istituzzjonijiet oħra tal-UE, kopja tal-aħħar tliet rapporti ta’ evalwazzjoni tagħhom (jekk disponibbli);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>indirizz tal-posta elettronika validu li l-uffiċċju tal-Ombudsman għandu juża għall-korrispondenza.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Verżjonijiet oriġinali tad-dokumenti ġustifikattivi msemmija ((d), (e), (f), (g) u (h)) jistgħu jintalbu ulterjorment għal finijiet ta’ verifika.</P><P>Il-kandidaturi inkompleti jew sottomessi (parzjalment jew għal kollox) wara d-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-kandidaturi ma humiex ser jittieħdu inkunsiderazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE>, l-Ombudsman ippubblika l-lista tal-Membri tal-Kumitat Konsultattiv għall-proċedura ta’ selezzjoni OMB/2/2015, li kien kompost mill-membri li ġejjin: is-Sinjura A., is-Sinjura D., u s-Sinjura S. u s-Sur H. Barra minn hekk, osservatur u segretarju ġew maħtura bil-għan li jkunu ta’ servizz għall-imsemmi kumitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20150320">20 ta’ Marzu 2015</DATE>, ir-rikorrent, Costas Popotas, ittrażmetta permezz tal-posta elettronika d-dokumentazzjoni kompleta li tirrigwarda l-att ta’ kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali, filwaqt li ppreċiża li r-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu għas-sena 2014 kien għadu qed jiġi ffinalizzat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tal‑<DATE ISO="20150324">24 ta’ Marzu 2015</DATE>, l-Ombudsman ikkonferma r-riċeviment tal-att ta’ kandidatura tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20150327">27 ta’ Marzu 2015</DATE>, ir-rikorrent ittrażmessa l-aħħar rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu, iffinalizzat f’dak l-istess jum, u li kien jirrigwarda s-sena 2014, fejn żied li, minkejja li l-imsemmi rapport ta’ evalwazzjoni kien intbagħat wara d-data ta’ skadenza, huwa kien jixtieq xorta waħda li dan jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kumitat Konsultattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20150409">9 ta’ April 2015</DATE>, il-Kumitat Konsultattiv bagħat posta elettronika lill-Ombudsman fejn informah li kien temm l-evalwazzjoni tal-kandidaturi kollha li kienu ġew sottomessi lilu. Barra minn hekk, huwa fassal il-lista, stabbilita f’ordni alfabetika, ta’ tnax-il kandidat li huwa kien jirrakkomanda bil-għan li dawn jissejħu għal intervista quddiem l-Ombudsman. F’din il-lista stabbilita f’ordni alfabetika, ir-rikorrent kien jinsab fil-ħdax-il pożizzjoni u s-Sinjura G. fis-seba’ pożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tal-istess jum, l-Ombudsman informa lill-osservatur tal-Kumitat Konsultattiv li huwa kien iddeċieda li jsejjaħ għal intervista lil tmienja biss mit-tnax-il kandidat propost mill-imsemmi kumitat, fosthom is-Sinjura G, fejn ir-rikorrent ġie eskluż mill-imsemmija intervista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tal‑<DATE ISO="20150410">10 ta’ April 2015</DATE>, il-kap tal-unità <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Persunal, amministrazzjoni u baġit<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> informa lir-rikorrent li l-Kumitat Konsultattiv kien iddeċieda, minkejja l-merti kunsiderevoli tiegħu, li ma jirrakkomandax il-kandidatura tiegħu għal intervista. Ġie ppreċiżat ukoll li, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil mal-imsemmija deċiżjoni, ir-rikorrent seta’ jressaq talba mmotivata ta’ eżami mill-ġdid ta’ din id-deċiżjoni sas‑<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE> żvolġew intervisti tat-tmien kandidati li kienu ntagħżlu mill-Ombudsman u, fit‑<DATE ISO="20150422">22 ta’ April 2015</DATE>, tlieta minn fosthom ħadu sehem f’intervista ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20150508">8 ta’ Mejju 2015</DATE>, ir-rikorrent sar jaf, billi kkonsulta s-sit internet tal-magażin <HT TYPE="ITALIC">Politico</HT>, bl-informazzjoni li kienet tgħid li G. kienet inħatret Segretarju Ġenerali tal-Ombudsman. Din l-istess informazzjoni kienet ġiet ikkomunikata, fl‑<DATE ISO="20150504">4 ta’ Mejju 2015</DATE>, lill-Kumitat Konsultattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20150518">18 ta’ Mejju 2015</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta lill-Ombudsman talba ta’ aċċess għad-dokumenti amministrattivi li jirrigwardaw il-proċedura OMB/2/2015, b’mod partikolari l-minuti tal-Kumitat Konsultattiv maħtur sabiex jassisti lill-Awtorità tal-Ħatra u l-proposta sottomessa għall-evalwazzjoni ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20150526">26 ta’ Mejju 2015</DATE>, l-Ombudsman informa lir-rikorrent li l-Kumitat Konsultattiv <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>ma [kienx żamm] minuti tal-laqgħa tiegħu, b’tali mod li ma setax jikkunsidra/jeżamina aċċess pubbliku possibbli għal tali dokument<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Barra minn hekk, fir-rigward tat-talba ta’ aċċess tar-rikorrent għall-proposta sottomessa għall-evalwazzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, l-Ombudsman indika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>il-Kumitat Konsultatattiv madankollu ma [kienx ippreżenta] dokument separat li jinkludi tali proposta, iżda [kien ikkomunika], amministrattivament, l-evalwazzjonijiet tiegħu lill-Ombudsman permezz tal-partijiet rilevanti tan-nota tat‑<DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE> imsemmija iktar ’il fuq<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20150603">3 ta’ Ġunju 2015</DATE>, l-Ombudsman ittrażmetta lir-rikorrent, wara t-talba tiegħu ta’ aċċess għal ċerti dokumenti, in-nota tat‑<DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE> dwar il-proċedura ta’ selezzjoni OMB/2/2015 għar-reklutaġġ ta’ Segretarju Ġenerali. Din in-nota, stabbilita fit‑<DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE> mill-kap tal-unità <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Persunal, amministrazzjoni u baġit<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> u approvata mill-Ombudsman, tagħti sunt tal-proċedura ta’ selezzjoni li żvolġiet sa mill-pubblikazzjoni tas-SMI sad-deċiżjoni li l-pożizzjoni tiġi offruta lil G. Din in-nota tinkludi tliet annessi: l-ewwel anness jirrigwarda l-eliġibbiltà tal-kandidati, it-tieni huwa relatat mal-marki attribwiti mill-Kumitat Konsultattiv lill-kandidati eliġibbli u t-tielet huwa dwar il-marki attribwiti mill-Kumitat Konsultattiv lit-tmien kandidati li kienu pparteċipaw fl-ewwel sensiela ta’ intervisti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>, ir-rikorrent talab lill-Ombudsman biex ineħħi l-anonimat lill-kandidatura tiegħu fl-Anness 2 tan-nota tat‑<DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20150609">9 ta’ Ġunju 2015</DATE>, ir-rikorrent ġie informat mis-servizzi tal-Ombudsman li l-kandidatura tiegħu kienet dik bin-numru 51.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20150610">10 ta’ Ġunju 2015</DATE>, ir-rikorrent talab lill-Ombudsman l-aċċess għad-dokumenti li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[il-]kopji tal-[<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT>] tal-kandidati nru 3, 7 u 47 (anonimizzati jekk neċessarju) u ta’ G.;</P></ITEM><ITEM><P>il-kriterji ta’ sejħa tal-kandidati għal intervista hekk kif isir riferiment għalihom fl-Anness 3 [tan-]nota tal-Ombudsman tat‑<DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE> […];</P></ITEM><ITEM><P>[il-]kopji tal-posta elettronika jew ittri (anonimizzati jekk neċessarju) mibgħuta lill-kandidati nru 7 u 47 mill‑10 ta’ April<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, ir-rikorrent indika lill-Ombudsman li kien iqis li l-marki li kienu ngħatawlu ma kinux jirriflettu d-dokumentazzjoni sottomessa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għaldaqstant ir-rikorrent talab sabiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>jirċievi min-naħa tal-Kumitat Konsultattiv il-motivazzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-kriterji sussidjarji li [kienu] ġew applikati għall-evalwazzjoni dwar l-elementi A, G u H tal-Anness 2, b’mod partikolari tar-raġunament li [kien] ippermetta li jingħata l-massimu ta’ marki possibbli lil ċerti kandidati;</P></ITEM><ITEM><P>l-elementi tal-fajl [tiegħu] li ma [kinux] ippermettew li jingħata l-massimu ta’ punti għall-element A;</P></ITEM><ITEM><P>ir-raġunijiet għalfejn, fid-dawl tat-totalità tal-involviment [tiegħu] b’mod kważi kostanti fil-kwistjonijiet tal-ġestjoni tal-persunal mill-aspett fuq kollox interistituzzjonali, il-Kumitat ma [kienx] qies xieraq li [huwa għandu jingħata] l-massimu ta’ punti, jew iktar minn 3.50 għall-element G;</P></ITEM><ITEM><P>il-kriterji applikati għall-fajl [tiegħu] li [kienu] rriżultaw f’marki partikolarment baxxi fir-rigward tal-element H, meta jitqies li [huwa kien] ressaq quddiem il-Kumitat studji speċifiċi fl-informatika u involviment kostanti fl-informativa applikata għall-attivitajiet li [huwa kien] eżerċita, taħriġ avvanzat u pubblikazzjonijiet fis-settur ikkonċernat, u l-parteċipazzjoni f’assoċjazzjonijiet rinomati fis-settur.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-rikorrent żied li b’mod parallel, huwa kien ressaq it-talba INC2015‑005124 ta’ aċċess għad-dokumenti quddiem ir-reġistru tal-Ombudsman.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20150617">17 ta’ Ġunju 2015</DATE>, trażmessa lir-rikorrent permezz ta’ posta elettronika tat‑<DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, l-Ombudsman, bi tweġiba għat-talba tiegħu tal‑<DATE ISO="20150610">10 ta’ Ġunju 2015</DATE>, ikkomunika l-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT> ta’ G., fejn ippreċiża li l-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT> tal-kandidati l-oħra ma setgħux jiġu kkomunikati lilu minħabba drittijiet marbuta mal-protezzjoni tad-data ta’ natura personali. Barra minn hekk, kopja tal-korrispondenza skambjata mal-kandidati nru 7 u 47 ġiet trażmessa lilu, konformement mat-talba tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20150626">26 ta’ Ġunju 2015</DATE>, bi tweġiba għall-posta elettronika tar-rikorrenti tal‑<DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, l-uffiċċju tal-Ombudsman indikalu li kienet qed tiġi elaborata tweġiba għat-talba tiegħu u li din kellha tiġi kkomunikata lilu mill-iktar fis.