<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑21/14 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0021</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:494">EU:C:2015:494</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20150716">16.7.2015</DATE> — KAWŻA C‑21/14 P</P><P>IL-KUMMISSJONI vs RUSAL ARMENAL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Dumping</KEYWORD><KEYWORD>Importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u miċ-Ċina</KEYWORD><KEYWORD>Adeżjoni tar-Repubblika tal-Armenja mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 384/96</KEYWORD><KEYWORD>Kompatibbiltà mal-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ tal-1994 (GATT)</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑21/14 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell taħt l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mressaq fis-<DATE ISO="20140116">16 ta’ Jannar 2014</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn J.‑F. Brakeland, M. França u T. Maxian Rusche, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>sostnuta minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn D. Warin u A. Auersperger Matić, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>intervenjent,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Rusal Armenal ZAO</HT>, stabbilita f’Erevan (l-Armenja), irrappreżentata minn B. Evtimov, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn S. Boelaert u J.-P. Hix, bħala aġenti, assistiti minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, Viċi President, R. Silva de Lapuerta, M. Ilešič, L. Bay Larsen u K. Jürimäe, Presidenti ta’ Awla, A. Rosas, E. Juhász, A. Borg Barthet, M. Safjan, D. Šváby, M. Berger, A. Prechal, J. L. da Cruz Vilaça (Relatur) u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20150210">10 ta’ Frar 2015</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, l-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<DATE ISO="20131105">5 ta’ Novembru 2013</DATE>, Rusal Armenal vs il-Kunsill (T‑512/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:571">EU:T:2013:571</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ‘il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>is-sentenza appellata’<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/>), li permezz tagħha annullat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009, tal-<DATE ISO="20090924">24 ta’ Settembru 2009</DATE>, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, il-Brażil u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="262" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 262, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ‘il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>regolament inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), sa fejn dan ir-regolament jikkonċerna lil Rusal Armenal ZAO (iktar ‘il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Rusal Armenal<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tad-WTO</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-<DATE ISO="19941222">22 ta’ Diċembru 1994</DATE>, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, tan-negozjati multilaterali tal-ftehimiet fil-Uruguay Round (1986-1994) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva l-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakesh fil-<DATE ISO="19940415">15 ta’ April 1994</DATE> kif ukoll il-ftehimiet li fihom l-annessi 1, 2 u 3 ta’ dan il-ftehim (iktar ‘il quddiem, flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Ftehim WTO<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) li fosthom hemm il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 189, iktar ‘il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>GATT tal-1994<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u l-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti L 336, p 103, iktar ‘il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Ftehim antidumping<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-GATT tal-1994</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu VI(1) tal-GATT tal-1994 jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-partijiet kontraenti jirrikonoxxu li d-dumping, li jippermetti l-introduzzjoni ta’ prodotti ta’ pajjiż fis-suq ta’ pajjiż ieħor bi prezz orħos mill-valur normali tagħhom, huwa kundannabbli jekk dan jikkawża jew jhedded li jikkawża dannu sinjifikattiv għal fergħa mill-produzzjoni stabbilita ta’ parti kontraenti jew jekk jittardja b’mod sostanzjali l-ħolqien ta’ fergħa mill-produzzjoni nazzjonali. Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, prodott esportat minn pajjiż lejn pajjiż ieħor għandu jitqies li jkun introdott fis-suq ta’ pajjiż importatur bi prezz orħos mill-valur normali tiegħu, jekk il-prezz ta’ dan il-prodott huwa</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>orħos mill-prezz paragunabbli, fl-iżvolġiment ordinarju tal-kummerċ, għal prodott simili intiż għall-konsum fil-pajjiż li qiegħed jesporta;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>It-tieni dispożizzjoni addizzjonali dwar l-Artikolu VI(1) tal-GATT tal-1994 fl-Anness 1 tiegħu tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Huwa rrikonoxxut li, fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiż li l-kummerċ tiegħu huwa s-suġġett ta’ monopolju totali jew kważi totali u fejn il-prezzijiet interni kollha huma stabbiliti mill-Istat, id-determinazzjoni tal-paragunabbiltà tal-prezzijiet għall-finijiet tal-ewwel paragrafu tista’ tippreżenta diffikultajiet speċjali u li, f’każijiet bħal dawn, il-partijiet kontraenti importaturi jistgħu jqisu neċessarju li jieħdu inkunsiderazzjoni l-possibbiltà li paragun eżatt mal-prezzijiet nazzjonali ma huwiex dejjem adatt.