|
20.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 335/23 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9059 — CVC/Messer Group/Divestment Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 335/14)
1.
Fl-14 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”) (il-Lussemburgu), |
|
— |
Messer Group GmbH (“Messer”) (il-Ġermanja), u |
|
— |
Divestment Business (negozju f’ċessjoni), li jikkonsisti f’assi u f’impriżi fl-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel kif ukoll f’assi u f’kuntratti għall-provvista globali tal-elju, li qed jiġu ċeduti fil-kuntest tal-fużjoni proposta bejn Praxair, Inc. u Linde AG. |
CVC u Messer, permezz ta’ impriża konġunta li għadha kif inħolqot, jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tad-Divestment Business.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Messer: il-gassijiet industrijali u l-impriċi relatati kif ukoll is-servizzi relatati ma’ dawn il-prodotti,
— għal CVC: konsulenza marbuta ma’ fondi u pjattaformi ta’ investiment u l-ġestjoni tagħhom,
— għal Divestment Business: gassijiet industrijali u impriżi relatati fl-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel kif ukoll attivitajiet globali għall-provvista tal-elju.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9059 — CVC/Messer Group/Divestment Business
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).