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-rikorrent informa lill-Ombudsman li bħala prinċipju, huwa kien ser jistenna t-tweġiba sal‑<DATE ISO="20150710">10 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20150710">10 ta’ Lulju 2015</DATE>, ir-rikorrent ressaq, b’mod kawtelatorju, ilment ibbażat fuq l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. Ir-rikorrent qies, minn naħa, li l-proċedura kienet ikkaratterizzata minn nuqqasijiet u minn inkoerenzi li kienu jagħtu indikazzjonijiet ta’ użu ħażin ta’ proċedura, b’mod partikolari minħabba l-fatt li ma kienx ġie mistieden għal intervista orali, kuntarjament għall-kandidat nru 47 ikklassifikat <HT TYPE="ITALIC">ex æquo</HT> miegħu fid-disa’ pożizzjoni, mingħajr ma setgħet tingħata ġustifikazzjoni oġġettiva, u, min-naħa l-oħra, li saru żbalji ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kwalifiki tiegħu relatati mal-elementi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>G. Għarfien ta’ strateġiji u proċeduri moderni fis-settur tar-riżorsi umani<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>H. Għarfien ta’ strateġiji u proċeduri moderni fis-settur tat-teknoloġiji tal-informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fid-dawl tal-elementi pprovduti fil-kandidatura tiegħu u fil-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT> li huwa kien annetta. Konsegwentement huwa talab lill-Awtorità tal-Ħatra tannulla l-istadji tal-proċedura ta’ selezzjoni ulterjuri għan-nota tat‑<DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE>, b’mod partikolari l-ħatra ta’ G. fil-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali tal-uffiċċju tal-Ombudsman, u sabiex jikkumpensah għad-danni materjali u morali li huwa kien ġarrab.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>, l-uffiċċju tal-Ombudsman ikkonferma r-riċeviment ta’ dan l-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20150921">21 ta’ Settembru 2015</DATE>, ir-rikorrent talab kopja tad-deċiżjoni ta’ ħatra ta’ G, li ġiet trażmessa lilu permezz tal-posta elettronika fil‑<DATE ISO="20151005">5 ta’ Ottubru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20151014">14 ta’ Ottubru 2015</DATE>, ir-rikorrent ressaq ilment ieħor ibbażat fuq l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, li permezz tiegħu huwa kkonferma l-ilmenti fformulati fl-ewwel ilment tiegħu (ara l-punt 28 iktar ’il fuq). Madankollu, huwa żied, minn naħa, li ttieħdu inkunsiderazzjoni elementi ta’ evalwazzjoni mhux previsti fir-rigward tal-kandidata finalment magħżula bi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u, min-naħa l-oħra, li l-proċedura ta’ selezzjoni ma kinitx tikkorrispondi globalment għall-istandards ta’ amministrazzjoni tajba li kellhom jiggwidaw istituzzjoni bħal dik tal-Ombudsman. Konsegwentement, huwa talab l-annullament tal-istadji tal-proċedura ta’ selezzjoni ulterjuri għan-nota tat‑<DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE>, b’mod partikolari l-ħatra ta’ G. fil-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali tal-uffiċċju tal-Ombudsman li saret permezz ta’ deċiżjoni tal-Ombudsman tas‑<DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>. Barra minn hekk, huwa kkonferma t-talba tiegħu għal kumpens għad-danni materjali u morali mġarrba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20151109">9 ta’ Novembru 2015</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), ir-rikorrent ġie informat mill-Ombudsman dwar iċ-ċaħda tal-ilmenti tiegħu tal‑10 ta’ Lulju u tal‑<DATE ISO="20151014">14 ta’ Ottubru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-<DATE ISO="20160217">17 ta’ Frar 2016</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-Ombudsman ippreżenta risposta lir-Reġistru tat-Tribuna għas-Servizz Pubbliku fis‑<DATE ISO="20160626">26 ta’ Ġunju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE, Euratom) 2016/1192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE> dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-ġurisdizzjoni fl-ewwel istanza f’tilwimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-persunal tagħha (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="200" PAGE.FIRST="137" DATE.PUB="2016">ĠU 2016 L 200, p. 137</REF.DOC.OJ>), din il-kawża ġiet ittrasferita lill-Qorti Ġenerali fl-istat li din kienet tinsab fid-data tal-<DATE ISO="20160831">31 ta’ Awwissu 2016</DATE>. Hija ġiet irreġistrata taħt in-numru T-581/16 u ġiet allokata lit-Tmien Awla.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-rikorrent ippreżenta replika fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20170103">3 ta’ Jannar 2017</DATE> u l-Ombudsman ippreżenta kontroreplika fis‑<DATE ISO="20170316">16 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz ta’ talba ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20170407">7 ta’ April 2017</DATE>, ir-rikorrent staqsa lill-Qorti Ġenerali, taħt l-Artikolu 85(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, sabiex jordna l-irtirar tal-Anness D 1 mill-fajl u sabiex ma jittiħdux inkunsiderazzjoni l-argumenti tal-Ombudsman relatati ma’ dan l-anness.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, għamlet mistoqsija bil-miktub lir-rikorrent li wieġeb fit-terminu mogħti sabiex tingħata tweġiba fis-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata, li permezz tagħha l-Ombudsman ċaħad l-ilmenti amministrattivi tiegħu;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20150410">10 ta’ April 2015</DATE>, li eskludiet lir-rikorrent minn intervista, u d-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, li taħtar lil G. fil-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali tal-uffiċċju tal-Ombudsman;</P></ITEM><ITEM><P>tordna lill-Ombudsman iħallaslu s-somma ta’ EUR 112 472.64 bħala kumpens għad-danni materjali li ġarrab;</P></ITEM><ITEM><P>tordna lill-Ombudsman iħallaslu s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">30000</FT> bħala kumpens għad-danni morali li ġarrab;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Ombudsman iħallas l-ispejjeż kollha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-Ombudsman jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala parzjalment inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad ir-rikors fl-intier tiegħu;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż tal-istanza.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, ir-rikorrent għamel dikjarazzjoni preliminari li permezz tagħha huwa indika li kellu l-intenzjoni li jillimita l-ammont tat-talba tiegħu għal danni pekunjarji u li ma kienx qiegħed jitlob iżjed il-ħlas tas-somma ta’ EUR 112 472.64. Huwa ppreċiża li d-danni pekunjarji li jallega li ġarrab kienu jirrgwardaw telf ta’ opportunità, b’tali mod li huwa issa jitlob lill-Qorti Ġenerali tiddetermina somma f’daqqa <HT TYPE="ITALIC">ex æquo et bono</HT>, u l-Qorti Ġenerali ħadet nota ta’ dan fil-minuti tas-seduta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Mingħajr ma jqajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà fis-sens formali, l-Ombudsman jinvoka numru ta’ eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà kontra wħud mill-motivi mqajma mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-Ombudsman isostni li r-regola ta’ konkordanza li tirrikjedi li motiv imqajjem quddiem il-qorti tal-Unjoni Ewropea tkun diġà tqajjmet fil-kuntest tal-proċedura prekontenzjuża ma ġietx osservata. B’hekk, l-ilmenti magħmula kontra, minn naħa, elementi pprovduti fin-nota tat‑<DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE>, ikkomunikata lir-rikorrent fit‑<DATE ISO="20150603">3 ta’ Ġunju 2015</DATE>, u, min-naħa l-oħra, il-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT> ta’ G., ikkomunikat lir-rikorrent fit‑<DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, diġà jmisshom ġew ippreżentati fil-kuntest tal-imsemmija proċedura. Skont l-Ombudsman, l-ilmenti li setgħu jiġu fformulati qabel il-preżentata ta’ dan ir-rikors għaldaqstant huma inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi li rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea huwa ammissibbli biss jekk qabel ikun tressaq ilment quddiem l-Awtorità tal-Ħatra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, ir-regola ta’ konkordanza bejn l-ilment, fis-sens tal-Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, u r-rikors sussegwenti tirrikjedi, taħt piena ta’ inammissibbiltà, li motiv imqajjem quddiem il-qorti tal-Unjoni jkun diġà tqajjem fil-kuntest tal-proċedura prekontenzjuża, sabiex l-Awtorità tal-Ħatra tkun f’pożizzjoni li tkun taf il-kritiki li l-parti kkonċernata tkun qed tagħmel kontra d-deċiżjoni kkontestata (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131025">25 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Moschonaki</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑476/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:557">EU:T:2013:557</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Din ir-regola hija ġġustifikata mill-għan stess tal-proċedura prekontenzjuża, peress li din għandha l-għan li tippermetti soluzzjoni bonarja tat-tilwim li jinbet bejn l-uffiċjali u l-amministrazzjoni (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131025">25 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Moschonaki</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑476/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:557">EU:T:2013:557</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għalhekk, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, fir-rikorsi tal-uffiċjali, it-talbiet ippreżentati quddiem il-qorti tal-Unjoni jista’ jkollhom biss kapijiet ta’ kontestazzjoni li huma bbażati fuq l-istess kawża bħal dik li fuqha jkunu bbażati l-kapijiet ta’ kontestazzjoni invokati fl-ilment, bil-preċiżazzjoni li dawn il-kapijiet ta’ kontestazzjoni jistgħu jiġu żviluppati, quddiem il-qorti tal-Unjoni, bil-preżentazzjoni ta’ motivi u argumenti li mhux neċessarjament ikunu jidhru fl-ilment, iżda li jkunu relatati mill-qrib miegħu (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131025">25 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Moschonaki</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑476/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:557">EU:T:2013:557</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-Ombudsman iqajjem l-inammissibbiltà ta’ parti mill-ewwel motiv, ibbażat, hekk kif spjega r-rikorrent fis-seduta bi tweġiba għal mistoqsija magħmula f’dan is-sens mill-Qorti Ġenerali, fuq il-ksur tal-proċedura ta’ selezzjoni. B’hekk, skont l-Ombudsman, ir-rikorrent ma jkunx jista’ iżjed iqiegħed inkwistjoni l-fatt li l-kandidati kienu ġew evalwati matul il-fażi li tippreċedi l-intervisti skont ċerti kriterji ta’ selezzjoni, li żewġ sensiliet ta’ intervisti u sitt kriterji mogħnija b’fatturi ta’ ponderazzjoni kienu ntużaw biex jiġu evalwati l-intervisti u li l-kompetenzi lingwistiċi tal-kandidati ma kinux ġew evalwati konformement mas-SMI. B’hekk l-Ombudsman isostni li r-rikorrent kien jaf perfettament, fil-mument stess tat-tressiq tal-ewwel ilment tiegħu, l-elementi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>tmien kriterji ta’ selezzjoni [intuża] matul il-fażi li tippreċedi l-intervisti;</P></ITEM><ITEM><P>[ir-rikorrent] ġie evalwat fid-dawl ta’ dawn il-kriterji;</P></ITEM><ITEM><P>l-evalwazzjoni wasslet sabiex [ir-rikorrent] jiġi eskluż mill-fażijiet li ġejjin tal-proċedura ta’ selezzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>kien hemm żewġ sensiliet ta’ intervisti;</P></ITEM><ITEM><P>kien hemm sitt kriterji ta’ evalwazzjoni tal-intervisti;</P></ITEM><ITEM><P>ġew applikati fatturi ta’ ponderazzjoni kemm matul il-fażi li tippreċedi l-intervisti kif ukoll matul il-fażi tal-intervisti;</P></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><P>il-kompetenzi lingwistiċi kienu evalwati matul il-fażi tal-intervisti u</P></ITEM><ITEM><P>il-lingwi tal-kandidata magħżula għall-pożizzjoni kienu l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi osservat li, fil-kuntest tal-ewwel ilment tiegħu, ir-rikorrent spjega li l-proċedura kienet ikkaratterizzati minn nuqqasijiet u inkoerenzi li kienu joffru indikazzjonijiet li l-proċedura ta’ selezzjoni ma kinitx ġiet osservata, fejn invoka bħala eżempju l-fatt li huwa ma kienx ġie mistieden għal intervista orali, kuntrarjament għall-kandidat nru 47 ikklassifikat <HT TYPE="ITALIC">ex æquo</HT>. Ir-rikorrent żied, fil-kuntest tat-tieni lment tiegħu, li elementi ta’ evalwazzjoni mhux previsti kienu ttieħdu inkunsiderazzjoni fir-rigward tal-kandidata li finalment ġiet magħżula, bi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi kkonstatat li n-nuqqasijiet u l-inkoerenzi indikati mir-rikorrent jinkludu preċiżament u neċessarjament l-ilmenti kollha li huwa invoka fil-kuntest tal-ewwel motiv tiegħu, li kollha kemm huma jirrigwardaw il-ksur tal-proċedura ta’ selezzjoni, u li huma mfakkra mill-Ombudsman (ara l-punt 48 iktar ’il fuq). Għalhekk anki jekk dawn l-ilmenti ma jirriżultawx <HT TYPE="ITALIC">expressis verbis</HT> fl-ewwel ilment tar-rikorrent, huma marbuta mal-ewwel kap ta’ kontestazzjoni dwar il-ksur tal-proċedura ta’ selezzjoni, u għaldaqstant ma jikkostitwixxux, hekk kif jallega l-Ombudsman, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>motiv sussidjarju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, iżda argumenti insostenn tal-motiv li diġà tqajjem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għaldaqstant din l-ewwel eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-Ombudsman iqajjem l-inammissibbiltà tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>motiv sussidjarju<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> li skontu huwa attribwixxa lill-kriterji ta’ selezzjoni fatturi ta’ ponderazzjoni mhux previsti fis‑SMI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi kkonstatat, għal darb’oħra, li dan l-ilment jirriżulta inkontestabbilment mill-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-proċedura ta’ selezzjoni, sa fejn l-Ombudsman qed jiġi akkużat li ma osservax il-kriterji ta’ selezzjoni li kien fassal huwa stess. Għaldaqstant dan lanqas ma jista’ jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>motiv sussidjarju<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, liema kwalifika tidher partikolarment mhux xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għaldaqstant din it-tieni eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà għandha tiġi miċħuda wkoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-Ombudsman iqajjem l-inammissibbiltà tal-ilment dwar it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ kriterju li jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>impressjoni sħiħa<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, meta din il-kontestazzjoni setgħet saret mir-rikorrent fil-kuntest tal-ilment tiegħu, ġaladarba huwa kien jaf bl-eżistenza ta’ dan il-kriterju sa mit‑<DATE ISO="20150603">3 ta’ Ġunju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-rikorrent isostni li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>impressjoni sħiħa<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ma kinitx kriterju li kien jinsab fis-SMI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, jeħtieġ li jiġi osservat li, fit-tieni lment tal‑<DATE ISO="20151014">14 ta’ Ottubru 2015</DATE>, ir-rikorrent, iktar preċiżament, ikkritika lill-Ombudsman talli ħa inkunsiderazzjoni elementi ta’ evalwazzjoni li ma kinux previsti. Għalhekk, billi kkritika lill-Ombudsman talli allegatament ħa inkunsiderazzjoni l-kriterju dwar l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>impressjoni sħiħa<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, ir-rikorrent sempliċement żviluppa l-motiv li huwa diġà kien semma fil-kuntest tat-tieni lment tiegħu. Għaldaqstant huwa manifestament b’mod żbaljat li l-Ombudsman isostni li dan l-ilment ma ġiex invokat fil-kuntest tal-proċedura prekontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Din it-tielet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-ilmenti magħmula kontra l-allegati żbalji mwettqa waqt il-fażijiet ulterjuri tal-proċedura ta’ selezzjoni u li ma għandhom ebda relazzjoni mal-każ tar-rikorrent, għandu jiġi kkonstatat li dawn l-ilmenti ma humiex inammissibbli, kif jallega l-Ombudsman, iżda eventwalment ineffettivi, inkwantu għaldaqstant għandhom jiġu eżaminati fil-kuntest tal-eżami tal-motivi fuq il-mertu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-Ombudsman iqajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, dwar il-fatt li, minkejja li r-rikorrent kellu l-possibbiltà li jressaq talba mmotivata lill-Kumitat Konsultattiv u lill-Ombudsman qabel is‑<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE> sabiex huma jikkunsidraw mill-ġdid il-kandidatura tiegħu u li huwa kien ġie espressament informat dwar dan, huwa ma għamilx użu minn din il-possibbiltà, meta dan kien fl-interess leġittimu tiegħu. Issa, dan l-eżami mill-ġdid ma kienx mingħajr eżitu ġaladarba kandidati oħra għamlu użu minnu, anki jekk id-deċiżjoni fin-negattiv fir-rigward tagħhom kienet ġiet ikkonfermata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li, permezz ta’ posta elettronika tal‑<DATE ISO="20150410">10 ta’ April 2015</DATE>, ir-rikorrent ġie informat dwar il-fatt li l-Kumitat Konsultattiv ma kienx irrakkomandah għal intervista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Kumitat Konsultattiv żied li, fil-każ li r-rikorrent ma kienx jaqbel ma’ din id-deċiżjoni, huwa seta’ jressaq talba mmotivata qabel is‑<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE> sabiex isir eżami mill-ġdid tal-kandidatura tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, meta persuna li l-applikazzjoni tagħha sabiex tiġi ammessa għal kompetizzjoni tal-Unjoni tkun ġiet miċħuda titlob l-eżami mill-ġdid ta’ din id-deċiżjoni fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni preċiża li torbot lill-amministrazzjoni, hija d-deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Għażla wara eżami mill-ġdid li tikkostitwixxi l-att li jikkawża preġudizzju fis-sens ta’ l-Artikolu 90(2), jew, jekk ikun il-każ, tal-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. Hija wkoll din id-deċiżjoni, meħuda wara eżami mill-ġdid, li tagħti lok għad-dekorriment tat-terminu ta’ lment u ta’ rikors, mingħajr ma jkun hemm lok li jiġi vverifikat jekk, f’tali sitwazzjoni, l-imsemmija deċiżjoni tistax eventwalment titqies bħala att purament konfermattiv (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020123">23 ta’ Jannar 2002</DATE>, <NAME.CASE>Gonçalves vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑386/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:12">EU:T:2002:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050607">7 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Cavallaro vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑375/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:199">EU:T:2005:199</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, din il-possibbiltà li jintalab l-eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ kandidatura ma tistax tiġi interpretata fis-sens li rikors dirett kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment huwa inammissibbli minħabba assenza ta’ talba minn qabel ta’ eżami mill-ġdid. Fil-fatt, it-talba minn qabel ta’ eżami mill-ġdid b’ebda mod ma tikkostitwixxi kundizzjoni ta’ ammissibbiltà tar-rikors, hekk kif jirriżulta wara kollox mit-termini nfishom tal-posta elettronika tal‑<DATE ISO="20150410">10 ta’ April 2015</DATE>, li fiha huwa espressament indikat li r-rikorrent għandu l-possibbiltà li jressaq talba mmotivata ta’ eżami mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Isegwi li din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà wkoll għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, fir-rigward tal-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà fformulati mill-Ombudsman fil-kuntest tal-kontroreplika tiegħu, u b’mod partikolari fl-Anness D 1, u li ma kinux tqajjmu fir-risposta, dawn huma neċessarjament inammissibbli, ġaladarba huma tqajjmu fl-istadju tal-kontroreplika u ma humiex eċċezzjonijiet ta’ ordni pubbliku, filwaqt li huma setgħu kienu tali fl-istadju tar-risposta. Issa, l-Ombudsman bl-ebda mod ma allega li seta’ jqajjem dawn l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà biss fl-istadju tal-kontroreplika minħabba informazzjoni li huwa kien kiseb wara li r-rikorrent ippreżenta r-replika tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà kollha mqajma mill-Ombudsman huma miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet għal annullament</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq użu ħażin tal-proċedura ta’ selezzjoni, it-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, it-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u r-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi ppreċiżat li l-kapijiet ta’ talbiet tar-rikorrent għandhom jiġu eżaminati flimkien, hekk kif jirriżulta mill-motivi invokati minnu, inkwantu huwa ma għamel ebda distinzjoni dwar dan il-punt.