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-Ftehim antidumping</P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-paragrafi 1, 2 u 7 tal-Artikolu 2 tal-Ftehim antidumping intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dumping<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>2.1</NO.PARAG><ALINEA>Ghall-għan ta’ dan il-Ftehim, prodott għandu jitqies bħala damping, jiġifieri introdott fil-kummerċ ta’ pajjiż ieħor bi prezz inqas minn normal, jekk il-prezz ta’ esportazzjoni tal-prodott minn pajjiż għall-ieħor huwa inqas mill-prezz komparabbli, fid-direzzjoni ordinarju tal-kummerċ, għall-prodotti simili meta dawn ikunu destinati għall-konsum fil-pajjiż li jkun qed jesporta.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.2</NO.PARAG><ALINEA>Meta ma’ jkunx hemm bejgħ ta’ prodotti simili fid-direzzjoni ordinarja tal-kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż li jkun qed jesporta jew meta, minħabba s-sitwazzjoni fis-suq partikolari jew il-volum baxx tal-bejgħ fis-suq domestiku tal-pajjiż li jkun qed jesporta [...], dan il-bejgħ ma’ jippermettix paragun kif suppost, il-marġini ta’ d-damping jiġi stabbilit permezz ta’ paragun ta’ prezz komparabbli ta’ prodott simili meta esportat f’pajjiż xieraq tat-Tielet Dinja, iżda jrid jiġi pprovdut li dan il-prezz huwa rappreżentant, jew fil-pajjiż ta’ origini apparti minn ammont raġonevoli għall-amministrazzjoni, bejgħ u spejjeż ġenerali u għall-profitti.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="002.007"><NO.PARAG>2.7</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għat-tieni Disposizzjoni Supplimentari għal paragrafu 1 ta’ l-Artikolu VI fl-Anness I tal-GATT 1994.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-regolament bażiku</P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ miżuri antidumping mill-Unjoni Ewropea, li kienu fis-seħħ fiż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-<DATE ISO="19951222">22 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45) kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005, tal-<DATE ISO="20051221">21 ta’ Diċembru 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="175M" PAGE.FIRST="287" DATE.PUB="20060629">ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 287</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Regolament bażiku<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>). Ir-regolament bażiku ġie abrogat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="51" DATE.PUB="2009">ĠU L 343, p. 51</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessi 5 u 7 tar-Regolament bażiku huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>(5)</NO.P><TXT>billi l-patt ta’ ftehim dwar ix-xiri taħt il-prezz jiġifieri, [il-Ftehim antidumping] fih regoli ġodda u fid-dettall, li għandhom x’jaqsmu b’mod partikolari mal-kalkolazzjoni tax-xiri taħt il-prezz, il-proċeduri għall-bidu u t-tkomplija ta’ investigazzjoni, li jiinkludu l-istabbiliment u t-trattament<?PAGE NO="4"?> tal-fatti, l-imposizzjoni ta’ miżuri proviżjonali, l-imposizzjoni u l-ġbir ta’ dazji kontra x-xiri taħt il-prezz, it-tul u l-ħarsien mill-ġdid tal-miżuri kontra x-xiri taħt il-prezz u t-tagħrif pubbliku ta’ l-informazzjoni li jkollu x’jaqsam ma’ l-investigazzjonijiet kontra x-xiri taħt il-prezz; billi, fid-dawl ta’ l-estent tat-tibdiliet u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni xierqa u trasparenti tar-regoli ġodda, il-lingwa tal-ftehim ġdid għandha tinġieb fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità sa fejn ikun possibbli;</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Billi fil-kalkolazzjoni tal-valur normali għall-pajjiżi ta’ ekonomija mhux tas-suq, ikun jidher prudenti li jiġu stabbiliti regoli għall-għażla tal-pajjiż terz b’ekonomija tas-suq xierqa li għandu jiġi wżat għal dan il-għan, u fejn ikun possibbli li jinstab pajjiż terz xieraq, biex jipprovdi li l-valur normali jista’ jiġi stabbilit fuq kwalunkwe bażi raġonevoli oħra.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) jiddefinixxi prodott li huwa s-suġġett ta’ dumping bħala prodott <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>mixtri taħt il-prezz jekk il-prezz ta’ l-esportazzjoni tiegħu għall-Komunità ikun inqas minn prezz paragonabbli għal prodott simili, fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ, kif stabbilit għall-pajjiż esportatur<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dumping, l-Artikolu 2(1) sa (7) tar-regolament bażiku jistabbilixxi regoli dwar il-kalkolu tal-valur normali. Filwaqt li skont l-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament, il-valur normali kien normalment ibbażat fuq il-prezzijiet fil-pajjiż esportatur, l-Artikolu 1(7) jipprovdi, għall-importazzjonijiet minn pajjiż mingħajr ekonomija tas-suq, l-użu tal-metodu msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>tal-pajjiż analogu<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Skont din l-aħħar dispożizzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>a)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx l-ekonomija tas-suq [Albanija, Armenja, Ażerbajġan, Belarussja, Georgia, Korea ta’ Fuq, Kirghizstan, Moldova, Mongolja, Tadjikistan, Turkmenistan u Użbekistan], il-valur normali għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz għall-pajjiżi oħra, inkluża l-Komunità, jew fejn dawn ma jkunux possibbli, fuq kull bażi oħra raġjonevoli, inkluż il-prezz attwalment imħallas jew li jrid jitħallas fil-Komunità għal prodott simili, aġġustat kif xieraq jekk meħtieġ [sabiex] jinkludi marġni ta’ profitt raġjonevoli.