11.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1323

tal-10 ta’ Awwissu 2021

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi taċ-ċomb f’ċerti oġġetti tal-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi l-livelli massimi tal-kadmju (Cd) f’firxa ta’ oġġetti tal-ikel.

(2)

Fit-30 ta’ Jannar 2009, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni dwar il-kadmju fl-ikel (3). L-Awtorità kkonkludiet li l-kadmju huwa primarjament tossiku għall-kliewi, speċjalment għaċ-ċelloli tubulari prossimali fejn jakkumula maż-żmien u jista’ jikkawża diżfunzjoni renali. Fid-dawl tal-effetti tossiċi tal-kadmju fuq il-kliewi, l-Awtorità stabbiliet doża tollerabbli ta’ kull ġimgħa għall-kadmju ta’ 2,5 μg/kg ta’ piż tal-ġisem. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-esponiment medju għall-adulti madwar l-Unjoni huwa qrib id-doża tollerabbli fil-ġimgħa, jew jaqbiżha bi ftit. Ikkonkludiet ukoll li sottogruppi bħall-veġetarjani, it-tfal, dawk li jpejpu u n-nies li jgħixu f’żoni b’kontaminazzjoni għolja jistgħu jaqbżu d-doża tollerabbli fil-ġimgħa b’madwar darbtejn. Għalhekk, il-Bord CONTAM ikkonkluda li l-esponiment attwali għall-kadmju fil-livell tal-popolazzjoni jeħtieġ jitnaqqas. Wara dik l-opinjoni, fis-17 ta’ Jannar 2012, l-Awtorità ħarġet rapport xjentifiku li jikkonferma li t-tfal u l-adulti fl-esponiment ta’ 95 perċentil jistgħu jaqbżu l-valuri gwida bbażati fuq is-saħħa (4).

(3)

Meta jitqiesu l-opinjoni u r-rapport xjentifiku tal-Awtorità, ġew stabbiliti livelli massimi ġodda għall-ikel tat-trabi u għaċ-ċikkulata/prodotti tal-kawkaw skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 488/2014 (5).

(4)

Madankollu, il-Kummissjoni qieset li tnaqqis immedjat fl-MLs eżistenti ma kienx xieraq dak iż-żmien. Għalhekk, adottat ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/193/UE (6), li tappella lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-metodi ta’ mitigazzjoni diġà disponibbli jiġu kkomunikati u promossi lill-bdiewa u jibdew jew ikomplu jiġu implimentati, biex jimmonitorjaw regolarment il-progress tal-miżuri ta’ mitigazzjoni billi jiġbru data ta’ okkorrenza dwar il-livelli tal-kadmju fl-oġġetti tal-ikel u biex jirrappurtaw id-data, b’mod partikolari dwar il-livelli tal-kadmju qrib il-livelli massimi, jew li jaqbiżhom bi ftit, sa Frar 2018.

(5)

Evalwazzjoni tal-aktar data riċenti dwar l-okkorrenza miġbura wara l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni turi li issa huwa possibbli li titnaqqas il-preżenza tal-kadmju f’ħafna oġġetti tal-ikel. Għalhekk, jixraq jitbaxxew il-livelli massimi eżistenti għall-kadmju jew jiġu stabbiliti livelli massimi għal dawk l-oġġetti tal-ikel.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jenħtieġ jiġi emendat skont dan.

(7)

Peress li l-kadmju huwa karċinoġenu ġenotossiku indirett, u konsegwentement il-preżenza tiegħu hija riskju akbar għas-saħħa pubblika, il-prodotti bil-kadmju li ma jikkonformawx mal-livelli massimi l-ġodda u li tqiegħdu fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ jitħallew jibqgħu fis-suq biss għal perjodu limitat taż-żmien.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness li tqiegħdu fis-suq legalment qabel id-dħul fis-seħħ jistgħu jibqgħu fis-suq sat-28 ta’ Frar 2022.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(3)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Opinjoni xjentifika dwar il-kadmju fl-ikel. EFSA Journal 2009(980) 1-139,https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2009,980.

