12004V230

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU III - POLITIKA F'OQSMA OĦRA - Sezzjoni 4 - Agrikoltura u sajd - Artikolu III-230

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0101 - 0101


Artikolu III-230

1. Is-sezzjoni dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni għandha tapplika għall-produzzjoni ta' u l-kummerċ fi prodotti agrikoli biss sa fejn determinat mil-liġi jew mil-liġi kwadru ewropea skond l-artikolu III-231(2), b'qies għall-għanijiet previsti fl-artikolu III-227.

2. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jadotta regolament Ewropew jew deċiżjoni Ewropea li jawtorizzaw l-għoti ta' għajnuna:

a) għall-protezzjoni ta' intrapriżi żvantaġġati minn kondizzjonijiet strutturali jew naturali;

b) fi kwadru ta' programmi ta' żvilupp ekonomiku.

--------------------------------------------------