</TXT><P>[...]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Fl-investigazzjonijiet ta’ kontra d-dumping dwar importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Vjetnam u l-Każakistan u kull pajjiż li ma jħaddanx l-ekonomija tas-suq li hu membru tal-WTO fid-data tal-bidu tal-investigazzjoni, il-valur normali jkun stabbilit skont kif ipprovdut fil-paragrafi 1 sa 6, jekk ikun jidher, fuq il-bażi ta’ talbiet li jkunu sostanzjati b’mod xieraq minn wieħed jew aktar produtturi li jkunu qed jiġu investigati u skond il-kriterji u proċeduri stabbiliti fis-sotto-paragrafu (ċ), li l-kondizzjonijiet ta’ l-ekonomija tas-suq jipprevalu għal dan il-produttur jew produtturi għar-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott simili konċernat. Meta dan ma jkunx il-każ, ir-regoli li jinsabu fis-sotto-paragrafu (a) għandhom japplikaw.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>Pretensjoni skond is-subparagrafu (b) trid issir bil-kitba u jkun fiha biżżejjed evidenza illi l-produttur jopera skond il-kundizzjonijiet ta’ l-ekonomija tas-suq, jiġifieri jekk:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>id-deċiżjonijiet tad-ditti rigward il-prezzijiet, l-infiq u <HT TYPE="ITALIC">inputs</HT> oħra, li jinkludu per eżempju l-materja prima, l-ispejjeż fuq it-teknoloġija u tax-xogħol, il-produzzjoni, il-bejgħ u l-investimenti, isiru bi tweġiba għas-sinjali tas-suq filwaqt li jirriflettu l-provvista u d-domanda, u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat f’dan ir-rigward, u n-nefqiet fuq inputs maġġuri jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq,</P></ITEM><ITEM><P>id-ditti jkollhom sett ċar ta’ reġistrazzjonijiet bażiċi tal-kontabilità li jiġu verifikati indipendentement skond l-<HT TYPE="ITALIC">istandards</HT> internazzjonali tal-kontabilità u jiġu applikati għall-għanijiet kollha;</P></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><P>l-ispejjeż tal-produzzjoni u s-sitwazzjoni finanzjarja tad-ditti mhumiex soġġetti għal distorsjoni sinjifikanti [li jirriżultaw] mis-sistema ekonomika ta’ qabel li ma kenitx tas-suq, b’mod partikolari fejn għandhom x’jaqsmu l-iżvalutar tal-beni, qtugħ ieħor mill-kontijiet, in-negozju bl-iskambju ta’ l-oġġetti u l-ħlas permezz ta’ kumpens għad-djun,</P></ITEM><ITEM><P>id-ditti interessati huma bla ħsara għall-falliment u għal-liġijiet tal-proprjetà li jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabilità legali għall-operazzjoni tad-ditti, u</P></ITEM><ITEM><P>il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu bir-rata tas-suq.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-każijiet li fihom kien japplika l-Artikolu 2(7)(a) tar-regolament bażiku, dazju individwali seta’ jiġi speċifikat, konformement mal-Artikolu 9(5) tar-regolament bażiku, għall-esportaturi li kienu jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet li kienu previsti minn din l-aħħar dispożizzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament (KE) Nru 2238/2000</P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-premessi 3 sa 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2238/2000, tad-<DATE ISO="20001009">9 ta’ Ottubru 2000</DATE>, li jemenda r-Regolament Nru 384/96 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 116), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(7) tar-regolament [bażiku] jipprovdi li [...] l-valur normali jista’jiġi stabbilit skond kif ipprovdut fir-regoli applikabbli għal pajjiżi li għandhom ekonomija tas-suq, f’dawk il-każijiet fejn jista’ jintwera li l-kondizzjonijiet tas-suq jipprevalu għal wieħed jew aktar produtturi soġġetti għal investigazzjoni dwar il-manifattura u l-bejgħ tal-prodott inkwistjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Il-proċess ta’ riforma [...] ġewwa il-Vjetnam u l-Każakistan fundamentalment biddel l-ekonomiji ta’ dawk il-pajjiżi u wassal biex jitwaqqfu intrapriżi li għalihom jipprevalu l-kondizzjonijiet ta’ l-ekonomija tas-suq. Dawn [...] il-pajjiżi bħala riżultat tbiegħdu miċ-ċirkostanzi ekonomiċi li ispiraw l-użu tal-metodu li kien jadotta l-pajjiż tagħhom.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Huwa xieraq li tkun riveduta l-prassi tal-Komunità kontra d-dumping sabiex jittieħed kont tal-kondizzjonijiet ekonomiċi mibdula [...]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Huwa wkoll xieraq li jingħata trattament simili għal importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi li huma membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fid-data tal-bidu ta’ l-investigazzjoni rilevanti kontra d-dumping.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Rusal Armenal hija kumpannija li tipproduċi u li tesporta prodotti tal-aluminju li ilha stabbilita fl-Armenja mis-sena 2000.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara lment imressaq fit-<DATE ISO="20080528">28 ta’ Mejju 2008</DATE>, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ antidumping relatata mal-importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u miċ-Ċina. Rusal Armenal ikkontestat l-applikabbiltà f’dan il-każ tal-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku, b’mod partikolari fid-dawl tal-adeżjoni, fil-<DATE ISO="20030205">5 ta’ Frar 2003</DATE>, tar-Repubblika tal-Armenja mal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, iffirmat f’Marrakesh fil-<DATE ISO="19940415">15 ta’ April 1994</DATE>. Barra minn hekk, Rusal Armenal talbet li tingħata l-istatus ta’ kumpannija li topera f’kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>istatus ta’ SEM<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) jew li tibbenefika minn trattament individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-regolament bażiku.