(4)  Rapport Xjentifiku tal-EFSA dwar l-esponiment djetetiku tal-kadmju fil-popolazzjoni Ewropea. EFSA Journal 2012;10(1), 2551 [37 pp.],https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2012,2551.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 488/2014 tat-12 ta’ Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta’ arseniku inorganiku fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 75).

(6)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/193/UE tat-4 ta’ April 2014 dwar it-tnaqqis tal-preżenza tal-kadmju fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 104, 8.4.2014, p. 80).


ANNESS

Fit-Taqsima 3: Metalli tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, is-Subtaqsima 3.2 (il-kadmju) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Oġġetti tal-ikel(1)

Livelli massimi (mg/kg piż niedi)

3.2

Kadmju

 

3.2.1

Frott(27) u ġewż tas-siġar(27)

 

3.2.1.1

Frott taċ-ċitru, frott taż-żerriegħa, frott tal-għadma, żebbuġ tal-mejda, frott tal-kiwi, banana, mang, papaja u ananas

0,020

3.2.1.2

Tut u frott żgħir, għajr il-lampun

0,030

3.2.1.3

Lampun

0,040

3.2.1.4

Frott, għajr dawk elenkati fi 3.2.1.1, 3.2.1.2 u 3.2.1.3

0,050

3.2.1.5

Ġewż tas-siġar (*1)

 

3.2.1.5.1

Ġewż tas-siġar, għajr dawk elenkati fi 3.2.1.5.2

0,20

3.2.1.5.2

Ġewż tal-arżnu

0,30

3.2.2

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi(27)

 

3.2.2.1

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi, għajr dawk elenkati fi 3.2.2.2, 3.2.2.3, 3.2.2.4, 3.2.2.5 u 3.2.2.6. Għall-patata, il-livell massimu japplika għall-patata mqaxxra.

0,10

3.2.2.2

Ravanell

0,020

3.2.2.3

Għeruq u tuberi tropikali, għeruq tat-tursin, ġdur

0,050

3.2.2.4

Pitravi

0,060

3.2.2.5

Celeriac

0,15

3.2.2.6

Għerq tal-mustarda, zunnarija bajda, sassefrika

0,20

3.2.3

Ħxejjex tal-basla(27)

 

3.2.3.1

Ħxejjex tal-basla, għajr it-tewm

0,030

3.2.3.2

Tewm

0,050

3.2.4

Ħxejjex tal-frott(27)

 

3.2.4.1

Ħxejjex tal-frott, għajr il-brunġiel

0,020

3.2.4.2

Brunġiel

0,030

3.2.5

Ħxejjex tal-brassika(27)

 

3.2.5.1

Brassika, għajr il-brassika bil-weraq

0,040

3.2.5.2

Brassika bil-weraq

0,10

3.2.6

Ħxejjex tal-weraq u ħxejjex aromatiċi(27)

 

3.2.6.1

Ħxejjex bil-weraq, għajr dawk elenkati fil-punt 3.2.6.2

0,10

3.2.6.2

Spinaċi u weraq simili, nebbieta tal-mustarda u ħxejjex aromatiċi friski

0,20

3.2.7

Ħxejjex legumi(27)

0,020

3.2.8

Ħxejjex biz-zokk(27)

 

3.2.8.1

Ħxejjex biz-zokk, għajr dawk elenkati fil-punti 3.2.8.2 u 3.2.8.3

0,030

3.2.8.2

Kurrat

0,040

3.2.8.3

Krafes

0,10

3.2.9

Faqqiegħ(27)

 

3.2.9.1

Faqqiegħ ikkultivat, għajr dak elenkat fil-punt 3.2.9.2

0,050

3.2.9.2

Lentinula edodes (faqqiegħ Shiitake) u Pleurotus, ostreatus faqqiegħ tal-gajdra)

0,15

3.2.9.3

Faqqiegħ salvaġġ

0,50

3.2.10

Legumi u proteini mil-legumi

 

