31979R1979



Official Journal L 228 , 08/09/1979 P. 0023 - 0038
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0080
Greek special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0075
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0080
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0216
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0216


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE)

Nru 1979/79

tal-5 ta' Settembru 1979

li jemenda, rigward l-applikazzjoni tagħhom fuq il-varjeta' tat-tabakk prodott fil-Komunità, ir-Regolamenti (KEE) Nru 1727/70, (KEE) Nru 1728/70, (KEE) Nru 2603/71, (KEE) Nru 638/74 u (KEE) Nru 410/76

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 727/70 tal-21 ta' April 1970 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fit-tabakk mhux maħdum (1), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1579/79 (2), u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 3(3), u l-Artikoli 5(6), 6 (10) u 7 (4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 16971/71 tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-iffinanzjar ta' l-ispiża ta' l-intervent dwar it-tabakk mhux maħdum (3), kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 330/74 (4), u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1581/79 ta' l-24 ta' Lulju 1979 li jistabbilixxi għall-ħsad ta' l-1979 il-prezzijiet normali, il-prezzijiet ta' l-intervent u l-premiums mogħtija lix-xerrejja tat-tabakk tal-weraq u l-prezz derivat ta' l-intervent tat-tabakk f'balal (5), li jemenda l-lista tal-varjetajiet tat-tabakk prodott fil-Komunitàu d-definizzjoni tar-riferenzi tal-kwalitajiet tagħhom mid-dħul fis-seħħ ta' l-organiżżazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux maħdum sabiex iġibhom in linea mar-realta' komuni ta' dan is-suq; billi, għalhekk, l-emendi jridu jsiru fuq dawn il-linji fir-Regolamenti d-dispożizzjonijiet li jirreferu għall-varjetajiet differenti u l-kwalitajiet tar-riferenzi tat-tabakk partikolarment:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1727/70 tal-25 ta' Awissu 1970 dwar il-proċedura ta' l-intervent għat-tabakk mhux maħdum (6), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1566/78 (7),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1728/70 tal-25 ta' Awissu 1970 li jistabbilixxi l-iskaletti taż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezzijiet tat-tabakk mhux maħdum (8), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 784/77 (9),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2603/71 tas-6 ta' Diċembru 1971 dwar ir-regoli dettaljati għall-konklużjoni tal-kuntratti għall-ewwel ipproċessar u l-preparazzjoni tas-suq tat-tabakk miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent (10), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1018/79 (11),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 638/74 ta' l-20 ta' Marzu 1974 li jistabbilixxi t-tolleranza massima għat-telf fil-kwantita' li jirriżulta mill-ħażna tat-tabakk mhux maħdum mill-aġenziji ta' l-intervent (12),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 410/76 tat-23 ta' Frar 1976 li jistabbilixxi t-telf massimu permess fit-toqol in konnessjoni mas-sorveljanza ta' l-ewwel ipproċessar u l-preparazzjoni tas-suq tat-tabakk (13);

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tat-Tabakk mhux Maħdum,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u IV tar-Regolament (KEE) Nru 1727/70 għandhom jinbidlu rispettivament bl-Annessi I, II u III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Annessi I, u II tar-Regolament (KEE) Nru 1728/70 għandhom jinbidlu rispettivament bl-Annessi IV u V ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2603/71 għandu jinbidel bl-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 638/74 għandu jinbidel bl-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 410/76 għandu jinbidel bl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew.

Għandu japplika l-ewwel darba għat-tabakk mhux maħdum mill-ħsad ta' l-1979.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, il-5 ta' Settembru 1979. Għall-Kummissjoni

Finn GUNDELACH

ViċI-President

L-ANNESS I

KLASSIFIKA TAL-KWALITà TAL-VARJETAJIET TAL-WERAQ TAT-TABAKK

Provdut fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1727/70

1. (a) BADISCHER GEUDERTHEIMER, (b) FORCHHEIMER HAVANNA II c

"Grumpen" (Primings)

Klassi I Werqa misjura, soda, bla ħsara, kannella fl-aħmar għal ftit imżewqa.

Klassi II. Werqa misjura, soda, imżewqa. It-truf tal-werqa jistgħu jkunu misjura żżejjed u kannella fil-kulur.

Klassi III Werqa li ma tikkorrospondix mal-Klassijiet I u II iżda li għandha l-kwalitajiet meħtieġa għall-intervent.

"Sandblatt" (Lugs)

Klassi I Werqa misjura, soda, bla ħsara, kannella għal ftit imżewqa, ta' tul uniformi.

Klassi II. Werqa misjura, soda, imżewqa.

Klassi III Werqa li ma tikkorrospondix mal-Klassijiet I u II iżda li għandha l-kwalitajiet minimi meħtieġa għall-intervent.

"Hauptgut" (Werqa ta' l-ogħla kwalita')

Klassi I Werqa misjura, soda, bla ħsara, kannella skura għal imżewqa, ta' tul uniformi (1).

Klassi II. Werqa misjura, soda u mżewqa.

Klassi III Werqa li ma tikkorrospondix mal-Klassijiet I u II iżda li għandha l-kwalitajiet minimi meħtieġa għall-intervent.