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20090407">7 ta’ April 2009</DATE>, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 287/2009 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, il-Brażil u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2009">ĠU L 94, p. 17</REF.DOC.OJ>). It-Turkija kienet ġiet innominata bħala l-pajjiż analogu sabiex jiġi kkalkolat il-valur normali għall-produtturi-esportaturi li ma kinux ser jingħataw l-istatus ta’ SEM.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għoti tal-istatus ta’ SEM lil Rusal Armenal, il-Kummissjoni rrilevat li r-Repubblika tal-Armenja ma setgħetx titqies li hija pajjiż b’ekonomija tas-suq, peress li kienet imsemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna tar-regolament bażiku msemmi fl-Artikolu 2(7)(a) ta’ dan ir-regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li Rusal Armenal ma kinitx tissodisfa l-kriterji dwar il-kontabbiltà u l-ispejjeż ta’ produzzjoni msemmija fit-tieni u t-tielet inċiż tal-Artikolu 2(7)(c) tal-imsemmi regolament. Rigward il-kalkolu tal-marġni tad-dumping, il-Kummissjoni kkunsidrat li Rusal Armenal issodisfat il-kundizzjonijiet għal trattament individwali.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20090924">24 ta’ Settembru 2009</DATE>, il-Kunsill adotta r-regolament inkwistjoni li fih ikkonferma din l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, fir-rigward tal-konklużjoni li l-għoti tal-istatus ta’ SEM lil Rusal Armenal kellu jiġi miċħud, il-premessa 20 ta’ dan ir-regolament tistipula li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>l-Armenja hija msemmija speċifikament fin-nota tal-qiegħ tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku fost il-pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>t-trattament tal-produtturi[-esportaturi] fil-pajjiżi membri tad-WTO li ma għandhomx ekonomija tas-suq huwa stipulat fl-Artikolu 2(7)(b)<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>dawn id-dispożizzjonijiet ġew segwiti fis-sħiħ fl-investigazzjoni kurrenti [...]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, skont l-Artikolu 1(2) tar-regolament inkwistjoni, dazju antidumping definittiv ta’ 13.4 % ġie impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-aluminju mmanifatturati minn Rusal Armenal.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fil-<DATE ISO="20091221">21 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Rusal Armenal talbet l-annullament tar-regolament inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, Rusal Armenal invokat ħames motivi. L-ewwel wieħed biss, eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma skont l-Artikolu 277 TFUE, li huwa bbażat fuq il-ksur, mill-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku, tal-Artikolu 2(1) sa (6) ta’ dan ir-regolament, kif ukoll l-Artikoli 2.1 u 2.2 tal-Ftehim antidumping, ġiet eżaminata mill-Qorti Ġenerali u għalhekk huwa rilevanti għal dan l-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan l-ewwel motiv, sabiex tiġġustifika l-possibbiltà li l-qorti tal-Unjoni tistħarreġ l-legalità skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim antidumping, Rusal Armenal, filwaqt li tenfasizza, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li din il-possibbiltà teżisti meta l-att tal-Unjoni jirreferi espliċitament għal dispożizzjonijiet speċifiċi tad-WTO, jew meta l-Unjoni tkun qablet li timplementa obbligu partikolari li għandha taħt id-WTO, targumenta li l-premessa 5 tal-imsemmi regolament tirreferi għal dan il-ftehim u li l-istess regolament ġie adottat bil-għan li jiġu implementati, fid-dritt tal-Unjoni, l-obbligi internazzjonali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tal-artikolu tal-Ftehim antidumping.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Essenzjalment, Rusal Armenal spjegat li d-deroga stabbilita fl-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku kienet inapplikabbli peress li pprovdiet li din l-eżenzjoni ma kinitx konformi mal-Artikolu 2.7 tal-Ftehim antidumping, moqri flimkien mat-tieni dispożizzjoni supplimentari għall-Artikolu VI(1) tal-GATT 1994, li tinsab fl-Anness I tiegħu. Billi japplikaw deroga li ma hijiex prevista minn dawn id-dispożizzjonijiet għall-importazzjonijiet mill-Armenja, l-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku jikser l-iskema ġenerali tal-Artikolu 2.1 u 2.2 tal-Ftehim antidumping fir-rigward tad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dumping.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali laqgħet l-ewwel motiv tar-rikors u, għaldaqstant, annullat ir-regolament inkwistjoni sa fejn kien jikkonċerna lil Rusal Armenal.