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq użu ħażin tal-proċedura ta’ selezzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jinvoka erba’ lmenti insostenn tal-ewwel motiv. Huwa jallega li l-Ombudsman, fl-ewwel lok, b’ebda mod ma ħa inkunsiderazzjoni, waqt l-evalwazzjoni tal-kandidati, tal-kriterji previsti mis-SMI, li, fit-tieni lok, evalwa l-kriterji ta’ selezzjoni permezz ta’ koeffiċjenti li ma kinux previsti mis-SMI, fit-tielet lok, li wettaq l-evalwazzjoni fuq il-bażi ta’ kriterji li b’ebda mod ma kienu previsti mis-SMI u, fir-raba’ lok, li ammetta li ma ħax inkunsiderazzjoni l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv li huwa stess kien stabbilixxa fis-SMI u li wettaq irregolaritajiet fl-evalwazzjoni tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Preliminarjament, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, hekk kif irrikonoxxa r-rikorrent waqt is-seduta bi tweġiba għal mistoqsija magħmula mill-Qorti Ġenerali, l-ewwel motiv, li huwa bbażat fuq l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>użu ħażin tal-proċedura ta’ selezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, għandu jinftiehem fis-sens li jirriżulta minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ksur tal-proċedura ta’ selezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, liema konstatazzjoni tniżżlet fil-minuti tas-seduta. Qabel kollox, huwa f’dan il-kuntest li l-Ombudsman wieġeb għall-ewwel motiv imqajjem mir-rikorrent, b’tali mod li huwa ma għamel ebda osservazzjoni waqt is-seduta dwar din il-kwalifika mill-ġdid imwettqa mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni lmenti, ibbażati fuq il-fatt li l-Ombudsman, minn naħa, b’ebda mod ma ħa inkunsiderazzjoni, waqt l-evalwazzjoni tal-kandidati, tal-kriterji previsti mis-SMI u, min-naħa l-oħra, evalwa l-kriterji ta’ selezzjoni permezz ta’ koeffiċjenti li ma kinux previsti mis-SMI</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni, essenzjalment, li, filwaqt li s-SMI kien jinkludi, fil-punt 6 tiegħu, tnax-il kriterju (ara l-punt 3 iktar ’il fuq), ittieħdu inkunsiderazzjoni tmien kriterji biss. B’hekk, billi ħa inkunsiderazzjoni biss tmienja mit-tnax-il kriterju msemmi, l-Ombudsman allegatament kiser is-SMI. Barra minn hekk, l-Ombudsman applika koeffiċjenti ta’ ponderazzjoni għal kull wieħed mill-kriterji, filwaqt li s-SMI b’ebda mod ma kienet ipprevediet dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-Ombudsman għandu l-obbligu li josserva s-SMI li jkun stabbilixxa, ġaladarba tali sejħa tiddetermina l-kundizzjonijiet relatati mal-aċċess għall-impjieg ikkonċernat. B’hekk, il-funzjoni tas-SMI hija, minn naħa, li jiġu informati l-persuni kkonċernati, b’mod daqstant preċiż daqs kemm huwa possibbli, dwar in-natura tal-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex timtela pożizzjoni kkonċernata sabiex jitqiegħdu fil-pożizzjoni li jkunu jistgħu jevalwaw jekk hemmx lok għalihom li jippreżentaw il-kandidatura tagħhom, u, min-naħa l-oħra, li jiġi stabbilit il-kuntest ta’ legalità li fir-rigward tiegħu l-istituzzjoni għandha l-intenzjoni li twettaq l-eżami komparattiv tal-merti tal-kandidati. Billi, waqt l-eżami tal-kandidaturi, jieħu inkunsiderazzjoni kundizzjonijiet oħra minbarra dawk li jinsabu fis-SMI, l-Ombudsman ma josservax dan il-qafas ta’ legalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990211">11 ta’ Frar 1999</DATE>, <NAME.CASE>Leite Mateus vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑21/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1999:28">EU:T:1999:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi osservat li l-SMI ddikjarat il-kriterji kollha li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, li huma tnax (ara l-punt 3 iktar ’il fuq), mingħajr ma kienu ġew iddeterminati, għaldaqstant, la l-koeffiċjenti ta’ ponderazzjoni attribwit lil kull wieħed mill-imsemmija kriterji u lanqas l-istadju li għalih dawn tal-aħħar kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Issa, l-Ombudsman għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa biex imexxi ħidmietu. Għalhekk, huwa għandu l-jedd, meta, bħal f’dan il-każ, is-SMI ma tipprevedix kriterji ta’ evalwazzjoni, li jiffissa tali kriterji jew li jiddetermina, jekk is-SMI ma tipprovdix dan, l-istadju li fih il-kriterji għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19810226">26 ta’ Frar 1981</DATE>, <NAME.CASE>Authié vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>34/80</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:57">EU:C:1981:57</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19901213">13 ta’ Diċembru 1990</DATE>, <NAME.CASE>Gonzalez Holguera vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑115/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1990:84">EU:T:1990:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950714">14 ta’ Lulju 1995</DATE>, <NAME.CASE>Pimley‑Smith vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑291/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1995:142">EU:T:1995:142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa paċifiku li l-Kumitat Konsultattiv kif ukoll l-Ombudsman evalwaw il-kandidaturi fil-kuntest tat-tieni stadju, jiġifieri l-evalwazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT> biss, fir-rigward tat-tmien kriterji li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>[e]sperjenza ta’ kollaborazzjoni ma’ jew ta’ ħidma fi ħdan istituzzjoni, korp jew organu tal-UE, jew ta’ kollaborazzjoni ma’ jew ta’ ħidma fi ħdan uffiċċju nazzjonali ta’ ombudsman jew kull korp relatat;</P></ITEM><ITEM><P>għarfien tajjeb tal-affarijiet, tal-istituzzjonijiet u tal-leġiżlazzjonijiet Ewropej;</P></ITEM><ITEM><P>esperjenza sinjifikattiva u suċċess dimostrabbli bħala diriġent f’qasam kompatibbli mal-attivitajiet ta’ uffiċċju;</P></ITEM><ITEM><P>għarfien tajjeb tar-rwol li għandu ombudsman fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika;</P></ITEM><ITEM><P>esperjenza murija fl-implementazzjoni ta’ bidla strateġika;</P></ITEM><ITEM><P>għarfien tal-ġestjoni u tal-pjanifikazzjoni baġitarja;</P></ITEM><ITEM><P>għarfien ta’ streteġiji u proċessi moderni fis-settur tar-riżorsi umani;</P></ITEM><ITEM><P>għarfien ta’ streteġiji u proċessi moderni fis-settur tat-teknoloġiji tal-informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</P></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-aħħar erba’ kriterji, imsemmija fil-punt 3 iktar ’il fuq, ma ttiħdux inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ dan it-tieni stadju, iżda f’dak tat-tielet stadju, jiġifieri waqt l-intervista tal-kandidati sselezzjonati biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>L-ilment tar-rikorrent, li l-Ombudsman ma osservat is-SMI minħabba li ttieħdu inkunsiderazzjoni biss tmien kriterji waqt l-eżami tal-kandidaturi bbażata fuq il-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT> tal-kandidati, ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif jirriżulta min-nota tat‑<DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE> kif ukoll mid-deċiżjoni kkontestata, il-kriterji kollha msemmija fis-SMI ttieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ selezzjoni u ebda kriterju minbarra dawk imsemmija fis-SMI ma ttieħed inkunsiderazzjoni waqt din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Il-fatt li l-ewwel tmien kriterji ddikjarati fil-punt 3 iktar ’il fuq ittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tat-tieni stadju u li l-aħħar erba’ ttieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-intervisti jaqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-Ombudsman, li għaldaqstant seta’ liberament, mingħajr ma dan jiġi ddikjarat fis-SMI, jiddetermina l-istadju li fih dawn il-kriterji kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-aħħar erba’ kriterji, jiġifieri l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>kapaċitajiet eċċellenti ta’ komunikazzjoni, ta’ networking u ta’ motivazzjoni tal-persunal<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>impenn profond favur UE li tisma’ liċ-ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>impenn profond favur il-viżjoni u l-istrateġija tal-Ombudsman maħtura<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>kapaċità ta’ komunikazzjoni effikaċi bl-Ingliż u bil-Franċiż [, fejn l-]għarfien ta’ lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea huwa vantaġġ<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, huma kriterji li, naturalment, huma ideali biex jiġu eżaminati waqt l-intervisti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa fil-kuntest tal-intervisti li l-Ombudsman jista’ jifhem, fid-dawl tal-mistoqsijiet magħmula u tal-formulazzjoni tat-tweġibiet tal-kandidati, b’mod partikolari, l-impenn ta’ dawn tal-aħħar favur Unjoni li tisma’ liċ-ċittadin jew favur il-viżjoni u l-istrateġija tal-Ombudsman kif ukoll il-kapaċità ta’ komunikazzjoni bl-Ingliż, bil-Franċiż u b’lingwi oħra tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-ilment tar-rikorrent dwar il-koeffiċjent ta’ ponderazzjoni applikat għall-kriterji differenti, fejn l-ewwel ħames kriterji ġew immarkati fuq 10 u l-aħħar tlieta fuq 5, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, fid-dawl tal-fatt li s-SMI ma tgħid xejn dwar dan, l-Ombudsman seta’ liberament jalloka koeffiċjenti ta’ ponderazzjoni differenti mal-kriterji, liema fatt jirriżulta mis-setgħa diskrezzjonali wiesgħa rrikonoxxuta lilu mill-ġurisprudenza (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Canga Fano vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑281/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:252">EU:T:2013:252</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880419">19 ta’ April 1988</DATE>, <NAME.CASE>Santarelli vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>149/86</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:179">EU:C:1988:179</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Mill-punti preċedenti jirriżulta li r-rikorrent ma jipproduċi ebda prova u ebda indikazzjoni li tista’ turi li l-Ombudsman wera l-iċken rieda ddeliberata li jeskludi l-kandidatura tiegħu favur G. (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000525">25 ta’ Mejju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Elkaïm u Mazuel vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑173/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:142">EU:T:2000:142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0121">121</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-ewwel u t-tieni lmenti għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet ilment, ibbażat fuq il-fatt li l-Ombudsman wettaq l-evalwazzjoni fuq il-bażi ta’ kriterji li b’ebda mod ma kienu previsti mis-SMI</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrent jikkritika lill-Ombudsman talli talab lill-kandidati li kienu qed jipparteċipaw fit-tieni sensiela ta’ intervisti sabiex jipprovdu rakkomandazzjonijiet personali, rekwiżit li mkien ma kien jirriżulta fost il-kriterji ta’ selezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ sempliċement li jiġi kkonstatat li dan l-ilment huwa ineffettiv inkwantu l-kandidatura tar-rikorrent ġiet miċħuda fi stadju preċedenti għal dak tal-intervisti, b’mod li l-eventwali teħid inkunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ma jistax kellu bħala konsegwenza li joħolqu preġudizzju. Barra minn hekk, kif jippreċiża l-Ombudsman waqt is-seduta bi tweġiba għal mistoqija magħmula mill-Qorti Ġenerali, dan ir-rekwiżit ġie fformulat biss fir-rigward tal-kandidata G. fi tmiem il-proċedura ta’ reklutaġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi osservat li r-rikorrent innifsu, fil-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT> tiegħu, semma l-ismijiet tal-personalitajiet li setgħu jirrakkomandaw il-kandidatura tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrent jikkritika lill-Ombudsman talli ta vantaġġ komparattiv lill-kandidati li kienu ħadmu fl-istituzzjonijiet li kellhom relazzjonijiet frekwenti mal-Ombudsman, filwaqt li dan il-kriterju ma kienx jinsab fis-SMI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-deċiżjoni kkontestata l-Ombudsman kiteb:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Tajt ukoll vantaġġ komparattiv lill-kandidati li ħadmu fl-istituzzjonijiet li kellhom relazzjonijiet frekwanti mal-Istituzzjoni tal-Ombudsman Ewropew. Filwaqt li int għandek ftit ta’ esperjenza fir-rigward tal-Ombudsman Ewropew, kandidati oħra kellhom ferm iktar esperjenza.