|
19.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 101/2009
tal-25 ta’ Settembru 2009
li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/405/KE, 2002/255/KE, 2002/371/KE, 2002/740/KE, 2002/741/KE, 2005/341/KE u 2005/343/KE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lil ċerti prodotti (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 2f (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/371/KE), 2i (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/405/KE), 2j (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/255/KE), 2w (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/740/KE) u 2x (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/741/KE):
|
|
2. |
Li ġej għandu jiddaħħal fil-punti 2q (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/341/KE) u 2s (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/343/KE): “, kif emendat minn:
|
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2008/962/KE, fil-lingwa Iżlandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Lulju 2009, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Oda Helen SLETNES
Il-President
(1) ĠU L 277, 22.10.2009, p. 40.
(2) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 115.
(*1) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.