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20140424">24 ta’ April 2014</DATE>, ġie aċċettat l-intervent tal-Parlament Ewropew insostenn tal-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni u l-Kunsill jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad l-ewwel motiv tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali;</P></ITEM><ITEM><P>tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni dwar it-tieni sal-ħames aggravju, u</P></ITEM><ITEM><P>tirriżerva l-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Rusal Armenal titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell u tikkundanna lill-Kummissjoni u l-Kunsill għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tinvoka tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju li jallega li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet ultra petita</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li s-sentenza appellata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi inkwantu li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet dwar l-eċċezzjoni ta’ illegalità fir-rigward tal-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku, imqajma minn Rusal Armenal fir-rikors tagħha fl-ewwel istanza.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, Rusal Armenal irtirat din l-eċċezzjoni ta’ illegalità fir-replika tal-ewwel istanza, b’tali mod li l-kontenut tal-ewwel motiv tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali kien sempliċement limitat għall-ksur mill-Kunsill tal-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Rusal Armenal tikkontesta l-argumenti tal-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li mill-eżaminazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija minn Rusal Armenal fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja, ma jistax jiġi konkluż li, matul il-proċeduri, hija rtirat l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku, imqajma skont l-Artikolu 277 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, jirriżulta b’mod ċar minn dawn il-kunsiderazzjonijiet, minn naħa, li Rusal Armenal talbet lill-Qorti Ġenerali tiddikjara l-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku inapplikabbli f’dan il-każ, peress li l-kalkolu fir-rigward tagħha, tal-valur normali skont ir-regoli dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq jikser l-Artikolu 2(1) sa (6) tal-imsemmi regolament u<?PAGE NO="8"?> l-Artikoli 2.1 u 2.2 tal-Ftehim antidumping, u min-naħa l-oħra, fir-replika tagħha fl-ewwel istanza, Rusal Armenal, filwaqt li tkompli tinvoka espressament l-Artikolu 277 TFUE, illimitat ruħha li tiċċara l-argumenti tagħha fir-rigward ta’ dan is-suġġett.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi miċħud l-ewwel aggravju tal-appell preżenti bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ liġi meta ddeċidiet li l-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku għandu l-għan li jimplementa l-obbligi partikolari assunti fil-kuntest tad-WTO.</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni essenzjalment tilmenta li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat is-sentenza Nakajima vs Il-Kunsill (C‑69/89, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:186">EU:C:1991:186</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) billi ddeċidiet, fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 36 u 53 sa 55 tas-sentenza appellata, li billi adotta l-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jimplementa l-obbligi partikolari taħt l-Artikolu 2 tal-Ftehim antidumping u t-tieni dispożizzjoni supplimentari għall-Artikolu VI(1) tal-GATT 1994, li tinsab fl-Anness I ta’ dan tal-aħħar. Billi għamlet hekk, il-Qorti Ġenerali kkonstatat b’mod żbaljat li hija kellha l-kompitu tistħarreġ il-legalità tal-Artikolu 2(7) ta’ dan ir-regolament taħt ir-regoli tal-Ftehim WTO.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li din id-dispożizzjoni għandha l-għan li timplementa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>sistema speċjali ta’ ekonomija tas-suq<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> applikabbli għall-ekonomiji li kienu fi tranżizzjoni lejn ekonomija tas-suq. Minflok li tieħu t-test ta’ dawn ir-regoli tal-Ftehim WTO bħala bażi, din is-sistema speċjali tagħmel parti minn strateġija politika tal-Unjoni maħsuba sabiex tikkumpensa l-isforzi magħmula minn pajjiżi fejn fil-passat il-kummerċ kien ikkontrollat mill-Istat u tinkoraġġixxi iktar riformi ekonomiċi minn ekonomiji ta’ tranżizzjoni ekonomika kif ukoll il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Rusal Armenal issostni li l-kriterju li l-Kummissjoni tinvoka sabiex tiddetermina l-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-qrati tal-Unjoni fid-dawl tar-regoli tal-Ftehim WTO, huwa skorrettament ibbażat biss fuq il-kwistjoni dwar jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni kellux l-intenzjoni li jimplementa l-obbligi partikolari assunti fil-kuntest tad-WTO. Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li huwa wkoll neċessarju li jiġi eżaminat jekk l-att inkwistjoni tal-Unjoni ma jirreferix espliċitament għal dispożizzjonijiet preċiżi tad-dritt tad-WTO, fid-dawl tal-fatt li t-test tal-premessa 5 tar-regolament bażiku jippermettielna nikkonfermaw l-eżistenza ta’ tali riferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, Rusal Armenal tikkunsidra li, billi adotta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament dwar il-kalkolu tal-valur normali, il-leġiżlatur tal-Unjoni effettivament kellu l-intenzjoni jimplementa d-dispożizzjonijiet essenzjalment identiċi għall-Artikolu 2 tal-Ftehim antidumping u t-tieni dispożizzjoni supplimentari għall-Artikolu VI(1) tal-GATT 1994, li tinsab fl-Anness I tiegħu, li jirreferi għalihom l-Artikolu 2.7 tal-Ftehim antidumping. Din il-konklużjoni tirriżulta, essenzjalment, fl-ewwel lok, mill-premessa 5 tal-istess regolament, fit-tieni lok, min-nuqqas ta’ kriterji fid-dritt tal-Unjoni dwar l-għoti tal-istatus ta’ pajjiżi b’ekonomija tas-suq li jidderogaw minn din it-tieni dispożizzjoni supplimentari u fit-tielet lok, mill-fatt li l-istrumenti ta’ adeżjoni tar-Repubblika tal-Armenja għad-WTO ma jagħtu ebda possibbiltà ta’ deroga mill-Artikoli 2.1 u 2.2 tal-Ftehim antidumping.