3.2.10.1

Legumi, għajr il-proteini mil-legumi

0,040

3.2.10.2

Proteini mil-legumi

0,10

3.2.11

Żrieragħ żejtnin (*1)

 

3.2.11.1

Żrieragħ żejtnin, għajr dawk elenkati fi 3.2.11.2, 3.2.11.3, 3.2.11.4, 3.2.11.5 u 3.2.11.6

0,10

3.2.11.2

Żrieragħ tal-lift

0,15

3.2.11.3

Karawett u fażola tas-sojja

0,20

3.2.11.4

Żerriegħa tal-mustarda

0,30

3.2.11.5

Żerriegħa tal-kittien u żerriegħa tal-ġirasol

0,50

3.2.11.6

Żerriegħa tal-pepprin

1,20

3.2.12

Ċereali (*2)

 

3.2.12.1

Ċereali, għajr dawk elenkati fi 3.2.12.2, 3.2.12.3, 3.2.12.4 u 3.2.12.5

0,10

3.2.12.2

Segala u xgħir

0,050

3.2.12.3

Ross, kinoa, nuħħala tal-qamħ u glutina tal-qamħ

0,15

3.2.12.4

Triticum durum (qamħ durum)

0,18

3.2.12.5

Raħs tal-qamħ

0,20

3.2.13

Prodotti speċifiċi tal-kawkaw u taċ-ċikkulata kif elenkat hawn taħt(49)

 

3.2.13.1

—

Ċikkulata tal-ħalib b’kontenut totali ta’ solidi niexfa tal-kawkaw < 30 %

0,10

3.2.13.2

—

Ċikkulata b’kontenut totali ta’ solidi niexfa tal-kawkaw < 50 %; ċikkulata tal-ħalib b’kontenut totali ta’ solidi niexfa tal-kawkaw < 30 %

0,30

3.2.13.3

—

Ċikkulata b’kontenut totali ta’ solidi niexfa tal-kawkaw ≥ 50 %

0,80

3.2.13.4

—

Trab tal-kawkaw mibjugħ lill-konsumatur finali jew bħala ingredjent fi trab tal-kawkaw biz-zokkor mibjugħ lill-konsumatur finali (ċikkulata għax-xorb)

0,60

3.2.14

Prodotti li joriġinaw mill-annimali – annimali terrestri(6)

 

3.2.14.1

Laħam (għajr il-ġewwieni) tal-annimali bovini, nagħaġ, majjali u tjur

0,050

3.2.14.2

Laħam taż-żiemel, għajr il-ġewwieni

0,20

3.2.14.3

Fwied tal-annimali bovini, nagħaġ, majjali, tjur jew taż-żiemel

0,50

3.2.14.4

Kliewi tal-annimali bovini, nagħaġ, majjali, tjur jew taż-żiemel

1,0

3.2.15

Prodotti li joriġinaw mill-annimali - ħut, prodotti tal-ħut u kwalunkwe prodott ieħor tal-ikel tal-baħar jew tal-ilma ħelu

 

3.2.15.1

Laħam tal-muskoli tal-ħut ( 24 ) ( 25 ), għajr l-ispeċijiet elenkati fil-punti 3.2.15.2, 3.2.15.3 u 3.2.15.4

0,050

3.2.15.2

Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej(24) (25):

kavalli (Scomber species), tonn (Thunnus species, Katsuwonus pelamis, Euthynnus species), bichique (Sicyopterus lagocephalus)

0,10

3.2.15.3

Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej(24) (25):

tumberell (Auxis species)

0,15

3.2.15.4

Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej(24) (25):

inċova (Engraulis species), pixxispad (Xiphias gladius), sardin (Sardina pilchardus)

0,25

3.2.15.5

Krustaċej(26): laħam tal-muskoli mill-appendiċi u l-abdomen(44). Fil-każ tal-granċijiet u ta’ krustaċej simili għall-granċijiet (Brachyura u Anomura), il-laħam tal-muskoli mill-appendiċi.

