|
16.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 265/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1860
tas-16 ta' Ottubru 2017
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK). |
|
(2) |
Fis-17 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta Konklużjonijiet dwar ir-RDPK li kkundannaw il-programmi nukleari u ta' missili ballistiċi aċċellerati u kontinwi tar-RDPK, ħadu nota tal-opzjoni ta' sanzjonijiet awtonomi addizzjonali tal-UE, u wrew tħassib li l-attivitajiet tar-RDPK jibqgħu jiġbru munita aċċettata minn kulħadd biex jiġu ffinanzjati l-programmi nukleari u ballistiċi tagħha. |
|
(3) |
Il-Kunsill afferma mill-ġdid ukoll il-politika tiegħu ta' Involviment Kritiku mar-RDPK li tagħmel pressjoni b'sanzjonijiet u b'miżuri oħra waqt li fl-istess ħin iżżomm miftuħa l-komunikazzjoni u l-mezzi ta' djalogu. |
|
(4) |
Fil-5 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 2371 (2017), li timponi aktar sanzjonijiet fuq ir-RDPK b'reazzjoni għat-tfigħ tal-missili ballistiċi mir-RDPK fit-3 u t-28 ta' Lulju 2017. F'dik ir-Riżoluzzjoni, il-KSNU espressa t-tħassib li, fost oħrajn, iċ-ċittadini tar-RDPK ta' spiss jaħdmu fi Stati oħrajn bil-għan li jiġġeneraw dħul barrani għall-esportazzjoni li r-RDPK tuża biex tappoġġa l-programmi nukleari u tal-missili ballistiċi pprojbiti tagħha. |
|
(5) |
Fil-11 ta' Settembru 2017, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 2375 (2017), li timponi aktar miżuri restrittivi b'reazzjoni għat-test nukleari mir-RDPK tat-2 ta' Settembru 2017 u l-periklu kontinwu li qed tikkawża għall-paċi u l-istabbiltà tar-reġjun. |
|
(6) |
Minħabba t-theddida kontinwa għall-paċi u l-istabbiltà internazzjonali li qed tikkawża r-RDPK, jenħtieġ li jiġu adottati aktar miżuri restrittivi biex issir pressjoni fuq ir-RDPK sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha, kif stipulat f'diversi Riżoluzzjonijiet tal-KSNU. Barra minn hekk, jenħtieġ li tliet persuni u sitt entitajiet jinżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet fl-Anness II u III tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
|
(7) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri f'din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 1. L-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment ta' prodotti petrolifiċi mir-RDPK għandhom ikunu pprojbiti. 2. Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett tal-prodotti petrolifiċi raffinati kollha lejn ir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, bi transitu fi jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk dawk il-prodotti petrolifiċi raffinati joriġinawx jew le mit-territorji ta' dawk l-Istati Membri. 3. B'deroga mill-projbizzjoni fil-paragrafu 2, fejn l-ammont ta' prodotti petrolifiċi raffinati fornuti, mibjugħa jew ittrasferiti lejn ir-RDPK ma jaqbiżx 500 000 barmil matul il-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017, jew 2 000 000 barmil fis-sena għal perijodu ta' tnax-il xahar li jibda mill-1 ta' Jannar 2018, u kull sena minn dakinhar 'il quddiem, l-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza, skont il-każ, il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lejn ir-RDPK ta' prodotti petrolifiċi raffinati fejn l-Awtorità Kompetenti tkun iddeterminat li l-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment tagħhom ikun esklużivament għal finijiet umanitarji u dment li:
4. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.”. |
|
(2) |
L-Artikolu 9b huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9b 1. Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett ta' żejt mhux maħdum lejn ir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu fi jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit. 2. B'deroga mill-paragrafu 1, il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 m'għandhiex tapplika fejn Stat Membru jiddetermina li l-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' żejt mhux maħdum lejn ir-RDPK ikun esklużivament għal finijiet umanitarji u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun approva dik il-konsenja minn qabel skont il-każ f'konformità mal-paragrafu 15 tal-UNSCR 2375 (2017). 3. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.”. |
|
(3) |
L-Artikolu 11(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Dawn li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej: “5. Il-punt a tal-paragrafu 2 a m'għandux japplika għal investimenti li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tkun iddeterminat li jkunu esklussivament għal finijiet umanitarji, u dment li ma jkunux fis-setturi tal-industrija tat-tħaffir tal-minjieri, tar-raffinar u dawk kimiċi, il-metallurġija u x-xogħol tal-metall u ajruspazjali.”. |
|
(5) |
Il-punt (4) tal-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(6) |
Fl-Artikolu 26a, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Bil-għan li jiġu eliminati r-rimessi lejn ir-RDPK, u soġġetti għal rekwiżiti u proċeduri legali nazzjonali applikabbli, l-Istati Membri m'għandhomx iġeddu awtorizzazzjonijiet ta' xogħol għaċ-ċittadini tar-RDPK preżenti fit-territorju tagħhom, ħlief għal refuġjati u persuni oħra li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali.”. |
|
(7) |
L-Annessi II u III huma emendati kif imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
(1)
L-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom”, subintestatura “A. Persuni”, hija emendata kif ġej:|
(a) |
l-entrati eżistenti jiġu nnumerati mill-ġdid 1-30; |
|
(b) |
jinżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
(2)
Fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom”, is-subintestatura “B. Entitajiet”, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:|
|
Isem |
Lokalità |
Data tad-deżinjazzjoni |
Informazzjoni oħra |
|
“5. |
Ministeru għall-Forzi Armati tal-Poplu |
|
16.10.2017 |
Responsabbli biex jipprovdi appoġġ u direzzjoni lill-Forza tal-Missili Strateġiċi tar-RDPK li tikkontrolla l-unitajiet tal-missili strateġiċi konvenzjonali u nukleari tar-RDPK. Il-Forza tal-Missili Strateġiċi ġiet elenkata mir-Riżoluzzjoni 2356 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
6. |
Armata tal-Poplu Korean |
|
16.10.2017 |
L-Armata tal-Poplu Korean tinkludi l-Forza tal-Missili Strateġiċi, li tikkontrolla l-unitajiet tal-missili strateġiċi konvenzjonali u nukleari tar-RDPK. Il-Forza tal-Missili Strateġiċi ġiet elenkata mir-Riżoluzzjoni 2356 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.” |
(3)
It-test li ġej jinżdied fl-Anness III għad- Deċiżjoni (PESK) 2016/849, wara l-intestatura “Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 27(1)”:|
“A. |
Persuni
|
|
B. |
Entitajiet
|