"Obergut" (Truf)

Werqa misjura, soda, bla ħsara, kannella skura għal imżewqa, li għandha l-kwalitajiet minimi meħtieġa għall-intervent.

2. BADISCHER BURLEY E

"Grumpen" (Primings)

Klassi I Werqa misjura, soda, bla ħsara, imlaħħma, kannella ċar għal kannella fl-aħmar.

Klassi II. Werqa misjura, soda, kannella għal imżewqa. It-truf tal-werqa jistgħu jkunu misjura żżejjed.

Klassi III Werqa li ma tikkorrospondix mal-Klassijiet I u II iżda li għandha l-kwalitajiet minimi għall-intervent.

"Sandblatt" (Lugs)

Klassi I Werqa misjura, soda, bla ħsara, imlaħħma, kannella ċar għal kannella fl-aħmar, ta' tul uniformi.

Klassi II. Werqa misjura, soda, b'saħħitha, kannella għal imżewqa.

Klassi III Werqa li ma tikkorrospondix mal-Klassijiet I u II iżda li għandha l-kwalitajiet minimi meħtieġa għall-intervent.

"Hauptgut" (Werqa ta' l-ogħla kwalita')

Klassi I Werqa misjura, soda, bla ħsara, imlaħħma, kannella fl-aħmar għal kannella ċar, ta' tul uniformi (1).

Klassi II. Werqa misjura, soda, kannella għal imżewqa.

Klassi III Werqa li ma tikkorrospondix mal-Klassijiet I u II iżda li għandha l-kwalitajiet minimi meħtieġa għall-intervent.

"Obergut" (Truf)

Werqa misjura, soda, kannella skura, li għandha l-kwalitajiet minimi meħtieġa għall-intervent.

3. VIRGIN D

Klassi I Werqa misjura, soda, bla ħsara, safra għal safra fl-aħmar; varjazzjonijiet fil-kulur bħal isfar fil-kannella għal isfar fl-aħdar huma permessi sa terz tal-wiċċ tal-werqa (1).

Klassi II. Werqa misjura, soda, bażikament safra; varjazzjonijiet fil-kulur bħal isfar fil-kannella għal isfar fl-aħdar huma permessi sa żewġ terzi tal-wiċċ tal-werqa

Klassi III Werqa li ma tikkorrospondix mal-Klassijiet I u II iżda li għandha l-kwalitajiet minimi meħtieġa għall-intervent.

4. (a) PARAGUAY u l-ibridi tagħhom tagħhom, (b) DRAGON VERT u l-ibridi tagħhom, PHILIPPIN, PETIT GRAMMONT (Flobecq), SEMOIS, APPELTERRE

Lugs, Weraq tan-nofs jew Truf

Klassi 1 Werqa misjura, ta' kombustibilita' tajba, kulur jgħajjat, relattivament bla ħsara. Difetti żgħar jistgħu jkunu tollerati.

Klassi 2. Werqa b'difetti żgħar rigward il-kombustibilita', kulur, nisġa jew misjura (misjura żżejjed u anqas) (1)

Klassi 3 Werqa bi ħsarat jew difetti mmarkati rigward il-kulur (fl-aħdar ċar jew aħdar distint), kombustibilita', soda u saħħa tan-nisġa jew msajra (misjura żżejjed jew anqas fiċ-ċar) iżda li għandha l-kwalitajiet meħtieġa għall-intervent.

Klassi addizzjonali għal-lugs magħżula individwalment

Klassi 1 S

Werqa misjura, ta' kombustibilita' tajba, bla ħsara, bil-granelli mhux viċin ħafna, b'kulur jgħajjat uniformi.

5. NIJKERK

Feuilles basses (Weraq)

Klassi 1 Werqa misjura, in-nisġa għadha ddellek, imlaħħma, għadha ma titaffiċx u elastika, mingħajr vina prominenti, ta' kulur kannella sew, ftit jew wisq skur, jgħajjat.

Klassi 2. Werqa kemm kemm twaħħal, b'difetti żgħar rigward ħsarat, vini jew kulur.

Klassi 3 Werqa mqarqċa, ma twaħħalx, bi ħsarat ta' l-għaraq (difetti fin-nisġa u l-kulur) ikkawżati matul il-kura jew parzjalment bi ħsarat mis-silġ jew mill-mard Iżda li għandhom il-kwalitajiet minimi meħtieġa għall-intervent.

Feuilles de tête (Truf)

Klassi 1 Werqa ta' l-ewwel tul (li jaqbeż il-45ċm), nisġa twaħħal ħafna, imlaħħma, bla ħsara, ma titgħaffiġx u elastika, mingħajr vina prominenti, misjura sew kif jidher minn kulur kannella jgħajjat sa kulur kannella skur.

Klassi 2. Jew werqa tat-tieni tul (li ma jaqbiżx il-45ċm) li għandha l-karatteristiċi fuq imsemmija, jew werqa ta' l-ewwel tul (li jaqbeż 45ċm), nisġa għadha twaħħal, imlaħħma, għadha bla ħsara, ma titgħaffiġx, il-vini ftit jew wisq pronunzjati, ta' kull varjazzjoni ta' kulur għajr aħdar tal-fliexken (1).

