2001R1037 — MT — 21.12.2005 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1037/2001 ta’ t-22 ta’ Mejju 2001 (ĠU L 145, 31.5.2001, p.12) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2324/2003 tas-17 ta’ Diċembru 2003 |
L 345 |
24 |
31.12.2003 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2079/2005 tad-19 ta’ Diċembru 2005 |
L 333 |
6 |
20.12.2005 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1037/2001
ta’ t-22 ta’ Mejju 2001
li jawtorizza l-offerta u l-fornitura għall-konsum uman dirett ta’ ċerti nbejjed importati li jistgħu jkunu għaddew minn proċessi enoloġiċi mhux provduti fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 45 ( 2 ) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:|
(1) |
L-Artikolu 45(2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, li sostitwixxa r-Regolament (KEE) Nru 822/87(2), b’effett mill-1 ta’ Awissu 2000, jistabbilixxi li derogi msemmija fil-paragrafu 1 għall-prodotti mportati għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 133 tat-Trattat. |
|
(2) |
L-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jistabbilixxi li l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jiġu mportati biss jekk ikunu akkumpanjati b’ċertifikat bil-għan li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-produzzjoni, marketing u, fejn xieraq, fornitura għal konsum uman dirett f’pajjiżi terzi minn fejn joriġinaw. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 1873/84 ( 3 ) jiprovdi għal deroga li tawtorizza l-importazzjoni fil-Komunità ta’ nbejjed mill-Istati Uniti li għaddew minn ċertu proċessi enoloġiċi mhux provduti mir-regoli tal-Komunità. Għal ċerti proċessi enoloġiċi, din l-awtorizzazzjoni hija valida biss sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2003. |
|
(4) |
L-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 ħassar, b’effett mill-1 ta’ Awissu 2000, numru ta’ Regolamenti tal-Kunsill inkluż Regolament (KEE) Nru 1873/84. Madankollu, Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1608/2000 ta’ l-24 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi miżuri transitorji kemm-il darba il-miżuri definittivi li jimplimentaw Regolament (KE) Nru 1493/1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid ( 4 ) jipprovdi li ċertu dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1873/84 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġi addottat dan ir-Regolament mill-Kunsill, imma mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2003. |
|
(5) |
Negozjati jinsabu bħalissa għaddejjin bejn il-Komunità, rappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bil-għan li jiġi konkluż ftehim dwar in-negozju ta’ l-inbid. Dawn jinvolvu partikolarment il-proċessi enoloġiċi rispettivi taż-żewġ partijiet, kif ukoll il-ħarsien ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi. Fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2000, il-Kunsill ta’ l-Agrikoltura ħa nota tar-rapport tal-Kummissjoni fuq in-negozjati li hemm provdut għalihom fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1873/84 u kkonferma x-xewqa tiegħu sabiex ikompli għaddej bin-negozjati u li jfassal il-mod li għandu jiġi segwit minnhom. |
|
(6) |
Bil-għan li jiġi żgurat il-progress bla xkiel ta’ dawn in-negozjati, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1873/84 għandhom jiġu estiżi u l-proċessi enoloġiċi msemmija f’1(b) ta’ l-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 1873/84 għandhom ikomplu jiġu awtoriżati fuq bażi transitorja sad-dħul fis-seħħ tal-ftehim li jirriżulta min-negozjati, imma mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2003, kif miftiehem mill-Kunsill fir-Regolament (KE) Nru 2839/98, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1873/84. |
|
(7) |
Fid-dawl ta’ żvillupi fil-qafas regolatorju u fil-proċessi enoloġiċi, aspetti tekniċi ta’ l-Anness għandhom jiġu aġġornati sabiex isir konsistenti mar-regoli preżenti fis-seħħ f’dan is-settur, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Minkejja l-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1493/1999, għandu jkun permess li jiġu offruti jew fornuti għall-konsum uman dirett fil-Komunità prodotti li jaqgħu fil-Kodiċi NM 2204 10, 2204 21, 2204 29 u 2204 30 10 u miksub mill-għeneb maħsud u magħmul f’inbid fit-territorju ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li għalih, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istati Uniti, wieħed jew aktar tal-proċessi enoloġiċi elenkati f’1(a) u (b) ta’ l-Anness għal dan ir-Regolament setgħu ġew użati matul il-ħidma ta’ manifattura jew ħażna.