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa minnu, hekk kif isostni r-rikorrent, li l-kriterju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>frekwenza ta’ relazzjonijiet mal-Ombudsman<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ma jirriżultax, bħala tali, fost il-kriterji msemmija fis-SMI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li dan il-kriterju jista’ jintrabat ma’ dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>għarfien tajjeb tar-rwol li għandu ombudsman fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, hekk kif ikkonferma l-Ombudsman fi tweġiba għal mistqosija magħmula mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>B’hekk, persuna li kellha relazzjonijiet professjonali frekwenti mal-Ombudsman tkun naturalment iktar informata dwar il-missjonijiet u l-problematiki marbuta ma’ din il-funzjoni meta mqabbla ma’ persuna li ħadmet f’istituzzjoni jew organu tal-Unjoni li kellha relazzjonijiet iktar imbegħda mal-Ombudsman, jew saħansita li ma kellha ebda relazzjoni professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Issa, ir-rikorrent ma kienx f’pożizzjoni li juri li huwa kellu, fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, relazzjonijiet frekwenti mal-Ombudsman.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Huwa jinvoka biss, bħala eżempju, tliet kawżi li tagħhom kien ħa konjizzjoni meta kien jaħdem fil-pożizzjoni ta’ référendaire. Madankollu, minbarra l-fatt li l-għarfien tal-kawżi ma huwiex tali li juri l-frekwenza ta’ relazzjonijiet mal-Ombudsman, jeħtieġ li jiġi osservat li, qabel kollox, l-ewwel kawża tat lok għad-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Mirelta Ingatlanhasznosító vs Il‑Kummissjoni u L‑Ombudsman</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑576/14 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:370">EU:C:2015:370</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tiegħu l-appell ġie miċħud bħala parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli, mingħajr ma l-appell kien ġie nnotifikat lill-Ombudsman. Fir-rigward tal-kawżi li marru quddiem il-Qorti Ġenerali, jiġifieri l-kawżi li taw lok għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080924">24 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>M vs L‑Ombudsman</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-412/05</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:397">EU:T:2008:397</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060905">5 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>O’Loughlin vs L‑Ombudsman u L‑Irlanda</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑144/06</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:237">EU:T:2006:237</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dawn ingħataw mill-Qorti Ġenerali, li quddiemha r-rikorrent ma kienx jeżerċita l-funzjoni ta’ référendaire. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tal-kawża li tat lok għad-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060905">5 ta’ Settembru 2006</DATE> <NAME.CASE>O’Loughlin vs L‑Ombudsman u L‑Irlanda</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑144/06</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:237">EU:T:2006:237</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), din lanqas ma ġiet innotifikata lill-Ombudsman, fejn ir-rikors ġie miċħud mill-Qorti Ġenerali minħabba inammissibbiltà u inkompetenza manifesti. Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-fatt li persuna taħdem fuq każijiet li jirrigwardaw l-Ombudsman ma jimplikax l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>relazzjonijiet frekwenti<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> ma’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għaldaqstant huwa mingħajr ma wettaq ksur tal-proċedura ta’ selezzjoni li l-Ombudsman ħa inkunsiderazzjoni l-fatt li l-kandidati kienu ħadmu f’istituzzjonijiet b’relazzjonijet frekwenti miegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrent isostni li, fid-deċiżjoni kkontestata, l-Ombudsman evalwa b’mod iktar favorevoli lill-kandidati li kienu okkupaw pożizzjonijiet fl-ogħla diriġenza meta mqabbel ma’ dawk li kienu okkupaw pożizzjonijiet ta’ diriġenza inqas għoljin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jikkritika lill-Ombudsman talli fid-deċiżjoni kkontestata kkunsidra dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Tajt vantaġġ komparattiv lill-kandidati li okkupaw pożizzjonijiet fl-ogħla diriġenza meta mqabbel mal-kandidati li okkupaw pożizzjonijiet ta’ diriġenza inqas għoljin. Inti kont kap ta’ diviżjoni, filwaqt li ċertu numru ta’ kandidati oħra okkupaw il-pożizzjoni ta’ direttur.<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali fl-uffiċċju tal-Ombudsman, li hija l-ogħla pożizzjoni ta’ diriġenza fi ħdan l-uffiċċju tal-Ombudsman, tirrikjedi mingħajr dubju kwalitajiet ta’ diriġenza, b’tali mod li ma huwiex żbaljat, hekk kif isostni l-Ombudsman, li jagħti importanza lill-kandidati li diġà okkupaw pożizzjonijiet tal-ogħla diriġenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, mill-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT> ta’ G. jirriżulta li din tal-aħħar kienet ukoll kap ta’ diviżjoni u għaldaqstant ma kinitx teżerċita funzjonijiet ta’ diriġenza, fejn għalhekk dan il-kriterju ma ntużax bħala kriterju eliminatorju, iżda għall-finijiet ta’ evalwazzjoni tal-kandidaturi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Għaldaqstant huwa wkoll mingħajr ma wettaq ksur ta’ proċedura ta’ selezzjoni li l-Ombudsman ħa inkunsiderazzjoni l-fatt li l-kandidati kienu okkupaw funzjonijiet tal-ogħla diriġenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, ir-rikorrent jilmenta lill-Ombudsman talli, fil-kuntest tal-intervisti, ħa inkunsiderazzjoni l-kriterju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>impressjoni globali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, li ma kienx jinsab fis-SMI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li dan l-ilment huwa ineffettiv sa fejn il-kandidatura tar-rikorrent ġiet miċħuda fi stadju preċedenti għal dak tal-intervisti, b’tali mod li t-teħid inkunsiderazzjoni eventwali ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>impressjoni globali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, li seħħet biss fl-istadju tal-intervisti, ma jistax ikollu bħala konsegwenza li jippreġudikah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, dan il-kriterju għandu jinftiehem bħala sinteżi tal-prestazzjoni tal-kandidati għall-kriterji kollha u mhux bħala kriterju ġdid jew indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Għaldaqstant it-tielet ilment fl-intier tiegħu għandu jiġi miċħud bħala parzjalment ineffettiv u parzjalment infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ lment, ibbażat fuq il-fatt li l-Ombudsman ammetta li ma ħax inkunsiderazzjoni l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv li kien stabbilixxa huwa stess fis-SMI</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jilmenta li l-Ombudsman, l-ewwel nett, ma ħax inkunsiderazzjoni l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv li wara kollox kien ħoloq, ġaladarba ma kienx jaf l-ordni ta’ klassifikazzjoni tal-kandidati stabbilita mill-imsemmi kumitat fil-mument li sejjaħ lil tmienja minn fosthom għal intervista, u li b’hekk huwa kiser l-obbligu tiegħu li jieħu din l-opinjoni inkunsiderazzjoni, u, it-tieni nett, talli wettaq irregolaritajiet fl-evalwazzjoni li huwa wettaq fil-konfront tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>L-Ombudsman, fil-fatt, jikteb, fid-deċiżjoni kkontestata:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Permezz tal-Kap tal-uffiċċju tiegħi, il-[Kumitat Konsultattiv] sussegwentement ikkomunikali lista tal-aħjar 12-il kandidatura elenkata f’ordni alfabetiku […] Fuq il-bażi tal-atti ta’ kandidatura u tal-istess 8 kriterji bħal dawk użati mill-[Kumitat Konsultattiv], jiena stess għażilt it-8 kandidati li kellhom jiġu mistiedna għal intervista fis‑<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE> u kkomunikajt l-għażla tiegħi billi weġibt il-posta elettronika li bgħatli l-Kap tal-uffiċċju tiegħi. Għażilt li nistieden biss 8 kandidati inkwantu l-evalwazzjoni tiegħi tal-kandidaturi wasslitni biex nikkunsidra li l-kandidati l-oħra inklużi fil-lista ma kinux jissodisfaw il-kwalitajiet meħtieġa biex jiġu rreklutati fil-pożizzjoni vakanti. Nixtieq nenfasizza li l-evalwazzjoni komparattiva tiegħi saret indipendentement mill-klassifikazzjoni tal-marki stabbiliti mill-[Kumitat Konsultattiv]. Ma nqisx li din il-klassifikazzjoni kienet torbot l-għażla tiegħi meta pproċedejt għas-selezzjoni tal-kandidati li kont xtaqt nistieden għal intervista.<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>B’hekk jirriżulta b’mod ċar minn din it-tweġiba li l-Ombudsman ibbaża lilu nnifsu fuq l-evalwazzjonijiet tiegħu stess fir-rigward tat-tnax-il kandidat propost mill-Kumitat Konsultattiv fil-lista tiegħu stabbilita f’ordni alfabetiku, iżda mhux fuq il-marki li l-imsemmi kumitat kien attribwixxa lil kull wieħed minn dawn it-tnax-il kandidat u lanqas fuq il-klassifikazzjoni mwettqa minn dan il-kumitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>L-Ombudsman jindika, fir-risposta tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>fil-fatt<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> aġixxa konformement mal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv u ppreċiża li ma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>ddeċidiex billi approva sempliċement lista mfassla skont ordni ta’ mertu<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li, meta istituzzjoni, organu jew korp toħloq fi ħdanha Kumitat Konsultattiv mhux imsemmi mir-Regolamenti tal-Persunal bil-għan li tipprovdi, bil-għan tal-ħatra f’ċerti pożizzjonijiet, opinjoni dwar il-kapaċitajiet u kompetenzi tal-kandidati, din il-miżura tkun intiża li tiżgura li din l-istituzzjoni, dan l-organu jew dan il-korp, fil-kapaċità tagħha bħala Awtorità<?PAGE NO="16"?