Klassi 3 Werqa ta' kull tul, b'difetti mmarkati rigward it-tisjir jew il-kulur (aħdar tal-fliexken) jew in-nisġa (imqarqċa, ma twaħħalx, marida, difetti fil-kura) iżda li għandha l-kwalitajiet minimi meħtieġa għall-intervent.

6. (a) MISIONERO u l-ibridi tiegħu, (b) RIO GRANDE u l-ibridi tiegħu

L-ewwel kwalita' Werqa misjura sewwa, aktar minn 45ċm, mhux bil-granelli ħarxin, kurata sewwa, liberi sew mill-ħsara, ta' kulur jgħajjat sa jgħajjat biżżejjed ta' kannella fl-aħmar, kombustibilita' sodisfaċenti.

It-tieni kwalita' Werqa misjura sewwa, aktar minn 45ċm, mhux bil-granelli ħarxin, ta' kulur jgħajjat sa jgħajjat biżżejjed ta' daqsxejn fl-isfar ċar, soda biżżejjed u bla ħsara, kombustibilita' tajba mhux ħażin.

It-tielet kwalita' Werqa iżjed minn 35ċm, ta' ftit jew wisq nisġa ħarxa, ta' kulur kannella ċass fi sfond fl-aħmar jew fl-isfar, kombustibilita' moderata.

Ir-raba' kwalita' Werqa iżjed minn 30ċm, b'deterjorazzjoni rigward il-kondizzjoni jew is-saħħa tan-nisġa, jew il-kulur li jista' jkun skur, ftit jew wisq kannella fl-aħdar, ċass jew rigward ħxuna żżejjed u l-ħruxija tan-nisġa. Kombustibilita' moderata gġal fqira, iċda li għandha l-kwalitajiet minimi għall-intervent.

7. BRIGHT

Kategorija A Werqa misjura biżżejjed, mingħajr difetti fil-kura, nisġa miftuħa, biz-zkuk (midribs) u l-vini mhux prominenti ħafna, soda, bi lwien varji ta' isfar (1).

Kategorija B Werqa ta' konsistenza li tvarja, x'aktarx irqiqa jew ħarxa, misjura biżżejjed, imma b'kemm kemm difetti fil-kura u ta' kulur li jvarja minn isfar imżewwaq jew bronz għal isfar fl-aħdar, x'aktarx bil-ħsara.

Kategorija Ċ Werqa ta' konsistenza li tvarja, ta' nisġa mill-viċin, b'difetti fil-kura, u ta' kulur li jvarja minn isfar imżewwaq jew bronz għal isfar fl-aħdar, x'aktarx bil-ħsara.

8. BURLEY I

Kategorija A Werqa misjura biżżejjed, mingħajr difetti fil-kura, ta' nisġa miftuħa possibilment soda, iz-zkuk u l-vini mhux prominenti ħafna, soda, ta' kulur ftit jew wisq kannella jgħajjat kulur il-lewża.

Kategorija B Werqa ta' konsistenza li tvarja, soda, b'xi difetti fil-kura u ħsarat, mhux uniformi fil-kulur.

Kategorija Ċ Werqa ħarxa, ta' nisġa viċina, b'difetti mmarkati fil-kura u difetti fil-kulur, iżda li għandha l-kwalitajiet minimi meħtieġa għall-intervent.

9. MARYLAND

Kategorija A Werqa misjura biżżejjed b'difetti żgħar fil-kura u kemm kemm fil-bronż, nisġa medja biz-zkuk u l-vini mhux prominenti ħafna, soda, ta' kulur kannella fl-aħmar daqsxejn jgħajjat.

Kategorija B Werqa ta' saħħa li tvarja iżda daqsxejn ħafifa, soda, b'xi difetti żgħar rigward il-kura u ħsarat, kannella fl-aħmar mhux uniformi fil-kulur.

Kategorija Ċ Weraq ħarex b'difetti mmarkati rigward il-kura tal-ħsarat u l-kulur iżda li għandha l-kwalitajiet minimi meħtieġa għall-intervent.

10. (a) KENTUCKY u l-ibridi tiegħu, (b) MORO DI CORI, (ċ) SALENTO

Kategorija A Werqa bla ħsara, ta' daqs kbir jew medju, misjura kompletament, ta' nisġa fina, elastika u soda biżżejjed, nisġa medja biz-zkuk u l-vini mhux prominenti ħafna, mingħajr difetti fil-kura u f'kondizzjoni tajba, ta' kulur kannella uniformi.

Kategorija B Werqa kompletament misjura, ta' nisġa soda, mingħajr difetti fil-kura u f'kondizzjoni tajba, ta' kulur kannella, b'xi ħsarat (1).

Kategorija Ċ Werqa kompletament misjura, nisġa possibilment ħafifa, mhux uniformi fil-kulur, b'xi difetti fil-kura u ħsarat u xi difetti żgħar fil-kondizzjoni, iżda li għandha l-kwalitajiet minimi meħtieġa għall-intervent.

11. (a) NOSTRANO DEL BRENTA, (b) RESISTENTE 142, (ċ) GĠUANO

Kategorija A Werqa ta' nisġa ħafifa, kompatta tajjeb, bi granelli miftuħin, misjura, iz-zkuk u l-vini mhux prominenti ħafna, kurata sew jew fermentata kif suppost skond il-metodu tradizzjonali, ftit jew wisq ta' kulur kannella uniformi jew kannella ċar, b'xejn iżjed minn ħsara insinifikanti.