Madankollu, din l-awtorizzazzjoni għandha tibqa’ valida biss, fdak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-proċessi enoloġiċi elenkati f’1(b) tal-Anness, sad-data tal-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 9 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid imma għal mhux aktar minn tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ tal-inbid ( 5 ).
2. Stati Membri ma’ jistgħux jipprojbixxu l-offerta jew il-forniment għal konsum uman dirett ta’ l-inbid miksub mill-għeneb maħsud u magħmul inbid fit-territorju ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ f’dak il-pajjiz fuq il-bażi li wieħed jew aktar tal-proċessi enoloġiċi elenkati fi 2(a) u (b) ta’ l-Anness setgħu ġew użati.
3. Inbejjed miksuba mill-għeneb maħsud u magħmul inbid fit-territorju ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li setgħu ġew suġġetti għaż-żieda taz-zokkor f’soluzzjoni akweja ma jistgħux jiġu offruti jew fornuti għall-konsum uman dirett fil-Komunità.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
L-ANNESS
1. Proċessi Enoloġiċi permessi
(a) mingħajr ebda limitu ta’ ħin:
— katalase miksub minn Aspergillus niger,
— glucose oxydase miksub minn Aspergillus niger,
— ferrous sulphate,
— dqiq tas-soya;
(b) ►M2 sa mhux aktar tard mid-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) ◄
— dimethylpolysiloxane,
— polyoxyethylene-40-monostearate,
— sorbitan monostearate,
— fumaric acid,
— resini ta’ l-ion-exchange,
— aċidu laktiku,
— malic acid.
2. Proċessi oenoloġiċi li huma identiċi għal, jew komparabbli għal, dawk permessi fil-Komunità
(a) proċessi oenoloġiċi li huma identiċi:
— akaċja (gum arabic),
— karbonju attivat,
— albumina tal-annimali (inklużi terra ovalbumina u soluzzjoni ovalbumina),
— ammonja fosfata (dibasic),
— ascorbic acid,
— bentonite (Wyoming clay),
— bentonite slurry,
— dijossidu karboniku,
— kasejn,
— aċidu ċitriku,
— arja kompressata (aerajazzjoni),
— sulfat tar-ram,
— terra diatomixxa,
— enżimi: pektolitiku, li jiġi minn Aspergillus niger,
— ġelatina li tittiekel,
— ġelatina slurry,
— isinglass,
— nitroġenu,
— potassa bitartrate,
— potassa caseinate,
— potassa disulphite,
— potassa sorbate,
— silika ġel (colloidal silicon dioxide -30 %),
— sorbic acid,
— tannin,
— tartaric acid,
— karbonat tal-kalċju, li possibilment ikun fih kwantitajiet żgħar ta’ melħ tal-kalċju tartariku L (+) u aċidu maliku L (-),
— sulfat tal-kalċju, għal manifattura ta’ l-imbejjed likuri,
— polyvinylpolypyrrolidone (PVPP),
— ossiġinu;
(b) proċessi oenoloġiċi li huma komparabbli:
— agar agar,
— ammonium carbonate,
— ammonium phosphate (monobasic),
— sufra granulari,
— trab tal-ħalib,
— biċċiet tal-oak u ċana, mhux maħruq u mhux trattat,
— karbonat tal-potassa,
— carageenan,
— ċellulasi miksub minn Aspergillus niger,
— ċellulosi,
— ħmira autolyzer,
— sustanzi magħmula minn potassa ferrocyanide u sulfat aqueous ferrous, possibilment kombinati ma’ sulfat tar-ram u karbonju attivat.
( 1 ) ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 (ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2).
( 2 ) ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1.
( 3 ) ĠU L 176, tat-3.7.1984, p. 6. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2839/1998 (ĠU L 354, tat-30.12.1998, p. 12).
( 4 ) ĠU L 185, tal-25.7.2000, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 491/2001 (ĠU L 71, tat-13.3.2001, p. 3).
( 5 ) ĠU L 301, 18.11.2005, p. 16.