> tal-Ħatra, ikollha l-aħjar bażi sabiex tipproċedi għall-eżami komparattiv tal-merti tal-kandidati. Minn dan jirriżulta li l-opinjoni espressa minn dan il-kumitat konsultattiv taħt il-forma ta’ rakkomandazzjoni bil-għan ta’ intervista għandha, sa fejn dan il-kumitat effettivament jagħti tali rakkomandazzjoni, tagħmel parti mill-elementi li l-Awtorità tal-Ħatra għandha l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tibbaża l-evalwazzjoni tagħha nnifisha tal-merti tal-uffiċjali, anki jekk hija tqis li għandha teskludiha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19870709">9 ta’ Lulju 1987</DATE>, <NAME.CASE>Hochbaum u Rawes vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>44/85, 77/85, 294/85 u 295/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:348">EU:C:1987:348</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920130">30 ta’ Jannar 1992</DATE>, <NAME.CASE>Schönherr vs Il‑Kumitat Ekonomiku u Soċjali</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑25/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1992:8">EU:T:1992:8</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030918">18 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Pappas vs Il‑Kumitat tar-Reġjuni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑73/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:237">EU:T:2003:237</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, bi tweġiba għal mistoqsija magħmula mill-Qorti Ġenerali, l-Ombudsman irrikonoxxa li, kuntrarjament għal dak li kien ġie indikat fil-posta elettronika tal‑<DATE ISO="20150410">10 ta’ April 2015</DATE> li kienet tinforma lir-rikorrent li l-Kumitat Konsultattiv kien iddeċieda li ma jirrakkomandax il-kandidatura tiegħu għal intervista, il-Kumitat Konsultattiv kien, għall-kuntrarju, għażel tnax‑il kandidat, fosthom ir-rikorrent, bil-għan li jieħdu sehem f’intervista. L-Ombudsman żied li huwa stess kien għażel li jsejjaħ biss lil tmienja minn dawn it-tnax-il kandidat, fosthom lil G., bl-esklużjoni tar-rikorrent. Madankollu l-Ombudsman ippreċiża li din kienet negliġenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li, fil-każ inkwistjoni, l-SMI ppreveda, fil-punt 7 tiegħu, li Kumitat Konsultattiv kellu jassisti lill-Ombudsman, jipproponi lista ta’ kandidati li setgħu jiġu mistiedna għal intervista u seta’ jirrakkomanda li jiġi llimitat in-numru ta’ kandidati eliġibbli għall-imsemmija intervista. Kien previst ukoll li l-Ombudsman seta’ jiddeċiedi li jistieden għall-intervisti biss lil uħud mill-kandidati li jinsabu fil-lista rrakkomandata mill-Kumitat Konsultattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Huwa paċifiku wkoll li, f’dan il-każ, l-Ombudsman stieden għal intervista lil tmien kandidati mit-tnax proposti mill-Kumitat Konsultattiv, mingħajr ma kellu għarfien, fil-mument ta’ din l-istedina, tal-marki u tal-merti attribwiti lil kull wieħed mill-kandidati mill-imsemmi kumitat, inkwantu huwa kellu għarfien biss tal-lista alfabetika tal-imsemmija kandidati. Madankollu mill-fatti jirriżulta li l-Ombudsman stieden lill-istess l-ewwel seba’ kandidati bħal dawk irrakkomandati mill-Kumitat Konsultattiv. Min-naħa l-oħra, it-tmien kandidat mistieden mill-Ombudsman kien jinsab fid-disa’ pożizzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex æquo</HT> mar-rikorrent. La t-tmien kandidat fil-lista skont l-ordni ta’ mertu stabbilit mill-Kumitat Konsultattiv u lanqas ir-rikorrent ma ġew mistiedna għal intervista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>B’hekk l-Ombudsman segwa l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv, inkwantu huwa sejjaħ għall-intervisti biss lil kandidati proposti mill-imsemmi kumitat fil-lista skont ordni alfabetiku li ntbagħtet lilu fid‑<DATE ISO="20150409">9 ta’ April 2015</DATE>. Madankollu, billi ma sejjaħx lit-tmien kandidat skont l-ordni ta’ mertu tal-lista tal-Kumitat Konsultattiv, iżda lid-disa’ wieħed tal-imsemmija lista, l-Ombudsman ma segwiex l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat Konsultattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-Ombudsman indika li huwa ma kellux għarfien tal-klassifikazzjoni wara li sejjaħ lit-tmien kandidati li huwa kien għażel għal intervista. Din l-affermazzjoni ma ġietx ikkontestata mir-rikorrent, inkwantu l-Ombudsman kien sejjaħ għal intervisti biss lil kandidati li kienu jinsabu fil-lista stabbilita mill-Kumitat Konsultattiv. Għaldaqstant l-Ombudsman ma eskludiex il-lista alfabetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jeħtieġ li jiġi osservat li l-Ombudsman innifsu jippretendi li huwa ma kellux japprova sempliċement lista stabbilita skont ordni ta’ mertu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Għaldaqstant hemm lok li jiġi ddeterminat jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, billi eskluda l-klassifikazzjoni skont l-ordni ta’ mertu li tinsab fl-opinjoni stabbilita mill-Kumitat Konsultattiv, l-Ombudsman wettaqx żball ta’natura li jivvizzja l-proċedura b’mod li jikkawża preġudizzju lir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, minħabba n-natura purament konsultattiva tal-opinjoni, l-Ombudsman seta’ jidderoga minnha, sa fejn huwa kien invoka r-raġuni għalfejn huwa kien iddeċieda li jsegwi ordni differenti minn dak stabbilit mill-Kumitat Konsultattiv (ara l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 110 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Ombudsman ħa inkunsiderazzjoni l-kandidaturi tal-ewwel seba’ kandidati li kienu jinsabu fil-lista skont ordni ta’ mertu stabbilita mill-Kumitat Konsultattiv, iżda ma sejjaħx għal intervista lit-tmien kandidat propost mill-imsemmi kumitat, iżda lil dak li kien jinsab fid-disa’ pożizzjoni, ġaladarba l-Ombudsman ma kellux għarfien, f’din id-data, tal-ordni skont il-mertu</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, l-Ombudsman spjega li huwa kien għażel li jistieden biss lil dawn it-tmien kandidati peress li l-evalwazzjoni tiegħu kienet wasslitu jqis li l-kandidati l-oħra inklużi fil-lista ma kinux jissodisfaw il-kwalitajiet meħtieġa biex jiġu rreklutati għall-pożizzjoni vakanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-Ombudsman sejjaħ għal intervisti biss lil kandidati li kienu jinsabu fil-lista stabbilita mill-Kumitat Konsultattiv. Barra minn hekk, fid-dawl tal-proċedura prevista mis-SMI (ara l-punt 112 iktar ’il fuq), l-Ombudsman ma kellux obbligu li japprova sempliċement lista stabbilita skont ordni ta’ mertu u ma kienx mhux xieraq li ma jiġux mistiedna l-kandidati inklużi fil-lista li, fil-fehma tiegħu, ma kinux jissodisfaw il-kwalitajiet neċessarji biex jiġu rreklutati għall-pożizzjoni vakanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minkejja lil-Ombudsman ma ħax inkunsiderazzjoni l-ordni stabbilit mill-Kumitat Konsultattiv, din il-konstatazzjoni ma tistax twassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Fil-fatt, anki li kieku l-Ombudsman kien segwa l-ordni ta’ klassifikazzjoni skont il-lista stabbilita mill-imsemmi kumitat, ma huwiex ir-rikorrent, iżda l-kandidat li kien ġie kklassifikat fit-tmien post li kien jissejjaħ, u d-disa’ fil-lista, li ġie kklassifikat <HT TYPE="ITALIC">ex æquo</HT> mar-rikorrent, ma kienx jissejjaħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-raba’ lment għandu jiġi miċħud kif ukoll l-ewwel motiv kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni, l-ewwel nett, li l-Ombudsman eżamina b’mod arbitrarju l-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT> tiegħu, minħabba li kien référendaire meta ressaq il-kandidatura tiegħu u mhux kap ta’ diviżjoni. Huwa jgħid li għalhekk l-Ombudsman jidher li wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ sempliċement li jiġi osservat li l-Ombudsman fakkar biss, fid-deċiżjoni kkontestata, li r-rikorrent kien <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>kap ta’ diviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> u mhux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>direttur<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> bħal kandidati oħra. Min-naħa l-oħra, l-Ombudsman ma ħasibx li r-rikorrent kien jokkupa attwalment il-pożizzjoni ta’ référendaire meta ressaq il-kandidatura tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Għalhekk dan l-ilment huwa nieqes minn bażi fattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn naħa, huwa minnu, hekk kif jirriżulta mill-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT> tar-rikorrent, li dan tal-aħħar, matul il-karriera tiegħu, kien <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>kap ta’ diviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-funzjonijiet ta’ référendaire fi ħdan l-uffiċċju tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, mill-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT> tar-rikorrent jirriżulta li dan tal-aħħar kellu bħala funzjoni, fi ħdan dan l-uffiċċju, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>koordinazzjoni tal-inċidenti proċedurali, [il-]preparazzjoni tal-attribuzzjoni tal-kawżi li jkunu għadhom kif daħlu, [il‑]koordinazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Awla Manja, [il‑]koordinazzjoni tal-attività amministrattiva tal-istituzzjoni [u l‑]parteċipazzjoni f’kumitati f’isem il-President<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Fir-rigward tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent tas‑<DATE ISO="20150327">27 ta’ Marzu 2015</DATE>, dan jinkludi bħala<?PAGE NO="18"?> deskrizzjoni tal-funzjonijiet li jikkorrispondu għall-impjieg tal-uffiċjal evalwat l-indikazzjonijiet li ġejjin: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>Référendaire (inkarigat b’mod partikolari mill-affarijiet amministrattivi, koordinazzjoni tal-inċidenti proċedurali sal-attribuzzjoni tal-kawżi u b’mod aċċessorju mill-ġurisprudenza tal-Awla Manja)<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’dan ir-rigward, l-Ombudsman ma wettaq ebda żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li l-marka li huwa kiseb taħt il-kriterju ta’ evalwazzjoni dwar l-għarfien tajjeb tal-affarijiet, tal-istituzzjonijiet u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jmissha kienet ogħla minn dik miksuba minn G.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, hija l-Awtorità tal-Ħatra li għandha tevalwa l-kisba minn kandidat tal-kundizzjonijiet meħtieġa fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti u din l-evalwazzjoni tista’ titqiegħed inkwistjoni biss fil-każ ta’ żball manifest. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma tistax tissostitwixxi lilha nnifisha għall-Awtorità tal-Ħatra billi tivverifika l-evalwazzjonijiet ta’ din tal-aħħar tal-kapaċitajiet professjonali tal-kandidati, sakemm ma tikkonstatax żball manifest ta’ evalwazzjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19901213">13 ta’ Diċembru 1990</DATE>, <NAME.CASE>Kalavros vs Il‑Qorti tal-Ġustizzja</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑160/89 u T‑161/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1990:86">EU:T:1990:86</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840530">30 ta’ Mejju 1984</DATE>, <NAME.CASE>Picciolo vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>111/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:200">EU:C:1984:200</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Qabel kollox, mis-SMI jirriżulta li l-funzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali kienu deskritti b’dan il-mod:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>Is-[S]egretarju Ġenerali huwa inkarigat mill-ġestjoni ġenerali tal-uffiċċju u tal-implementazzjoni tal-istrateġija tal-Ombudsman. Huwa/Hija jaqa’/taqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta tagħha u jidderiġi/tidderiġi t-tim ta’ tmexxija tagħha. Huwa għandu jaħdem/Hija għandha taħdem f’kollaborazzjoni stretta mal-uffiċċju tal-Ombudsman u għandu jirrappreżenta/għandha tirrappreżenta l-uffiċċju f’attivitajiet esterni.<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>għarfien tajjeb tal-affarijiet, tal-istituzzjonijiet u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li mill-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT> ta’ G. jirriżulta li bl-eċċezzjoni ta’ attivitajiet differenti bħala ġurnalista G. okkupat funzjonijiet differenti fi ħdan il-Kummissjoni, bħala kelliema għall-Membru tal-Kummissjoni inkarigat mis-saħħa u mill-protezzjoni tal-konsumatur (1999-2004), konsulent fil-qasam ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni għal Viċi President tal-Kummissjoni (2004-2006), assistent ta’ direttur ġenerali fid-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>Komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> tal-Kummissjoni (2006-2007), kap ta’ diviżjoni fis-settur tar-riżorsi umani u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni fi ħdan id-DĠ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>Ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> tal-Kummissjoni (2007-2011) u kap ta’ diviżjoni mad-Direttur Ġenerali għall-affarijiet marittimu u l-industrija ittika (sa mill‑2011).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Meta jitqiesu dawn l-esperjenzi differenti miksuba f’dipartimenti differenti tal-Kummissjoni, jeħtieġ li jiġi konkluż li huwa mingħajr ma wettaq żball manifest ta’ evalwazzojni li l-Kumitat Konsultattiv attribwixxa marka għolja ħafna lil G. L-assenza ta’ lawrea ġuridika ta’ G. ma tistax, fid-dawl tal-esperjenza ddiversifikata tagħha, turi li l-Kumitat Konsultattiv wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Barra minn hekk <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>l-għarfien tajjeb tal-affarijiet, tal-istituzzjonijiet u tal-leġiżlazzjoni [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> ma għandux jiġi eżaminat indipendentement, iżda fir-rigward tal-funzjonijiet deskritti mis-SMI, li huma ċċentrati fuq l-istrateġija tal-Ombudsman u t-tmexxija tat-tim ta’ dan tal-aħħar, fejn għalhekk għandu jitqies li l-kandidat imfittex ma kellux ikun speċjalist tad-dritt tal-Unjoni, iżda persuna li okkupat diversi pożizzjonijiet f’setturi differenti ta’ attivitajiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment tar-rikorrent li l-Ombudsman ma setax iqis li ma kellu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>ebda esperjenza prattika fis-settur ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, jeħtieġ li jiġi osservat li l-Ombudsman kiteb fid-deċiżjoni kkontestata:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>Tajt ukoll vantaġġ komparattiv lill-kandidati li kellhom esperjenza prattika tar-riżorsi umani, b’mod partikolari permezz tal-implementazzjoni ta’ ristrutturar ta’ entitajiet organizzattivi. Filwaqt li wħud mill-kandidati kellhom esperjenza kbira fis-settur, int ma għandekx minn din l-esperjenza.<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-Ombudsman ikkunsidra li, kuntrarjament għal kandidati oħra, ir-rikorrent ma kellux esperjenza prattika kbira fis-settur tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, b’mod partikolari fil-qasam tar-ristrutturar, u mhux, kif jallega r-rikorrent, li ma kellu ebda esperjenza fis-settur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Issa, ir-rikorrent b’ebda mod ma ppretenda li kiseb esperjenza fil-qasam tar-ristrutturar, u għalhekk dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrent isostni li, b’mod partikolari, il-funzjonijiet tiegħu ta’ kap tad-diviżjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>Drittijiet statutorji, affarijiet soċjali u mediċi, kundizzjonijiet tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> kienu jirrigwardaw, iktar minn kull ħaġa oħra, il-ġestjoni tar-riżorsi umani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT> tar-rikorrent jirriżulta li l-attivitajiet u responsabbiltajiet prinċipali tiegħu kienu jinkludu l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>ġestjoni tad-drittijiet statutorji tal-persunal tal-Qorti tal-Ġustizzja, [il‑]koordinazzjoni tal-azzjonijiet soċjali, [is‑]sorveljanza amministrattiva tad-dipartiment mediku<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>ġestjoni tad-drittijiet tal-Membri tal-istituzzjoni li jirriżultaw mill-Istatu tal-Qorti tal-Ġustizzja u mir-reġim pekunjarju tal-Membri<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, ir-rwol tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>President tal-Kumitat Preparatorju għall-Affarijiet Soċjali fi ħdan il-[Kulleġġ tal-Kapijiet tal-Amministrazzjoni] (sal‑2013)<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>membru tal-Kumitat Preparatorju għall-Kwistjonijiet Statutorji<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>Ex President tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċentru Polivalenti tat-tfal<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>President tal-[Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Assigurazzjoni tal-Mard]<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>membru supplenti tal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Filwaqt li dawn l-attivitajiet jippreżentaw, ċertament, rabta mal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>ġestjoni tar-riżorsi umani<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, madankollu huma la jitrattaw direttament l-istrateġiji jew l-organizzazzjonijiet tar-riżorsi umani differenti u lanqas, b’mod partikolari, l-implementazzjoni ta’ ristrutturazzjonijiet ta’ entitajiet organizzattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt li l-funzjonijiet ta’ référendaire fi ħdan l-uffiċċju tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>minbarra dawk li huma konnessi max-xogħol ġudizzjarju tal-Qorti tal-Ġustizzja, jestendu fuq kollox għas-superviżjoni tal-funzjonament amministrattiv tal-Qorti tal-Ġustizzja, f’isem il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, liema fatt [ikun] jinkludi l-kwistjonijiet ta’ persunal (inklużi l-kwistjonijiet ta’ tnaqqis tal-persunal), il-preparazzjoni tal-baġit, l-organizzazzjoni informatika tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-infrastruttura u, b’mod iktar ġenerali, kull funzjonament tal-amministrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li dawn l-attivitajiet kollha ma jidhrux fil-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitæ</HT> tar-rikorrent, li semma biss, hekk kif diġà ġie indikat fil-punt 129 iktar ’il fuq, il-koordinazzjoni tal-inċidenti proċedurali, il-preparazzjoni tal-attribuzzjoni tal-kawżi li jkunu għadhom kif daħlu, il‑koordinazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Awla Manja, il‑koordinazzjoni tal-attività amministrattiva tal-istituzzjoni u l‑parteċipazzjoni f’kumitati f’isem il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn lanqas ma jissemmew fir-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent stabbiliti fis‑<DATE ISO="20150317">17 ta’ Marzu 2015</DATE> (perijodi mill‑<DATE ISO="20120101">1 ta’ Jannar 2012</DATE> sal‑<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE> u mill‑<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE> sal‑<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE>) u mis‑<DATE ISO="20150327">27 ta’ Marzu 2015</DATE> (perijodu mill‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE> sal‑<DATE ISO="20141231">31 ta’ Diċembru 2014</DATE>). Fl-ewwel żewġ rapporti, il-funzjonijiet tar-rikorrent deskritti huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>kap tad-diviżjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>Drittijiet statutorji, affarijiet soċjali u mediċi, kundizzjonijiet tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="2019" ID="QE0065"/><QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> u, fl-aħħar rapport, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>référendaire (inkarigat b’mod partikolari mill-affarijiet amministrattivi, koordinazzjoni ta’ inċidenti proċedurali sal-attribuzzjoni tal-kawżi u b’mod sekondarju mill-ġurisprudenza tal-Awla Manja)<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Għalhekk l-Ombudsman ma jistax jiġi akkużat li wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jikkritika lill-Ombudsman talli qies li huwa kellu għarfien u esperjenza obsoleti fis-settur tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>L-Ombudsman kiteb, fid-deċiżjoni kkontestata:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>Tajt vantaġġ komparattiv lil kandidati li kellhom esperjenza reċenti fis-settur tal-informatika fl-aħħar għaxar snin (huwa qasam fi żvilupp kostanti u li fih l-iżviluppi huma rapidi, fejn esperjenza iktar imgħoddija hija inqas rilevanti fil-kuntest tal-ħtiġijiet attwali). Inti ma kellekx esperjenza fis-settur tal-informatika fl-aħħar sitt snin, [fejn] esperjenza akkumulata minnek fis-settur tal-informatika f’imgħoddi iktar distanti huwa inqas rilevanti għall-bżonnijiet attwali tal-istituzzjoni tiegħi.