<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-196/16</NO.CASE><NO.CASE>C-197/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0196</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:589">EU:C:2017:589</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20170726">26.7.2017</DATE> – KAWŻI MAGĦQUDA C-196/16 U C-197/16</P><P>COMUNE DI CORRIDONIA ET</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 85/337/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/92/UE</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà li ssir, <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ impjant ta’ produzzjoni ta’ enerġija mill-bijogass f’servizz għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni ġdida</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑196/16 u C‑197/16,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per le Marche (qorti amministrattiva għar-reġjun tal-Marche, l-Italja), permezz ta’ deċiżjonijiet tat‑<DATE ISO="20160322">22 ta’ Marzu 2016</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 u fit‑<DATE ISO="20160408">8 ta’ April 2016</DATE>, rispettivament, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Comune di Corridonia</HT> (C‑196/16),</P><P><HT TYPE="BOLD">Comune di Loro Piceno</HT> (C‑197/16)<HT TYPE="BOLD">,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Marcello Bartolini (</HT>C‑197/16)<HT TYPE="BOLD">,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Filippo Bruè (</HT>C‑197/16)<HT TYPE="BOLD">,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sergio Forti (</HT>C‑197/16)<HT TYPE="BOLD">,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stefano Piatti</HT> (C‑197/16)<HT TYPE="BOLD">,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Gaetano Silvetti (</HT>C‑197/16)<HT TYPE="BOLD">,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Gianfranco Silvetti (</HT>C‑197/16)<HT TYPE="BOLD">,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Rocco Tirabasso</HT> (C‑197/16)<HT TYPE="BOLD">,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sante Vagni (</HT>C‑197/16)<HT TYPE="BOLD">,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Albergo Ristorante Le Grazie Sas di Forti Sergio &amp; Co. (</HT>C‑197/16)<HT TYPE="BOLD">,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Suolificio Elefante Srl (</HT>C‑197/16)<HT TYPE="BOLD">,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Suolificio Roxy Srl</HT> (C‑197/16)<HT TYPE="BOLD">,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Aldo Alessandrini</HT> (C‑197/16)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><?PAGE NO="2"?><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Provincia di Macerata,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Provincia di Macerata Settore 10</HT> – Ambiente<HT TYPE="BOLD">,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">VBIO1 Società Agricola Srl</HT> (C‑196/16)<HT TYPE="BOLD">,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Regione Marche,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Agenzia Regionale per la Protezione Ambientale delle Marche – (ARPAM) – Dipartimento Provinciale di Macerata</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ARPAM,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">VBIO2 Società Agricola Srl (</HT>C‑197/16)<HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="BOLD">,</HT></HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Azienda Sanitaria Unica Regionale</HT> <HT TYPE="BOLD">– Marche (ASUR Marche)</HT> <HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="BOLD">(C‑197/16),</HT></HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ASUR Marche</HT> <HT TYPE="BOLD">– Area Vasta 3</HT> <HT TYPE="BOLD">(</HT>C‑197/16)<HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="BOLD">,</HT></HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Comune di Colmurano (</HT>C‑197/16)<HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="BOLD">,</HT></HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Comune di Loro Piceno</HT> (C‑197/16),</P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, E. Regan, J.-C. Bonichot (Relatur), C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Comune di Corridonia, minn L. Forte, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Comune di Loro Piceno, minn L. Forte u A. Alessandrini, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal M. Bartolini <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn A. Alessandrini u G. Contaldi, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Provincia di Macerata, minn S. Sopranzi u F. Gentili, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal VBIO1 Società Agricola Srl, minn A. Piccinini u A. Santarelli, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għar-Regione Marche, minn P. De Bellis, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal VBIO2 Società Agricola Srl, minn A. Piccinini, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Palatiello, avvocato dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Zadra u L. Pignataro-Nolin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20170330">30 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 191 TFUE u tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="026" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 26, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ tilwimiet bejn il-Comune di Corridonia (muniċipalità ta’ Corridonia, l-Italja) u l-Comune di Loro Piceno (muniċipalità ta’ Loro Piceno, l-Italja), kif ukoll <HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="BOLD">Marcello Bartolini u