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li d-dispożizzjonijiet ta’ ftehim internazzjonali li fir-rigward tiegħu, l-Unjoni hija parti, jistgħu jiġu invokati insostenn ta’ rikors għall-annullament ta’ att tad-dritt sekondarju tal-Unjoni jew ta’ eċċezzjoni bbażata fuq l-illegalità ta’ tali att biss bil-kundizzjoni doppja<?PAGE NO="9"?> li, minn naħa, in-natura u l-istruttura ta’ dan il-ftehim ma jipprekludux dan u, min-naħa l-oħra, li dawn id-dispożizzjonijiet, mil-lat tal-kontenut tagħhom, jidhru inkundizzjonati u suffiċjentement preċiżi (ara, b’mod partikolari, s-sentenza Il-Kunsill <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht, C‑401/12 P sa C‑403/12 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:4">EU:C:2015:4</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54 u ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, huwa biss meta dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ikunu ssodisfatti kumulattivament li dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati tal-Unjoni biex iservu bħala kriterju sabiex tiġi evalwata l-legalità ta’ att tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Ftehim WTO, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, minħabba n-natura u l-istruttura tagħhom, dawn il-ftehimiet fil-prinċipju ma humiex fost ir-regoli li fid-dawl tagħhom tista’ tiġi mistħarrġa l-legalità ta’ atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, s-sentenzi Il-Portugall vs il-Kunsill, C‑149/96, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:574">EU:C:1999:574</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47; Van Parys, C‑377/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:121">EU:C:2005:121</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39, u LVP, C‑306/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2465">EU:C:2014:2465</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat b’mod partikolari li jekk jiġi ammess li l-kompitu li tiġi żgurata l-konformità tad-dritt tal-Unjoni mar-regoli tad-WTO huwa tal-qrati tal-Unjoni, dan iċaħħad lill-korpi leġiżlattivi jew eżekuttivi tal-Unjoni mill-marġni diskrezzjonali li jgawdu minnu korpi simili tal-imsieħba kummerċjali tal-Unjoni. Fil-fatt, huwa paċifiku li wħud mill-partijiet kontraenti, inklużi l-imsieħba l-iktar importanti tal-Unjoni mil-lat kummerċjali, ikkonkludew, fid-dawl tas-suġġett u tal-iskop tal-Ftehim WTO, li dawn ma humiex fost ir-regoli applikabbli mill-qrati tagħhom meta jistħarrġu l-legalità tar-regoli tagħhom tad-dritt nazzjonali. Tali nuqqas ta’ reċiproċità, jekk jiġi ammess, ikollu r-riskju li jwassal għal żbilanċ fl-applikazzjoni tar-regoli tad-WTO (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Il-Portugall vs Il-Kunsill, C‑149/96, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:574">EU:C:1999:574</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 43 sa 46; FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni C‑120/06 P u C‑121/06 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:476">EU:C:2008:476</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 119, kif ukoll LVP, C‑306/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2465">EU:C:2014:2465</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, f’żewġ sitwazzjonijiet eċċezzjonali, li jirriżultaw mir-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jillimita huwa stess il-marġni diskrezzjonali fl-applikazzjoni tar-regoli tad-WTO, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li hija l-qorti tal-Unjoni, fejn meħtieġ, li għandha tistħarreġ il-legalità ta’ att tal-Unjoni u l-atti adottati għall-implementazzjoni tagħha taħt il-Ftehim WTO.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, tali sitwazzjoni tkun fejn l-Unjoni kellha l-intenzjoni timplementa obbligu partikolari assunt fil-kuntest ta’ dawn il-ftehimiet u, fit-tieni lok, fejn l-att tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni jirreferi espressament għal dispożizzjonijiet preċiżi tal-ftehim stess (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi Fediol vs Il-Kummissjoni, 70/87, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:254">EU:C:1989:254</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 19 sa 22; Nakajima vs Il-Kunsill, C‑69/89, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:186">EU:C:1991:186</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 29 sa 32; Biret u Cie vs Il-Kunsill, C‑94/02 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:518">EU:C:2003:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 73 kif ukoll Il-Kunsill <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht, C‑401/12 P à C‑403/12 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:4">EU:C:2015:4</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 56.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, għandu jitfakkar li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 36 tas-sentenza appellata, fir-rigward tal-eżaminazzjoni tal-pożizzjoni tal-Ftehim antidumping fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u wara li rrilevat li kien mill-premessa 5 tar-regolament bażiku jirriżulta li l-Unjoni kienet adottat dan ir-regolament sabiex tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha, li, mill-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dumping<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, l-Unjoni kellha l-intenzjoni timplementa l-obbligi partikolari li jimplika l-Artikolu 2 tal-Ftehim antidumping, li jikkonċerna wkoll id-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dumping.