<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Anki jekk ir-rikorrent jinvoka t-taħriġ differenti li segwa fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa ma jikkontestax il-fatt li huwa mill‑1981 sal‑2007 li l-funzjonijiet tiegħu kienu relatati mat-teknoloġiji tal-informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, ma jistax jiġi kkontestat li s-settur tal-informatika huwa settur li fih l-iżvilupp huwa estremament rapidu, b’tali mod li l-esperjenza miksuba f’perijodu imgħoddi hija inqas rilevanti minn dik miksuba reċentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għalkemm ir-rikorrent iqis li l-esperjenza tiegħu kienet mifruxa sal‑2007, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-attività ta’ référendaire ta’ Mħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mill-2005 sal‑2007 ma tistax titqies li tagħmel parti mill-eżerċizzju ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-Ombudsman ma wettaq ebda żball manifest ta’ evalwazzjoni billi qies li l-esperjenza tar-rikorrent fis-settur tat-teknoloġiji tal-informazzjoni kienet imgħoddija u inqas rilevanti minn esperjenzi ġodda miksuba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li t-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrent jakkuża lill-Ombudsman li evalwa b’mod arbitrarju u fi tmiem użu ħażin ta’ proċedura li huwa stess kien fassal fis-SMI ir-rakkomandazzjonijiet prodotti għal kull wieħed mill-kandidati. Sa fejn ir-rakkomandazzjonijiet ittieħdu biss inkunsiderazzjoni għat-tliet kandidati mistiedna għall-aħħar intervista, l-Ombudsman allegatament kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Hekk kif tfakkar fil-punt 75 iktar ’il fuq, l-Ombudsman għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa biex iwettaq il-ħidma tiegħu, b’tali mod li huwa għandu l-jedd, meta, bħal f’dan il-każ, is-SMI ma tispeċifikax il-metodu ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ kull wieħed mill-kriterji ta’ evalwazzjoni, li jipproċedi għad-determinazzjoni tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19901213">13 ta’ Diċembru 1990</DATE>, <NAME.CASE>Gonzalez Holguera vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑115/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1990:84">EU:T:1990:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950714">14 ta’ Lulju 1995</DATE>, <NAME.CASE>Pimley‑Smith vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑291/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1995:142">EU:T:1995:142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi osservat li, hekk kif ippreċiża l-Ombudsman waqt is-seduta bi tweġiba għal mistoqsija magħmula mill-Qorti Ġenerali, l-obbligu li jiġu prodotti rakkomandazzjonijiet ġie fformulat biss fir-rigward tal-kandidata G. fi tmiem il-proċedura ta’ reklutaġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>Għalhekk, jeħtieġ, fi kwalunkwe każ, li jiġi kkonstatat li dan l-ilment huwa ineffettiv inkwantu l-kandidatura tar-rikorrent ġiet miċħuda fi stadju li jippreċedi dak tal-intervisti, fejn l-eventwali teħid inkunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ma jistax ikollu bħala konsegwenza li joħloqlu preġudizzju (ara l-punt 87 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrent jakkuża lill-Ombudsman bi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi biddel il-kriterji ta’ selezzjoni matul il-proċedura ta’ selezzjoni, bi ksur tal-qafas li huwa stess kien iffissa. B’hekk il-kriterju relatat mal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>għarfien tajjeb tal-affarijiet, tal-istituzzjonijiet u tal-leġiżlazzjonijiet Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> ġie eżaminat b’mod mhux oġġettiv u dak relatat mal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>għarfien ta’ lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> ġie eżamniat biss fir-rigward tat-tmien kandidati mistiedna għal intervista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi kkonstatat li dawn iż-żewġ ilmenti huma simili għall-ewwel żewġ ilmenti msemmija fil-kuntest tal-ewwel motiv, u għalhekk għandhom jiġu miċħuda għall-istess raġunijiet bħal dawk mogħtija fil-punti 73 sa 83 u 131 sa 136 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, fir-rigward tal-ilment dwar il-kriterju tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>għarfien tajjeb tal-affarijiet tal-istituzzjonijiet u tal-leġiżlazzjonijiet Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>, allegatament eżaminat b’mod mhux oġġettiv mill-Ombudsman, jeħtieġ ukoll li jiġi kkonstatat li, fi kwalunkwe każ, ir-rikorrent ma indikax ir-raġunijiet għalfejn dan il-kriterju ġie eżaminat b’mod mhux oġġettiv, b’tali mod li, sa fejn dan l-ilment ma huwiex simili għal ilmenti oħra li r-rikorrent invoka u li ġew imwieġba mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-motivi eżaminati preċedentement, dan għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. Fil-fatt, is-sempliċi dikjarazzjoni ta’ dan l-ilment ma jippermettix lill-Qorti Ġenerali tiddetermina n-natura veritiera tal-ilment invokat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li t-tielet motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">d)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-amministrazzjoni tajba</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent jinvoka żewġ ilmenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba jimponi lill-awtorità kompetenti tapplika korrettament it-testi (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880614">14 ta’ Ġunju 1988</DATE>, <NAME.CASE>Christianos vs Il‑Qorti tal-Ġustizzja</NAME.CASE>, <NO.CASE>33/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:300">EU:C:1988:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080918">18 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Angé Serrano <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑47/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:384">EU:T:2008:384</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0159">159</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrent jikkritika lill-Ombudsman talli eskludih mill-fażi tal-intervisti mingħajr ebda motivazzjoni, filwaqt li t-talba għal eżami mill-ġdid kellha tiġi mmotivata u ppreżentata f’terminu qasir, fejn b’hekk huwa kien prekluż milli jippreżenta appell amministrattiv. B’hekk l-Ombudsman allegatament kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, filwaqt li l-Ombudsman informa lir-rikorrent biss dwar il-fatt li, minkejja l-merti tiegħu, huwa ma kienx ser jissejjaħ għall-intervisti, dan tal-aħħar ma talabx lill-Ombudsman iktar spjegazzjonijiet sabiex ikun jista’ jressaq talba għal eżami mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikorrent ma jistax jilmenta minn amministrazzjoni ħażina, meta huwa stess naqas milli jitlob preċiżazzjonijiet lill-amministrazzjoni u lanqas ma talab, fl-istennija tal-preċiżazzjonijiet mitluba, l-estensjoni tat-terminu biex iressaq talba għal eżami mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrent jilmenta li l-Ombudsman tah informazzjoni impreċiża, inkoerenti u żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>Fuq dan il-punt, huwa minnu li l-Ombudsman effettivament irrikonoxxa, fid-deċiżjoni kkontestata, li wħud mill-informazzjoni li kienet ingħatatlu kienet żbaljata jew mhux preċiża, b’mod li probabbilment inċentivawh jifformula lment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>Madankollu, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li dawn l-ineżattezzi ma jistgħux irendu d-deċiżjoni kkontestata illegali, inkwantu huwa preċiżament fl-istadju tat-tweġiba għall-ilmenti tar-rikorrent li din ir-rettifika saret (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000525">25 ta’ Mejju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Elkaïm u Mazuel vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑173/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:142">EU:T:2000:142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Għaldaqstant hemm lok li jiġi miċħud ir-raba’ motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>Għalhekk it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata għandhom jiġu miċħuda, mingħajr ma jkun hemm lok li jittieħed inkunsiderazzjoni l-Anness D 1 tal-kontroreplika. Għaldaqstant ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba tar-rikorrent tas‑<DATE ISO="20170407">7 ta’ April 2017</DATE> imsemmija fil-punt 37 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet għal kumpens</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jallega li d-deċiżjoni kkontestata kkawżatlu danni materjali u morali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, jekk talba għal kumpens tippreżenta rabta mill-qrib ma’ talba għal annullament, iċ-ċaħda ta’ din tal-aħħar, sew bħala inammissibbli, sew bħala infondata, twassal ukoll għaċ-ċaħda tat-talba għal kumpens (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Martínez Valls vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑214/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:254">EU:T:2003:254</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>F’dan il-każ, sa fejn teżisti rabta mill-qrib bejn it-talbiet għal annullament u t-talbiet għal kumpens u sa fejn it-talbiet għal annullament ġew miċħuda, isegwi li t-talbiet għal kumpens għandhom jiġu miċħuda wkoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-rikors għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Madankollu, skont l-Artikolu 135(1) tal-istess regoli, il-Qorti Ġenerali tista’, b’mod eċċezzjonali, tiddeċiedi li, għal raġunijiet ta’ ekwità, il-parti li titlef għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, biss frazzjoni mill-ispejjeż tal-parti l-oħra, jew saħansitra li ma għandhiex tiġi kkundannata f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi tal-każ, il-Qorti Ġenerali, minn naħa, tikkonstata li l-Ombudsman wettaq negliġenza li huwa stess irrikonoxxa billi indika b’mod żbaljat lir-rikorrent li l-kandidatura tiegħu ma kinitx ġiet irrakkomandata għal intervista u, min-naħa l-oħra, tqis li l-Ombudsman ma ppreċiżax lir-rikorrent ir-raġunijiet iddettaljati għalfejn huwa ma kienx qiegħed isegwi l-lista ta’ kandidati sabbilita skont ordni ta’ mertu li kienet ġiet sottomessa lilu mill-Kumitat Konsultattiv li wara kollox huwa kien stabbilixxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, din il-kawża tista’ titqies li nħolqot parzjalment minħabba l-aġir tal-Ombudsman.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177</NO.P><TXT>Ċirkustanzi bħal dawn jikkostitwixxu raġuni eċċezzjonali li tiġġustifika li kull wieħed mill-partijiet ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="23"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Costas Popotas u l-Ombudsman Ewropew huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom infushom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Collins</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kancheva</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Barents</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20180322">22 ta’ Marzu 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>