Kategorija B Werqa ta' nisġa soda jew ħafifa, soda, kurata tajjeb jew fermentata kif suppost skond il-metodu tradizzjonali ta' kulur kannella jew anki kannella skur, bi ħsarat żgħar (1).

Kategorija Ċ Werqa mhux kompletament misjura, nisġa, mhux uniformi fil-kulur, possibilment kannella skura, ħarxa, b'xi difetti żgħar rigward il-kura, trattament tradizzjonali u priservazzjoni u miksura sewwa, li ma tikkwalifikax għall-kategoriji t'hawn fuq iżda li għandha l-kwalitajiet minimi meħtieġa għall-intervent.

12. (a) BENEVENTANO, (b) BRASILE SELVAGGIO u varjetajiet simili

Kategorija A Werqa misjura sew, soda, ta' nisġa fina u li ma titgħaffiġx, biz-zkuk u l-vini mhux prominenti ħafna, kurata sew jew fermentata kif suppost, ta' kulur kannella uniformi jew possibilment kannella skur, b'xi ħsarat.

Kategorija B Werqa misjura biżżejjed, ta' nisġa soda jew possibilment ħarxa jew irqiqa, b'xi difetti żgħar rigward il-kura, il-fermentazzjoni u l-ħsarat (1).

Kategorija Ċ Werqa ta' nisġa ħarxa, ta' kulur skur, b'difetti mmarkati rigward it-tisjir, il-kura, il-kondizzjonijiet u l-ħsarat iżda li għandha l-kwalitajiet minimi meħtieġa għall-intervent.

13. XANTI-YAKA

14. PERUSTITZA

15. ERZEGOVINA u varjetajiet simili

Kategorija A Werqa misjura, soda, kurata sew, ta' kulur kannella ċar jew isfar, ftit tleqq, ta' nisġa ħafifa jew soda sew u miftuħa, l-aktar ta' daqs żgħir jew medju normalment miksub mit-truf jew mill-weraq tan-nofs ta' fuq (varjetajiet 13 u 14) u mit-truf jew weraq tan-nofs (varjeta' 15).

Kategorija B Werqa raġonevoli soda u misjura b'xi difetti kemm kemm fil-kura, l-aktar ħafifa fin-nisġa, ta' kulur minn isfar sa kannella bi ħsarat immarkati iżda ppriservata sew inklużi l-lugs u l-primings (1).

Kategorija Ċ Werqa ftit ħarxa b'difetti fil-kura, kulur mhux uniformi, b'difetti rigward il-ħsarat mill-pożizzjoni taz-zokk iżda li għandha l-kwalitajiet minimi meħtieġa għall-intervent.

16. (a) ROUND TIP, (b) SCAFATI, (ċ) SUMATRA I (2)

Kategorija A Lugs magħżula bħala tul fil-proporzjonijiet li ġejjin:

L-ewwel tul: 15 %,

It-tieni tul: 55 %

It-tielet tul: 30 %

Werqa ta' qies konvenjenti misjura kompletament, uniformi biżżejjed bħala kulur, soda, ta' nisġa sodisfaċenti, bil-granella miftuħin, iz-zkuk u l-vini mhux prominenti, priservata sewwa, ta' kombustibilita' tajba, togħma u riħa tipika, tajba biex tobrom is-sigarri. Tista' tinkludi madwar 20 % ta' werqa miksura.

Kategorija B Werqa min-naħa tan-nofs t'isfel magħżula skond it-tul fil-proporzjonijiet li ġejjin:

L-ewwel tul: 60 %

It-tieni tul: 35 %

It-tielet tul: 5 %

Werqa ta' qies konvenjenti misjura kompletament u uniformi fil-kulur, soda, mingħajr ħsara, ta' nisġa fina, elastika u ma titgħaffiġx, iz-zkuk u l-vini mhux prominenti, iffermentata sewwa u f'kondizzjoni tajba, ta' kombustibilita' tajba, b'togħma u aroma tipika, tajba biex tobrom is-sigarri, tinkludi madwar 25 % ta' werqa miksura (2).

Kategorija Ċ Werqa min-naħa tan-nofs ta' fuq magħżula skond it-tul fil-proporzjonijiet li ġejjin:

L-ewwel tul: 10 %

It-tieni tul: 40 %

It-tielet tul: 50 %

Werqa ta' qies medju, misjura biżżejjed, uniformi biżżejjed bħala kulur, ta' nisġa soda biżżejjed, f'kondizzjoni tajba, ta' kombustibilita' medja, togħma u aroma tipika, tintuża sa ċertu punt biex tobrom is-sigarri ta' kwalita' inferjuri. Tista' tinkludi madwar 30 % ta' werqa miksura. Irid ikollha l-kwalitajiet minima meħtieġa għall-intervent.

L-ANNESS II

KLASSIFIKAZZJONI TAL-KWALITÀ TAT-TABAKK F'BALAL

Provdut fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1727/70

1. (a) BADISCHER GEUDERTHEIMER, (b) FORCHHEIMER HAVANNA II c

"Grumpen" (Primings)

Klassi I Werqa misjura, soda, bla ħsara, xi ftit imżewqa għal kannella skur bħala kulur; iffermentata naturalment.