individwi oħrajn (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>M. Bartolini <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), minn naħa, u l-</HT></HT>Provincia di Macerata (provinċja ta’ Macerata, l-Italja), min-naħa l-oħra, dwar deċiżjonijiet li permezz tagħhom din il-muniċipalità ddeċidiet li l-impjanti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-bijogass ta’ VBIO1 Società Agricola Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>VBIO1<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u ta’ VBIO2 Società Agricola Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>VBIO2<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti ambjentali, wara proċeduri ta’ evalwazzjoni magħmula wara l-istabbiliment u d-dħul fis-servizz ta’ dawn l-impjanti u wara l-annullament tal-ewwel awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Is-sitt premessa tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas‑<DATE ISO="19850627">27 ta’ Ġunju 1985</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva 2009/31/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="140" PAGE.FIRST="114" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 140, p. 114</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Direttiva 85/337<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), tistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[K]unsens għal żvilupp għal proġetti pubbliċi u privati li aktarx ikollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent għandu jingħata biss wara li stima minn qabel tkun saret ta’ l-effetti sinifikanti probabbli ambjentali ta’ dawn il-proġetti; […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 85/337 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Stati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li, qabel ma jingħata kunsens, proġetti li aktarx ikollhom effetti sinifikattivi fuq l-ambjent minħabba inter alia, in-natura, il-kobor u l-post tagħhom ikunu suġġetti għal stima fir-rigward ta’ l-effetti tagħhom. Dawn il-proġetti huma definiti fl-Artikolu 4<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) sa (3) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-Artikolu 2(3), il-proġetti mniżżla fl-Anness I għandhom jiġu soġġetti għall-stima b’mod konformi mal-Arikoli 5 sa 10.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-Artikolu 2(3), għall-proġetti mniżżla fil-lista fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu permezz ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>eżami każ b’każ,</TXT><?PAGE NO="4"?><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>livelli jew kriterji stabbiliti mill-Istat Membru,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>jekk il-proġett għandux jiġi soġġett għal stima b’mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10.</P></ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li japplikaw iż-żewġ proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jitwettaq eżami każ b’każ jew jiġu stabbiliti l-livelli jew il-kriterji għall-għan tal-paragrafu 2, għandhom jitqiesu l-kriterji tal-għażla rilevanti stabbiliti fl-Anness III.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2011/92, li ssostitwixxiet id-Direttiva 85/337, tipprevedi dispożizzjonijiet essenzjalment identiċi għal dawk iċċitati fil-punti preċedenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Taljan</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 29 tad-decreto legislativo n. 152 – Norme in materia ambientale (Digriet Leġiżlattiv Nru 152 dwar standards ambjentali), tat‑<DATE ISO="20060403">3 ta’ April 2006</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 88, tal‑<DATE ISO="20060414">14 ta’ April 2006</DATE>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="029.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, għall-proġetti ta’ xogħlijiet u ta’ intervenzjonijiet li d-dispożizzjonijiet ta’ dan id-digriet japplikaw għalihom, hija prerekwiżit jew tagħmel parti integrali mill-proċedura ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ approvazzjoni. Id-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni u ta’ approvazzjoni adottati fin-nuqqas ta’ evalwazzjoni minn qabel tal-effetti fuq l-ambjent meta din hija meħtieġa, jistgħu jiġu annullati għal ksur tal-liġi.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="029.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ xogħlijiet u ta’ intervenzjonijiet imwettqa mingħajr il-proġett ma jkun ġie suġġett, minn qabel, għal verifika preliminari jew għal evalwazzjoni, bi ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan it-Titolu III, u fil-każ ta’ anomaliji ta’ applikazzjoni bħalma jipprevedu d-deċiżjonijiet finali, l-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-grad tad-dannu ambjentali kkawżat u dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tas-sanzjoni, u wara għandha tordna s-sospensjoni tax-xogħlijiet u eventwalment it-twaqqigħ u r-riabilitazzjoni tal-istat oriġinali taż-żona u tas-sitwazzjoni ambjentali bi spejjeż tal-persuna responsabbli, li hija għandha tiddetermina t-termini u l-modalitajiet tagħhom. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza, l-awtorità kompetenti għandha tiddeterminahom <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> bi spejjeż tal-persuna inadempjenti. Ir-rimbors ta’ dawn l-ispejjeż iseħħ skont il-modalitajiet u l-effetti previsti biss bil-kliem tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-irkupru tad-dħul kapitali tal-Istat approvat bid-Digriet Irjali Nru 639, tal‑<DATE ISO="19100414">14 ta’ April 1910</DATE>, dwar l-irkupru tad-dħul kapitali tal-Istat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="029.