|
18.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 134/17 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Mejju 2013
li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue fl-Italja fl-2007 u l-2008
(notifikata bid-dokument C(2013) 2799)
(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)
(2013/221/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3), (4) u t-tieni inċiż tal-paragrafu (6) tagħha,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (2) (minn hawn’ il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”), u b’mod partikolari l-Artikolu 84 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 94 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (3) (minn hawn ‘il quddiem magħruf bħala “ir-Regoli ta’ Applikazzjoni”), l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkun preċedut minn deċiżjoni finanzjarja li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u adottati mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ġew delegati s-setgħat mill-istituzzjoni. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li teqred il-bluetongue malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. It-tieni inċiż tal-Artikolu 3(6) ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi r-regoli dwar il-perċentwali li trid tiġi applikata għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri. |
|
(3) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 jistabilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (4) jistipula r-regoli dwar in-nefqa eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/655/KE (5) tat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-bluetongue fil-Belġju fl-2007 u l-2008. |
|
(5) |
Fis-6 ta’ April 2009, l-Italja bagħtet talba uffiċjali għal rimborż kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lill-Belġju f’ittra bid-data tas-7 ta’ Lulju 2011. Il-Belġju qabel magħha fl-4 ta’ Awwissu 2011. |
|
(6) |
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat. |
|
(7) |
L-awtoritajiet Belġjani ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
|
(8) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-ammont totali tas-sostenn finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-bluetongue fl-Isvezja fl-2007 u l-2008 issa għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2008/655/KE. |
|
(9) |
L-ewwel porzjon ta’ EUR 3 328 215,15 u t-tieni porzjon ta’ EUR 4 550 004,85 diġà ġew imħallsa. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lejn in-nefqa assoċjata mal-qerda tal-bluetongue fil-Belġju fl-2007 u l-2008 hija stabbilita għal EUR 7 881 826,95. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 2
Wara li kkunsidrat il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni għal EUR 7 881 826,95 il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja ġie stabbilit għal EUR 3 606,95 u għad irid titħallas.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(2) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.