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi vverifikat jekk, kif issostni l-Kummissjoni, is-sentenza appellata hijiex ivvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn tasal għall-imsemmija konklużjoni fir-rigward tal-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu qabelxejn jiġi rrilevat f’dan ir-rigward, li l-Qorti tal-Ġustizzja, f’ċerti każijiet, irrikonoxxiet li s-sistema ta’ antidumping tad-WTO tista’ tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali li l-qorti tal-Unjoni ma tistax tistħarreġ il-legalità ta’ atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-konformità<?PAGE NO="10"?> tagħhom mar-regoli tal-Ftehim WTO (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Nakajima vs Il-Kunsill, C‑69/89, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:186">EU:C:1991:186</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 29 sa 32; Petrotub u Republica vs Il-Kunsill, C‑76/00 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:4">EU:C:2003:4</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 55 u 56, kif ukoll Il-Kunsill <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht, C‑401/12 P à C‑403/12 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:4">EU:C:2015:4</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 59).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex tali eċċezzjoni tiġi ammessa f’każ partikolari, huwa wkoll neċessarju li jiġi stabbilit l-istandard legali meħtieġ li juri li l-leġiżlatur kellu r-rieda li jimplementa fid-dritt tal-Unjoni obbligu partikolari assunt taħt il-Ftehim WTO.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, ma huwiex biżżejjed, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 42 tal-konklużjonijiet tagħha, li mill-premessi tal-att tal-Unjoni inkwistjoni jirriżulta b’mod ġenerali li l-adozzjoni tagħha tkun saret b’kunsiderazzjoni għall-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. Huwa neċessarju, min-naħa l-oħra, li jkun jista’ jiġi dedott mid-dispożizzjoni speċifika tad-dritt tal-Unjoni kkontestata li din kellha l-intenzjoni li timplementa fid-dritt tal-Unjoni obbligu partikolari li jirriżulta mill-Ftehim WTO.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku, għandu jiġi osservat qabelxejn li din id-dispożizzjoni, b’segwitu għal dak li huwa stabbilit fil-premessa 7 tal-istess regolament, tintroduċi sistema speċjali li tistabbilixxi regoli fid-dettall dwar il-kalkolu tal-valur normali fir-rigward ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq, inkluża l-Armenja. Fil-fatt, fil-każ ta’ dawn l-importazzjonijiet, l-Artikolu 2(7)(a) jipprovdi li l-valur normali għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur kostrutt, f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq jew tal-prezz minn tali pajjiż terz lejn pajjiżi oħra, inkluża l-Unjoni, jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq kwalunkwe bażi raġonevoli oħra, inkluż il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas fl-Unjoni għal prodott simili, debitament aġġustat, jekk meħtieġ, sabiex jinkludi marġni ta’ profitt raġonevoli. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(7)(b) jipprovdi li, fl-investigazzjonijiet antidumping dwar importazzjonijiet minn kwalunkwe pajjiż mingħajr ekonomija tas-suq li huwa membru tad-WTO fid-data tal-ftuħ tal-investigazzjoni, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 2(1) sa (6), jekk jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq, stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) jipprevalu għal dan il-produttur jew produtturi fir-rigward tal-manifattura u tal-bejgħ tal-prodott simili kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku jikkostitwixxi l-espressjoni tar-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jadotta, f’dan il-qasam, approċċ speċifiku għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-preambolu tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>2238/2000 li jemenda r-regolament bażiku, ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi membri tad-WTO b’ekonomija mhux tas-suq huwa bbażat fuq l-emerġenza f’dawn il-pajjiżi, bħala riżultat tar-riformi ekonomiċi adottati, ta’ kumpanniji li joperaw fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-Ftehim antidumping ma jinkludix regoli speċifiċi għal tali kategorija ta’ pajjiżi, ma tistax tiġi stabbilita rabta bejn, minn naħa, ir-regoli li jinsabu fl-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku dwar l-importazzjonijiet mill-pajjiżi membri tad-WTO u, min-naħa l-oħra, ir-regoli ddefiniti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim antidumping. Minn dan isegwi li l-imsemmija dispożizzjoni tar-regolament bażiku ma tistax titqies li hija miżura intiża li tiżgura fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni t-twettiq ta’ obbligu partikolari assunt fil-kuntest tad-WTO.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>L-Artikolu 2.7 tal-Ftehim antidumping, moqri flimkien mat-tieni dispożizzjoni supplimentari għall-Artikolu VI(1) tal-GATT 1994, li tinsab fl-Anness I tagħha, li jirreferi għaliha, ma tistax tirribatti tali konstatazzjoni. Fil-fatt, minbarra li t-tieni dispożizzjoni addizzjonali ma tistabbilixxi ebda regola speċifika li tirregola l-kalkolu tal-valur normali, l-istess dispożizzjoni tapplika biss għall-każijiet li fihom il-kummerċ huwa suġġett għall-monopolju komplet jew kważi komplet u fejn il-prezzijiet domestiċi kollha huma stabbiliti mill-Istat.