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ annullament minn qorti ġenerali jew tal-irtirar mill-amministrazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-approvazzjoni li ngħataw wara t-twettiq ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jew jekk tiġi annullata l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet ambjentali, il-kompetenzi previsti fil-paragrafu 4 jiġu eżerċitati biss wara li titwettaq evalwazzjoni ġdida tal-effetti fuq l-ambjent.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawżi prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-Kawża C‑196/16</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20111019">19 ta’ Ottubru 2011</DATE>, VBIO1 talbet lir-<HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="BOLD">Regione Marche (reġjun tal-Marche, l-Italja) għall-awtorizzazzjoni sabiex tistabbilixxi u topera impjant għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-bijogass</HT> </HT>permezz tad-dekompożizzjoni anerobika tal-bijomassa fit-territorju tal-muniċipalità ta’ Corridonia.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Konformement mal-legge Regione Marche n. 7/2004 (Liġi tar-reġjun tal-Marche Nru 7/2004), VBIO1 kienet ukoll issuġġettat dan il-proġett għall-p<HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="BOLD">rovinċja ta’ Macerata, fl‑<DATE ISO="20111004">4 ta’ Ottubru 2011</DATE>, sabiex din tal-aħħar twettaq eżami preliminari tal-ħtieġa ta’ evalwazzjoni ambjentali.</HT></HT></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Din il-proċedura madankollu ngħalqet fis‑<DATE ISO="20120126">26 ta’ Jannar 2012</DATE>, wara l-emenda tal-Liġi tar-reġjun tal-Marche Nru 7/2004, bil-legge Regione Marche n. 20/2011 (Liġi tar-reġjun tal-Marches Nru 20/2011), li daħlet fis-seħħ fid‑<DATE ISO="20111109">9 ta’ Novembru 2011</DATE>, li permezz tagħha l-proġetti li ma jilħqux ċertu livell ta’ enerġija termali ma kinux għadhom suġġetti għall-evalwazzjoni tal-effetti tagħhom fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-reġjun tal-Marche awtorizza, permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, l-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ dan l-impjant fil-muniċipalità ta’ Corridonia, li kkontestat din id-deċiżjoni quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per le Marche (qorti amministrattiva għar-reġjun tal-Marche, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, dik il-qorti annullat l-imsemmija deċiżjoni minħabba l-inapplikabbiltà tal-Liġi tar-reġjun tal-Marche Nru 20/2011 u, fi kwalunkwe każ, minħabba l-inkompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din il-liġi mad-Direttiva 2011/92. Din is-sentenza ġiet ikkonfermata mill-Consiglio di Stato (Kunsill tal-Istat, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Bħala konsegwenza ta’ dan l-annullament, VBIO1 waqqfet l-impjant ikkonċernat u ppreżentat, mal-provinċja ta’ Macerata, talba għall-eżami preliminari tal-ħtieġa ta’ evalwazzjoni tal-effett ta’ dan l-impjant fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20131115">15 ta’ Novembru 2013</DATE>, il-provinċja ta’ Macerata ddeċidiet li tali evalwazzjoni kienet meħtieġa u, wara tali evalwazzjoni, hija qieset, fis‑<DATE ISO="20140707">7 ta’ Lulju 2014</DATE>, li l-imsemmi impjant kien jissodisfa r-rekwiżiti ambjentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-muniċipalità ta’ Corridonia ppreżentat rikors intiż għall-annullament ta’ dawn id-deċiżjonijiet quddiem it-Tribunal amministrativo regionale per le Marche (qorti amministrattiva għar-reġjun tal-Marche), billi argumentat li l-evalwazzjoni mwettqa la kienet konformi mal-Artikolu 191 TFUE u lanqas mal-Artikolu 2(1) sa (3) tad-Direttiva 85/337, issostitwita bid-Direttiva 2011/92, peress li twettqet wara l-istabbilment tal-impjant ikkonċernat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-Kawża C‑197/16</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20111216">16 ta’ Diċembru 2011</DATE>, VBIO2 talbet lir-reġjun tal-Marche għall-awtorizzazzjoni sabiex tistabbilixxi u topera, fit-territorju tal-muniċipalità ta’ Loro Piceno, impjant għall-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-istess tip bħal dak inkwistjoni fil-Kawża C‑196/16.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Din l-awtorizzazzjoni ngħatat lil VBIO2, fid‑<DATE ISO="20120629">29 ta’ Ġunju 2012</DATE>, mingħajr ma kien hemm evalwazzjoni minn qabel tal-effetti ta’ dan l-impjant fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-muniċipalità ta’ Loro Piceno kif ukoll M. Bartolini <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ikkontestaw din id-deċiżjoni quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per le Marche (qorti amminstrattiva għar-reġjun tal-Marche).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat‑<DATE ISO="20130522">22 ta’ Mejju 2013</DATE> (Nru 93/2013), il-Corte costituzionale (qorti kostituzzjonali, l-Italja) qieset li l-legge Regione Marche n. 3/2012 (Liġi tar-reġjun tal-Marche Nru 3/2012), li tħassar il-Liġi tar-reġjun tal-Marche Nru 7/2004 fl‑<DATE ISO="20120420">20 ta’ April 2012</DATE>, mingħajr madankollu ma temenda l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-proġetti suġġetti għal evalwazzjoni tal-effetti ambjentali, kienet antikostituzzjonali minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħha mad-dritt tal-Unjoni, sa fejn hija ma kinitx teżiġi li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kriterji stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2011/92, konformement mal-Artikolu 4(3) ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, it-Tribunale amministrativo regionale per le Marche (qorti amministrattiva għar-reġjun tal-Marche) annullat l-awtorizzazzjoni mogħtija lil VBIO2, li min-naħa tagħha appellat quddiem il-Consiglio di Stato (Kunsill tal-Istat).