0,50

3.2.15.6

Molluski bivalvi(26)

1,0

3.2.15.7

Kefalopodi (mingħajr vixxeri)(26)

1,0

3.2.16

Il-formuli tat-trabi, il-formuli tal-prosegwiment u l-ikel għal raġunijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar (3) (29) u l-formuli maħsubin għat-tfal iż-żgħar (29) (57)

 

3.2.16.1

—

ikkummerċjalizzat bħala trab u manifatturat mill-proteini tal-ħalib tal-baqra jew mill-idrolisati tal-proteina tal-ħalib tal-baqra

0,010

3.2.16.2

—

ikkummerċjalizzat bħala trab u manifatturat mill-proteini tal-ħalib tal-baqra jew mill-idrolisati tal-proteina tal-ħalib tal-baqra

0,005

3.2.16.3

—

ikkummerċjalizzat bħala trab u manifatturat mill-iżolati tal-proteina tas-sojja, waħdu jew f’taħlita ma’ proteini tal-ħalib tal-baqar

0,020

3.2.16.4

—

ikkummerċjalizzat bħala likwidu u manifatturat mill-iżolati tal-proteina tas-sojja, waħdu jew f’taħlita ma’ proteini tal-ħalib tal-baqar

0,010

3.2.17

Formuli għat-tfal iż-żgħar(29) (57)

 

3.2.17.1

—

ikkummerċjalizzat bħala trab u manifatturat mill-iżolati tal-proteina tal-pjanti għajr l-iżolati tal-proteina tas-sojja, waħdu jew f’taħlita ma’ proteini tal-ħalib tal-baqar

0,020

3.2.17.2

—

ikkummerċjalizzat bħala likwidu u manifatturat mill-iżolati tal-proteina tal-pjanti għajr l-iżolati tal-proteina tas-sojja, waħdu jew f’taħlita ma’ proteini tal-ħalib tal-baqar

0,010

3.2.18

Ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar (3) (29)

0,040

3.2.19

Xorb għat-trabi u t-tfal iż-żgħar tikkettat u mibjugħ bħala tali, għajr dak imsemmi fi 3.2.16 u 3.2.17

 

3.2.19.1

Ikkummerċjalizzat bħala likwidu jew biex ikun rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur inkluż il-meraq tal-frott( 4 )

0,020

3.2.20

Supplimenti tal-ikel(39)

 

3.2.20.1

Supplimenti tal-ikel, għajr is-supplimenti tal-ikel elenkati fil-punt 3.2.20.2

1,0

3.2.20.2

Supplimenti tal-ikel li jikkonsistu esklużivament jew prinċipalment minn algi mnixxfa, prodotti magħmulin mill-algi, jew minn molluski bivalvi mnixxfa

3,0

3.2.21

Melħ

0,50


(*1)  Il-livelli massimi ma japplikawx għall-ġewż tas-siġar jew għaż-żrieragħ żejtnin għat-tisħiq u għar-raffinar taż-żejt, sakemm il-ġewż tas-siġar jew iż-żrieragħ żejtnin misħuqin li jifdal ma jitqegħdux fis-suq bħala ikel. Jekk il-bqija tal-ġewż tas-siġar jew iż-żrieragħ żejtnin misħuqin jitqiegħdu fis-suq bħala ikel, japplikaw il-livelli massimi, filwaqt li jitqiesu l-Artikoli 2(1) u 2(2) ta’ dan ir-Regolament.

(*2)  Il-livelli massimi ma japplikawx għaċ-ċereali użati għall-produzzjoni tal-birra jew tad-distillati, sakemm ix-xgħir li jifdal ma jitqegħedx fis-suq bħala ikel. Jekk il-bqija tal-malt jitqiegħed fis-suq bħala ikel, japplikaw il-livelli massimi, filwaqt li jitqiesu l-Artikoli 2(1) u 2(2) ta’ dan ir-Regolament.”