Klassi II Werqa misjura, soda, kulur bażiku fil-kannella, differenzi fil-kulur huma aċċettati; it-trufijiet tal-weraq jistgħu jkunu misjura żżejjed; iffermentata naturalment.

Klassi III Werqa li ma tikkorrospondix mal-Klassijiet I u II; iffermentata normalment.

"Sandblatt" (Lugs)

Klassi I Werqa misjura, soda, bla ħsara, xi ftit imżewqa għal kannella skur bħala kulur; ta' tul uniformi; iffermentata naturalment.

Klassi II Werqa misjura, soda, kulur bażiku fil-kannella, differenzi fil-kulur huma aċċettati; iffermentata naturalment.

Klassi III Werqa li ma tikkorrospondix mal-Klassijiet I u II; iffermentata normalment.

"Hauptgut" (Weraq)

Klassi I Werqa misjura, soda, bla ħsara, xi ftit imżewqa għal kannella skur bħala kulur; ta' tul uniformi; iffermentata naturalment (1).

Klassi II Werqa misjura, soda, kulur bażiku fil-kannella, differenzi fil-kulur huma aċċettati; iffermentata naturalment.

Klassi III Werqa li ma tikkorrospondix mal-Klassijiet I u II; iffermentata normalment.

"Obergut" (Truf)

Werqa misjura, soda, kuluri differenti; iffermentata naturalment.

2. BADISCHER BURLEY E

"Grumpen" (Primings)

Klassi I Werqa misjura, soda, bla ħsara, imlaħħma, kannella jgħajjat, kannella fl-aħmar għal kannella bħala kulur; iffermentata naturalment.

Klassi II Werqa misjura, soda, kulur bażiku fil-kannella, differenzi fil-kulur huma aċċettati; it-trufijiet tal-werqa jistgħu jkunu misjura żżejjed; iffermentata naturalment.

Klassi III Werqa li ma tikkorrospondix mal-Klassijiet I u II; iffermentata normalment.

"Sandblatt" (Lugs)

Klassi I Werqa misjura, soda, bla ħsara, imlaħħma, kannella jgħajjat, kannella fl-aħmar għal kannella bħala kulur; ta' tul uniformi; iffermentata naturalment.

Klassi II Werqa misjura, soda, kulur bażiku fil-kannella, differenzi fil-kulur huma aċċettati; iffermentata naturalment.

Klassi III Werqa li ma tikkorrospondix mal-Klassijiet I u II; iffermentata normalment.

"Hauptgut" (Weraq)

Klassi I Werqa misjura, soda, bla ħsara, imlaħħma, kannella jgħajjat, kannella fl-aħmar għal kannella skur bħala kulur; ta' tul uniformi; iffermentata naturalment (1).

Klassi II Werqa misjura, soda, kulur bażiku fil-kannella, differenzi fil-kulur huma aċċettati; iffermentata naturalment.

Klassi III Werqa li ma tikkorrospondix mal-Klassijiet I u II; iffermentata normalment.

"Obergut" (Truf)

Werqa misjura, soda, kuluri differenti; iffermentata naturalment.

3. VIRGIN D

Klassi I Werqa misjura, soda, bla ħsara, safra, safra fl-aħmar għal isfar fil-kannella bħala kulur; iffermentata naturalment (1).

Klassi II Werqa misjura, soda, kulur bażiku isfar, differenzi fil-kulur huma aċċettati; iffermentata naturalment.

Klassi III Werqa li ma tikkorrospondix mal-Klassijiet I u II; iffermentata normalment.

7. BRIGHT

Kategorija A Werqa misjura biżżejjed, kurata bir-reqqa, nisġa miftuħa biz-zkuk u l-vini mhux prominenti ħafna, soda, b'kuluri varji ta' isfar (1).

Kategorija B Werqa ta' konsistenza li tvarja, possibilment irqiqa jew ħarxa, misjura biżżejjed b'xi difett żgħar rigward il-kura u l-kulur (isfar imżewwaq jew fil-bronż); tista' tkun bil-ħsarat.

Kategorija Ċ Werqa ta' konsistenza li tvarja, nisġa mill-viċin, b'difetti fil-kura, iżda tajba għall-ħażna, imżewqa ħafna, isfar fil-kulur jew taqleb lejn jew il-griż jew lejn il-kannella; bi ħsarat serji.

8. BURLEY I

Kategorija A Werqa misjura biżżejjed, kurata bir-reqqa, nisġa miftuħa possibilment soda, biz-zkuk u l-vini mhux prominenti ħafna, soda, ftit jew wisq ta' kulur kannella kulur il-lewża (1).

Kategorija B Werqa ta' konsistenza li tvarja, soda, b'xi difett fil-kura, xi ħsarat, mhux uniformi fil-kulur.

Kategorija Ċ Werqa ħarxa ta' nisġa mill-viċin b'difetti mmarkati fil-kura u fil-kulur, iżda tajba biex tinħażen.