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>VBIO2 talbet lill-muniċipalità ta’ Macerata sabiex hija twettaq eżami preliminari tal-ħtieġa li ssir evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent tal-impjant ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20131119">19 ta’ Novembru 2013</DATE>, il-provinċja ta’ Macerata ddeċidiet li kien meħtieġ li ssir tali evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-muniċipalità ta’ Loro Piceno kif ukoll M. Bartolini <HT TYPE="ITALIC">et</HT> adixxew lit-Tribunale amministrativo regionale per le Marche (qorti amministrattiva għar-reġjun tal-Marche) b’talba għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni kif ukoll għas-sospensjoni tagħha bħala miżura provviżorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Dik il-qorti ċaħdet din it-talba għal sospensjoni għar-raġuni li s-sempliċi fatt li l-impjant ikkonċernat ikun suġġett għall-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ma kienx iwassal għal dannu gravi u irreparabbli għall-individwi li jirrisjedu fiż-żona kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-awtoritajiet kompetenti tal-muniċipalità ta’ Macerata adottaw, fl‑<DATE ISO="20150210">10 ta’ Frar 2015</DATE>, deċiżjoni li tikkonstata li l-impjant inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien konformi mar-rekwiżiti ambjentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-provinċja ta’ Loro Piceno kif ukoll M. Bartolini <HT TYPE="ITALIC">et</HT> adixxew lit-Tribunale amministrativo regionale per le Marche (qorti amministrattiva għar-reġjun tal-Marche) b’talba għall-annullament ta’ dik id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-Kawżi C‑196/16 u C‑197/16, it-Tribunal amministrativo regionale per le Marche (qorti amministrattiva għar-reġjun tal-Marche) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 191 TFUE u tal-Artikolu 2 tad-Direttiva [2011/92], huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni l-fatt li ssir verifika sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx lok li ssir evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent (u eventwalment li ssir tali evalwazzjoni tal-effetti) wara l-kostruzzjoni tal-impjant, meta l-awtorizzazzjoni tkun ġiet annullata mill-qorti nazzjonali għar-raġuni li l-proġett ma kienx is-suġġett ta’ verifika sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm lok li ssir evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, peress li tali verifika kienet ġiet eskluża abbażi ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jiksru d-dritt tal-Unjoni?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iż-żewġ kawżi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 191 TFUE u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/92 jipprekludux, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-ommissjoni ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ proġett ta’ impjant meħtieġ mid-Direttiva 85/337 tkun irregolarizzata, wara l-annullament tal-awtorizzazzjoni maħruġa għal dan l-impjant, bit-twettiq ta’ tali evalwazzjoni, wara l-kostruzzjoni u d-dħul fis-servizz ta’ dan l-impjant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 191 TFUE, li l-paragrafu 2 tiegħu jistabbilixxi għanijiet ġenerali fil-qasam tal-ambjent (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Fipa Group <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑534/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:140">EU:C:2015:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), ma huwiex rilevanti sabiex tingħata risposta għad-domandi magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju hija bbażata fuq il-premessa li ż-żewġ impjanti inkwistjoni fil-kawża prinċipali kellhom ikunu s-suġġett ta’ evalwazzjoni minn qabel tal-effetti tagħhom fuq l-ambjent, skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 85/337, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, f’dak li jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk għandhiex, sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula, tittieħed inkunsiderazzjoni d-Direttiva 85/337, fis-seħħ fi żmien l-ewwel talba għal awtorizzazzjoni ta’ VBIO1 u ta’ VBIO2, jew id-Direttiva 2011/92, fis-seħħ fi żmien it-tieni talba tagħhom, wara l-annullament tal-ewwel awtorizzazzjoni li kienet ingħatatilhom, huwa biżżejjed jiġi kkonstatat li d-dispożizzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ direttivi, li huma jew li jistgħu jkunu rilevanti, u b’mod partikolari l-Artikoli 2(1) tagħhom, huma, fi kwalunkwe każ, essenzjalment identiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-possibbiltà li tiġi rregolarizzata <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> l-ommissjoni ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ proġett meħtieġa mid-Direttiva 85/337, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitfakkar li l-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva jeżiġi li l-proġetti li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, fis-sens tal-Artikolu 4 tagħha, moqri flimkien mal-Anness I jew II ta’ din l-istess direttiva, ikunu suġġetti għal din l-evalwazzjoni qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Wells</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑201/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:12">EU:C:2004:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Bħalma