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni lanqas ma hija kkontestata mill-fatt li l-premessa 5 tar-regolament bażiku tiddikjara li għandhom jiġu trasposti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kemm jista’ jkun<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ir-regoli tal-Ftehim antidumping fid-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 44 u 46 tal-konklużjonijiet tagħha, din l-espressjoni għandha tinftiehem fis-sens li anki jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jieħu inkunsiderazzjoni r-regoli tal-Ftehim antidumping meta jadotta r-regolament bażiku, huwa madankollu, ma mmanifestax ir-rieda li jwettaq traspożizzjoni ta’ kull waħda minn dawn ir-regoli fl-imsemmi regolament. Il-konklużjoni li l-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku huwa intiż li jimplementa l-obbligi speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 2 tal-Ftehim antidumping għalhekk, fi kwalunkwe każ, ma tistax tkun ibbażata iżolament fuq il-kliem ta’ din il-premessa.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawn, għandu jiġi osservat, kif għamlet l-Avukat Ġenerali fil-punti 50 u 51 tal-konklużjonijiet tagħha, li l-leġiżlatur tal-Unjoni eżerċita s-setgħat regolatorji tiegħu, fir-rigward tal-kalkolu tal-valur normali għall-importazzjonijiet minn pajjiżi membri tad-WTO li ma għandhomx ekonomija tas-suq, billi adotta approċċ li huwa partikolari għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u, għalhekk, ir-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li, permezz tal-adozzjoni tal-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku, jimplementa l-obbligi partikolari tal-Artikolu 2 tal-Ftehim antidumping, ma tistax tiġi stabbilita.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dan kollu li ngħad, jirriżulta li, peress li l-Qorti Ġenerali waslet għall-konstatazzjoni differenti, hija wettqet żball ta’ liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni aggravju ta’ dan l-appell għandu jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi annullata s-sentenza appellata fl-intier tagħha, mingħajr il-ħtieġa li jiġi eżaminat it-tielet aggravju invokat mill-Kummissjoni insostenn tal-appell tagħha, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ bilanċ istituzzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta appell ikun fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali u tista’ hija stess taqta’ l-kawża definittivament meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li huwa xieraq li tiddeċiedi b’mod definittiv fuq l-ewwel motiv invokat minn Rusal Armenal intiż għall-annullament tar-regolament inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li ebda waħda miż-żewġ sitwazzjonijiet eċċezzjonali stabbiliti fil-punt 41 ta’ din is-sentenza ma huma kkonstatati f’dan il-każ. Minn naħa, kif ġie rrilevat fil-punt 53 ta’ din is-sentenza, ir-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li, permezz tal-adozzjoni tal-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku, jimplementa l-obbligi partikolari tal-Artikolu 2 tal-Ftehim antidumping, ma tistax tiġi stabbilita. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 2(7) tal-imsemmi regolament ma jirreferi, espressament, għall-ebda dispożizzjoni speċifika tal-Ftehim antidumping, peress li r-referenza ġenerali għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim fil-premessa 5 tal-istess regolament hija, fiha nfisha, insuffiċjenti sabiex jiġi konkluż li hemm tali referenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Van Parys, C‑377/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:121">EU:C:2005:121</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52; FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, C‑120/06 P u C‑121/06 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:476">EU:C:2008:476</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 113 u 114, kif ukoll Il-Kunsill <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht, C‑401/12 P sa C‑403/12 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:4">EU:C:2015:4</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel motiv invokat minn Rusal Armenal intiż għall-annullament tar-regolament inkwistjoni għandu jiġi miċħud, sa fejn il-qorti tal-Unjoni tintalab mil-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex tirrevedi l-legalità tal-kalkolu tal-valur normali fir-rigward tal-prodotti mmanifatturati minn Rusal Armenal biss fid-dawl tal-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx it-tieni sal-ħames motivi invokati minn Rusal Armenal insostenn tar-rikors tagħha għal annullament, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa xieraq li l-kawża tiġi rrinvijata lill-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi fuq it-tieni sal-ħames motivi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li l-kawża hija rrinvijata lill-Qorti Ġenerali, hemm lok li l-ispejjeż jiġu rriżervati.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Rusal Armenal vs Il-Kunsill (T‑512/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:571">EU:T:2013:571</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tagħti deċiżjoni fuq il-motivi li fir-rigward tagħhom ma tteħditx deċiżjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>