9. MARYLAND

Kategorija A Werqa misjura biżżejjed, difetti żgħar fil-kura u xi ftit weraq fil-bronż, iżda, kurati bir-reqqa, nisġa medja, iz-zkuk u l-vini mhux prominenti ħafna, soda, kannella ċar fl-aħmar bħala kulur.

Kategorija B Werqa ta' konsistenza li tvarja, xi ftit ħafifa, soda, b'xi difett rigward il-kura u l-ħsarat, kannella fl-aħmar bħala kulur, mhux uniformi.

Kategorija Ċ Werqa ħarxa b'difetti mmarkati rigward il-kura, il-ħsarat u l-kulur, iżda tajba biex tinħażen.

10. (a) KENTUCKY u l-ibridi tiegħu, (b) MORO DI CORI, (ċ) SALENTO

Kategorija A Werqa ta' daqs kbir jew medju, sħiħa, misjura kompletament, ta' nisġa fina elastika u soda biżżejjed, biz-zkuk u l-vini mhux prominenti ħafna, kurata bir-reqqa u ppriservata, ta' kulur kannella uniformi.

Kategorija B Werqa misjura kompletament, ta' nisġa soda, kurata bir-reqqa u ppriservata, ta' kulur kannella, b'xi ħsarat (1).

Kategorija Ċ Werqa misjura biżżejjed, tista' tkun ta' nisġa ħafifa, mhux uniformi fil-kulur, b'xi difetti fil-kura, xi ħsarat, u difetti żgħar fil-kondizzjoni.

11. (a) NOSTRANO DEL BRENTA, (b) RESISTENTE 142, (ċ) GĠUANO

Kategorija A Werqa ta' nisġa delikata, soda biżżejjed bil-granelli miftuħin, misjura, biz-zkuk u l-vini mhux prominenti ħafna, soda, kurata bir-reqqa u ffermentata, ta' kulur ftit jew wisq kannella jew kannella ċar, jista' jkollha ħsarat żgħar.

Kategorija B Werqa ta' nisġa soda jew ħafifa, soda, kurata bir-reqqa u ffermentata, kannella jew kannella skur bħala kulur, bi ftit ħsara mmarkata (1).

Kategorija Ċ Werqa mhux misjura kompletament, mhux uniformi fil-kulur, tista' tkun kannella skur, ħarxa, b'difetti żgħar ta' kura, fermentazzjoni u kondizzjoni bil-werqa mqatta' sew, li ma tikkwalifikax għall-kategoriji ta' hawn fuq.

12. (a) BENEVENTANO, (b) BRASILE SELVAGGIO u varjetajiet simili

Kategorija A Werqa misjura sew, soda, li għandha nisġa fina miftuħa li ma titgħaffiġx, biz-zkuk u l-vini mhux prominenti ħafna, kurata bir-reqqa u ffermentata, ta' kulur kannella jew kannella skur iżda uniformi fil-kulur, b'xi ħsarat.

Kategorija B Werqa misjura biżżejjed, ta' nisġa soda u anki ħarxa jew irqiqa, b'xi difetti fil-kura u l-fermentazzjoni u ħsarat żgħar (1).

Kategorija Ċ Werqa ta' nisġa ħarxa, b'difetti mmarkati rigward it-tisjir, kura u kondizzjoni u ħsarat immarkati.

13. XANTI-YAKA

14. PERUSTITZA

15. ERZEGOVINA u varjetajiet simili

Kategorija A Werqa misjura, b'saħħitha, kurata bir-reqqa, kannella ċar jew safra bħala kulur, kemmxejn tleqq, nisġa delikata jew ta' konsistenza medja, nisġa miftuħa jew daqs żgħir jew medju, normalment mill-weraq tan-naħa ta' fuq jew l-ogħla nofs (varjetajiet 13 u 14) u il-weraq ta' fuq jew tan-nofs (varjeta' 15).

Kategorija B Soda u misjura biżżejjed, xi difetti żgħar fil-kura, nisġa aktar spiss ħafif, kulur jagħti minn isfar għal aħmar b'difetti mmarkati rigward ħsara iżda f'kondizzjoni tajba, anki mill-lugs (1).

Kategorija Ċ Werqa ħafifa u ħarxa, b'difetti rigward il-kura iżda kapaċi li tinħażen, kulur mhux uniformi, ħsarat immarkati minn kull pożizzjoni taz-zokk.

16. (a) ROUND TIP, (b) SCAFATI, (ċ) SUMATRA

Kategorija A Lugs u primings, magħżula bħala tul fil-proporzjonijiet li ġejjin:

L-ewwel tul: 15 %,

It-tieni tul: 55 %

It-tielet tul: 30 %

Werqa ta' qies konvenjenti, misjura kompletament, uniformi biżżejjed bħala kulur, soda, ta' nisġa sodisfaċenti, bil-granella miftuħin, iz-zkuk u l-vini mhux prominenti, f'kondizzjoni tajba, ta' kombustibilita' tajba, togħma u riħa tipika, tajba biex tobrom is-sigarri. Tista' tinkludi madwar 20 % ta' werqa miksura.

