|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2609 |
23.11.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2609
tas-17 ta’ Novembru 2026
li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu u ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar faċilitazzjoni tal-investiment sostenibbli
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim mar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu u ftehim mar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar faċilitazzjoni tal-investiment sostenibbli,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-ftuħ ta’ negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu u ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar faċilitazzjoni ta’ investiment sostenibbli huwa b’dan awtorizzat.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni hija b’dan innominata bħala n-negozjatur tal-Unjoni.
Artikolu 3
Id-direttivi ta’ negozjati stabbiliti fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan indirizzati lill-Kummissjoni.
Artikolu 4
In-negozjati għandhom isiru f’konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Politika Kummerċjali (Esperti – Servizzi u Investiment), li huwa b’dan maħtur bħala l-kumitat speċjali previst fl-Artikolu 218(4) tat-Trattat.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
H. MCENTEE
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2609/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)