19.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/8


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ: M.9139 — Haier/Candy)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 418/07)

1.   

Fit-8 ta' Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Haier Europe Appliances Holding B.V (in-Netherlands), ikkontrollata minn Qingdao Haier Co. Ltd (“Haier”, iċ-Ċina)

—

Candy S.p.A (“Candy”, l-Italja)

Haier takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Candy kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Haier: manifattura u provvista ta’ elettronika għall-konsumaturi u appliances domestiċi mad-dinja kollha kkummerċjalizzati b’diversi marki tad-ditta prinċipali, inklużi “Haier”, “Casarte”, “GE Appliances”, “Fisher & Paykel”, “AQUA” u “Leader”.

—   Candy: manifattura u provvista ta’ appliances domestiċi mad-dinja kollha ikkummerċjalizzata permezz ta’ żewġ marki tad-ditta prinċipali, “Candy” u “Hoover”, u permezz ta’ marki tad-ditta nazzjonali bħal “Rosières” (Franza) u “Jinling” (iċ-Ċina).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9139 — Haier/Candy

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).