Kategorija B Werqa min-naħa tan-nofs t'isfel, magħżula skond it-tul fil-proporzjonijiet li ġejjin:

L-ewwel tul: 60 %

It-tieni tul: 35 %

It-tielet tul: 5 %

Werqa ta' qies konvenjenti, misjura kompletament u uniformi fil-kulur, soda mingħajr ħsara, ta' nisġa fina, elastika u ma titgħaffiġx, iz-zkuk u l-vini mhux prominenti, iffermentata sewwa u f'kondizzjoni tajba, ta' kombustibilita' tajba, b'togħma u riħa tipika, tajba biex tobrom is-sigarri tinkludi madwar 25 % ta' werqa miksura (1).

Kategorija Ċ Werqa min-naħa tan-nofs ta' fuq, magħżula skond it-tul fil-proporzjonijiet li ġejjin:

L-ewwel tul: 10 %

It-tieni tul: 40 %

It-tielet tul: 50 %

Werqa ta' qies medju, misjura biżżejjed u uniformi fil-kulur, ta' nisġa soda biżżejjed, f'kondizzjoni tajba, ta' kombustibilita' medja, togħma u riħa tipika, tajba sa ċertu punt biex tobrom is-sigarri ta' kwalita' inferjuri. Tista' tinkludi madwar 30 % ta' werqa miksura.

L-ANNESS III

L-umdita' li għandha tkun ikkunsidrata meta jkun determinat it-toqol nett riferut fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1727/70

Nru Serjali Varjetajiet Umdita' (%)

Weraq tat-tabakk Tabakk f'balal

1. (a) Badischer Geudertheimer (b) Forchheimer Havanna II c 26 16

2. Badischer Burley E 25 15

3. Virgin D 19 13

4. (a) Paraguay u l-ibridi tiegħu (b) Dragon vert u l-ibridi tiegħu Philippin Petit Grammont (Flobecq) Semois Appelterre 27 19

5. Nijkerk 27 19

6. (a) Misionero u l-ibridi tiegħu (b) Rio Grande u l-ibridi tiegħu 27 19

7. Bright 16 13

8. Burley I 19 13

9. Maryland 19 13

10. (a) Kentucky u l-ibridi tiegħu (b) Moro di Cori (ċ) Salento 23 16

11. (a) Nostrano del Brenta (b) Resistente 142 (ċ) Gojano 22 18

12. (a) Beneventano (b) Brasile Selvaggio és hasonló fajták 24 16

13. Xanti-Yaka 17 13

14. Perustitza 17 13

15. Erzegovina u varjetajiet simili 17 13

16. (a) Round tip (b) Scafati (ċ) Sumatra I 22 16

L-ANNESS IV

Skala tal-prezzijiet u t-tnaqqis għall-weraq tat-tabakk riferut fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1728/70

Nru Serjali Varjetajiet Pożizzjoni taz-zokk Klassijiet, kwalita' u indiċi tan-numri rigward il-kwalitajiet tar-riferenza

Klassi I Klassi II Klassi III

1. (a) Badischer Geudertheimer (b) Forchheimer Havanna II c Grumpen (Primings) 90 73 58

Sandblatt (Lugs) 109 88 71

Hauptgut (Weraq) 1001 82 70

Obergut (Truf) 67

Klassi I Klassi II Klassi III

2. Badischer Burley E Grumpen (Primings) 114 89 56

Sandblatt (Lugs) 122 98 76

Hauptgut (Weraq) 1001 77 59

Obergut (Truf) 50

Klassi I Klassi II Klassi III

3. Virgin D 1001 57 22

Klassi 1S Klassi 1 Klassi 2 Klassi 3

4. (a) Paraguay u l-ibridi tiegħu (b) Dragon vert u l-ibridi tiegħu; Philippin, Petit Grammont (Flobecq), Semois, Appelterre Lugs 130 110 90 70

Weraq tan-nofs (Weraq) - 120 1001 80

Weraq ta' Fuq (Truf) - 100 80 60

Klassi 1 Klassi 2 Klassi 3

5. Nijkerk Lugs (Weraq) 100 80 60

Weraq ta' Fuq (Truf) 120 1001 60

L-ewwel kwalita' It-tieni kwalita' It-tielet kwalita' Ir-raba' kwalita'

6. (a) Misionero u l-ibridi tiegħu (b) Rio Grande u l-ibridi tiegħu 120 1001 80 60

Kategorija A Kategorija B Kategorija

7. Bright 1001 65 50

8. Burley I 1001 65 48

9. Maryland 1001 65 48

10. (a) Kentucky u l-ibridi tiegħu (b) Moro di Cori (ċ) Salento 157 1001 60

11. (a) Nostrano del Brenta (b) Resistente 142 (ċ) Gojano 129 1001 76

12. (a) Beneventano (b) Brasile Selvaggio u varjetajiet simili 128 1001 71

13. Xanti-Yaka 116 1001 74

14. Perustitza 109 1001 73

15. Erzegovina u varjetajiet simili 109 1001 71

16. (a) Round tip (b) Scafati (ċ) Sumatra I 86 1001 36

1 Riferenza tal-kwalità.

L-ANNESS V

Skali taż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz għat-tabakk f'balal riferut fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1728/70

Żidiet u tnaqqis fil-prezz rigward il-kategoriji tal-klassifika

Nru Serjali Varjetajiet Pożizzjoni fiz-zokk Klassijiet u indiċi tan-numri rigward ir-riferenza tal-kwalitajiet

