|
9.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/27 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1101
tat-8 ta' Lulju 2015
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għad-difenokonażol, il-fluwopikolid, il-fluwopiram, l-isopirażam u l-pendimetalina f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għas-sustanza pendimetalina, il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-MRLs għad-difenokonażol, il-fluwopikolid, il-fluwopiram u l-isopirażam ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Fil-kuntest ta' proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva difenokonażol fuq il-ħass, il-ħass tal-ħaruf, l-indivja tal-weraq wesgħin, l-aruka u l-ħabaq, tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex jiġu emendati l-MRLs eżistenti. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-fluwopikolid, tressqet applikazzjoni bħal din għat-tewm u x-shallots. Fir-rigward tal-fluwopiram, tressqet applikazzjoni ta' dan it-tip għall-berquq, il-ħawħ, l-għanbaqar, il-frott tal-kannamiela, u frott żgħir u kukku oħrajn bin-numru tal-kodiċi 0154000, il-ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi bin-numru tal-kodiċi 0213000, il-brunġiel, l-indivja tal-weraq wesgħin, l-ispinaċi, il-witloof, il-fażola (mingħajr miżwed), il-piżelli (bil-miżwed), iż-żerriegħa tal-kittien, iż-żerriegħa tal-peprin, iż-żerriegħa tal-mustarda, il-camelina sativa, l-infużjonijiet erbali (għeruq imnixxfa), il-ħops, il-ħwawar (għeruq jew riżomi) u l-għeruq taċ-ċikwejra. Fir-rigward tal-fluwopikolid, tressqet applikazzjoni bħal din għat-tadam, il-brunġiel u l-kukurbiti. Fir-rigward tal-pendimetalina, tali applikazzjoni tressqet għall-karrotti, għas-celeriac (xorta ta' krafes), l-għerq tal-mustarda, iz-zunnarija bajda, it-tursin tuberuż, is-sassefrika, is-swedes, it-turnips, il-ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi u l-għeruq taċ-ċikwejra. |
|
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 dawn l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta' evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta' evalwazzjoni, eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumatur u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat opinjonijiet motivati dwar l-MRLs proposti (2). Din għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli għall-pubbliku. |
|
(6) |
Fl-opinjoni motivata tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-użu tal-fluwopiram fuq il-berquq u l-għeruq taċ-ċikwejra, id-dejta mressqa ma kinitx biżżejjed biex jiġu stabbiliti MRLs ġodda. Abbażi tal-opinjoni motivata rilevanti, l-użu tad-difenokonażol fuq il-ħass u l-aruka ma jeħtiġux modifika tal-MRLs eżistenti. Fir-rigward tal-użu tal-pendimetalina fuq ħwawar tal-għeruq u r-riżomi, l-Istat Membru evalwatur ikkonferma li ma hemm l-ebda użu awtorizzat fuq dawk l-għelejjel. Għaldaqstant, l-MRLs attwali ma għandhomx jiġu modifikati. |
|
(7) |
Fir-rigward tal-fluwopikolid, l-Awtorità evalwat l-applikazzjoni bil-ħsieb li tistabbilixi MRL għall-basal li jirriżulta mill-użi tal-UE u tat opinjoni motivata dwar l-MRL propost (3). Għalkemm rrakkomandat li jinżamm il-limitu ta' residwu massimu tal-Codex (CXL) li kien ġie stabbilit għal dawk l-għelejjel fil-livell ta' 1 mg/kg bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 520/2011 (4), huwa kkonfermat li għall-basal, MRL f'livell ta' 0,3 mg/kg kien ikun xieraq jekk ikun ibbażat biss fuq il-Prattiki Agrikoli Tajbin (GAPs) fl-Unjoni. F'konformità mal-linji gwida eżistenti dwar l-estrapolazzjoni tal-MRLs, huwa xieraq li jiġi stabbilit dak il-valur tal-MRL ta' 0,3 mg/kg għat-tewm u x-shallots. |
|
(8) |
Dwar il-fluwopiram, l-applikant ċċara li l-GAP fuq il-ħawħ jirreferu għal kemm għat-Tramuntanta kif ukoll għan-Nohsinhar tal-UE. Barra minn hekk, huwa pprovda aktar informazzjoni li tidentifika t-tfassil sperimentali u l-GAP dwar il-frott tal-kannamiela. Fid-dawl ta' dan, huwa xieraq li jiġu stabbiliti MRLs fil-livell ta' 1,5 mg/kg għall-ħawħ u 3 mg/kg għall-frott tal-kannamiela. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet l-oħra kollha, l-Awtorità kkonkludiet li kienu ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-dejta u li, abbażi ta' valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur għas-27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumatur, it-tibdil fil-MRLs mitlub mill-applikanti kien aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawk is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir b'konsum estrem tal-għelejjel u l-prodotti rilevanti ma wrew li kien hemm riskju li jinqabżu l-konsum aċċettabbli ta' kuljum (ADI) jew id-doża ta' referenza akuta (ARfD). |
|
(10) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u fid-dawl tal-fatturi rilevanti għas-suġġett li qed jiġi kkunsidrat, il-modifiki xierqa għall-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(11) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli onlajn minn: http://www.efsa.europa.eu:
|
|
Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs eżistenti għad-difenokonażol fil-ħass u pjanti oħra tal-insalata fosthom il-Brassicaceae u fil-ħabaq (in-nagħniegħ). EFSA Journal 2014;12(10):3882 [26 pp.]. |
|
|
Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs eżistenti għall-fluwopiram f'għadd ta' għelejjel. EFSA Journal 2014;12(12):3947 [33 pp.]. |
|
|
Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs eżistenti għall-isopirażam f'għadd ta' għelejjel. EFSA Journal 2015;13(1):3994 [25 pp.]. |
|
|
Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs eżistenti għall-pendimetalina f'għadd ta' għelejjel. EFSA Journal 2014;12(4):3620 [32 pp.]. |
(3) L-opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs eżistenti għall-fluwopikolid fir-ravanell, il-basal, il-kale u l-patata. EFSA Journal 2012;10(2):2581 [39 pp.].
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 520/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi tar-residwi għall-benalaksil, il-boskalid, il-buprofeżin, il-karbofuran, il-karbosulfan, iċ-ċipermetrina, il-fluwopikolid, l-eżatijażoks, l-indoksakarb, il-metaflumiżon, il-metossifenożid, il-parakwat, il-prokloraż, l-ispirodiklofen, il-protijokonażol u ż-żoksamid fi jew fuq ċerti prodotti (ĠU L 140, 27.5.2011, p. 2).
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonna għall-pendimentalina tinbidel b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Anness III, il-kolonni għad-difenokonażol, il-fluwopikolid, il-fluwopiram u l-isopirażam jinbidlu b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*2) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(2) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.