Klassi I Klassi II Klassi III

1. (a) Badischer Geudertheimer (b) Forchheimer Havanna II c Grumpen (Primings) 90 73 58

Sandblatt (Lugs) 109 88 71

Hauptgut (Weraq) 1001 82 70

Obergut (Truf) 67

2. Badischer Burley E Grumpen (Primings) 114 89 56

Sandblatt (Lugs) 122 98 76

Hauptgut (Weraq) 1001 77 59

Obergut (Truf) 50

3. Virgin D 1001 57 22

Kategorija A Kategorija B Kategorija

7. Bright 1001 65 50

8. Burley I 1001 65 48

9. Maryland 1001 65 48

10. (a) Kentucky u l-ibridi tiegħu (b) Moro di Cori (ċ) Salento 157 1001 60

11. (a) Nostrano del Brenta (b) Resistente 142 (ċ) Gojano 129 1001 76

12. (a) Beneventano (b) Brasile Selvaggio u varjetajiet simili 128 1001 71

13. Xanti-Yaka 116 1001 74

14. Perustitza 109 1001 73

15. Erzegovina u varjetajiet simili 109 1001 71

16. (a) Round tip (b) Scafati (ċ) Sumatra I 86 1001 36

1 Riferenza tal-kwalità

L-ANNESS VI

L-ammonti riferuti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KEE) Nru 327/71

Nru Serjali Varjeta' Ammont f'EKU/kg tal-weraq tat-tabakk

1. (a) Badischer Geudertheimer (b) Forchheimer Havanna II c 0,580

2. Badischer Burley E 0,598

3. Virgin D 0,603

(a) Paraguay u l-ibridi tiegħu (b) Dragon vert u l-ibridi tiegħu Philippin Petit Grammont (Flobecq) Semois Appelterre 0,422

5. Nijkerk 0,372

6. (a) Misionero u l-ibridi tiegħu (b) Rio Grande u l-ibridi tiegħu 0,468

7. Bright 0,642

8. Burley I 0,594

9. Maryland 0,594

10. (a) Kentucky u l-ibridi tiegħu (b) Moro di Cori (ċ) Salento 0,490

11. (a) Nostrano del Brenta (b) Resistente 142 (ċ) Gojano 0,589

12. (a) Beneventano (b) Brasile Selvaggio u varjetajiet simili 0,445

13. Xanti-Yaka 0,957

14. Perustitza 0,663

15. Erzegovina u varjetajiet simili 0,608

16. (a) Round tip (b) Scafati (ċ) Sumatra I 3,598

L-ANNESS VII

L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 638/74

Limiti ta' tolleranza bħala persentaġġ tat-toqol nett

Varjetajiet Sena tax-xiri Snin ta' wara

Kurati bl-arja skura (1, 4, 5, 6, 11, 12) 1,5 % 0,7 %

Kurati bin-nar (10)

Tabakki speċjali (16)

Kurati bl-arja ħafifa (2, 8, 9) 1,0 % 0,6 %

Kurati bil-flue (3, 7)

Kurati bix-xemx (13, 14, 15)

L-ANNESS VIII

Rata massima tat-telf fit-toqol riferuta fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 410/76

Nru Serjali Varjetajiet Telf massimu ta' toqol (bħala persentaġġ tat-toqol nett tal-weraq tat-tabakk) (1)

1. (a) Badischer Geudertheimer (b) Forchheimer Havanna II c 22

2. Badischer Burley E 19

3. Virgin D 13

4. (a) Paraguay u l-ibridi tiegħu (b) Dragon vert u l-ibridi tiegħu Philippin Semois Appelterre 19

5. Nijkerk 19

6. (a) Misionero u l-ibridi tiegħu (b) Rio Grande u l-ibridi tiegħu 17

7. Bright 14

8. Burley I 15

9. Maryland 15

10. (a) Kentucky u l-ibridi tiegħu (b) Moro di Cori (ċ) Salento 15

11. (a) Nostrano u l-ibridi tiegħu (b) Resistente 142 (ċ) Gojano 15

12. (a) Beneventano (b) Brasile Selvaggio u varjetajiet simili 15

13. Xanti-Yaka 17

14. Perustitza 17

15. Erzegovina u varjetajiet simili 17

16. (a) Round tip (b) Scafati (ċ) Sumatra I 16

(1) Dawn ir-rati jiżdiedu b'erba' punti għat-tabakk li ntaħan.

1 ĠU L 189., tas-27.07.1979., p. 1.

2 ĠU L 94., tat-28.04.1970.., p. 1.

3 ĠU L 37., 09.02.1974., p. 5.

4 ĠU L 175. 04.08.1971., p. 8.

5 ĠU L 189. tas-27.07.1979., p. 6.

6 ĠU L 184. 06.07.1978., p. 11.

7 ĠU L 191. tas-27.08.1970., p. 5.

8 ĠU L 184. 06.07.1978., p. 11.

9 ĠU L 191. tas-27.08.1970., p. 5.

10 ĠU L 184. 06.07.1978., p. 11.

11 ĠU L 191. tas-27.08.1970., p. 5.

12 ĠU L 184., 06.07.1978., p. 11.

13 ĠU L 184., 06.07.1978., p. 11.