enfasizzat ukoll il-Qorti tal-Ġustizzja, il-fatt li tali evalwazzjoni għandha ssir qabel huwa ġġustifikat mill-ħtieġa li, fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni, l-awtorità kompetenti tqis kemm jista’ jkun kmieni l-effetti fuq l-ambjent tal-proċessi tekniċi ta’ ppjanar u ta’ teħid ta’ deċiżjoni kollha sabiex jiġi evitat, sa mill-bidu nett, il-ħolqien ta’ tniġġis jew ta’ inkonvenjenzi iktar milli sabiex sussegwentement jiġu miġġielda l-effetti tagħhom (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080703">3 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑215/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:380">EU:C:2008:380</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, la d-Direttiva 85/337 u lanqas id-Direttiva 2011/92 ma jipprevedu dispożizzjonijiet dwar il-konsegwenzi li għandhom jittieħdu minn ksur ta’ dan l-obbligu ta’ evalwazzjoni minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont il-prinċipju ta’ koperazzjoni leali, previst fl-Artikolu 4 TUE, l-Istati Membri huma marbuta madankollu li jħassru l-konsegwenzi illegali ta’ dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma għalhekk obbligati li jieħdu, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħhom, il-miżuri neċessarji kollha sabiex jirrimedjaw għall-ommissjoni ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, pereżempju billi jirtiraw jew jissospendu awtorizzazzjoni diġà mogħtija, sabiex titwettaq tali evalwazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Wells</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑201/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:12">EU:C:2004:12</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080703">3 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑215/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:380">EU:C:2008:380</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120228">28 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑41/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:103">EU:C:2012:103</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-Istat Membru kkonċernat huwa marbut li jikkumpensa kull dannu kkawżat bl-omissjoni ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent meħtieġ bid-dritt tal-Unjoni (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Wells</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑201/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:12">EU:C:2004:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu ddeċidiet li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix li regoli nazzjonali jippermettu, f’ċerti każijiet, li jiġu rregolarizzati operazzjonijiet jew atti irregolari fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080703">3 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑215/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:380">EU:C:2008:380</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130115">15 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Križan <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑416/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:8">EU:C:2013:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Wiener Neustad</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑348/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:882">EU:C:2016:882</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li tali possibbiltà ta’ regolarizzazzjoni kellha tiġi suġġetta għall-kundizzjoni li hija ma toffrix lill-individwi l-possibbiltà li jevitaw ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni jew li jaħarbu milli japplikawhom u li din tibqa’ eċċezzjonali (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080703">3 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑215/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:380">EU:C:2008:380</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130115">15 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Križan <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑416/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:8">EU:C:2013:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Wiener Neustadt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑348/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:882">EU:C:2016:882</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li leġiżlazzjoni li tagħti permess ta’ regolarizzazzjoni, li jista’ jingħata anki mhux f’ċirkustanzi eċċezzjonali, l-istess effetti bħal dawk marbuta ma’ permess għal żvilupp minn qabel, tikser ir-rekwiżiti tad-Direttiva 85/337 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080703">3 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑215/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:380">EU:C:2008:380</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Wiener Neustadt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑348/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:882">EU:C:2016:882</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Dan japplika wkoll għal miżura leġiżlattiva li tippermetti, mingħajr ma timponi evalwazzjoni ulterjuri, u f’nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali partikolari, li proġett li kellu jkun issuġġettat għal evalwazzjoni tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent, skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 85/337, jitqies li kien ġie ssuġġettat għal tali evalwazzjoni, u dan anki jekk din il-miżura kienet tkopri biss il-proġetti li l-awtorizzazzjoni tagħhom ma kinitx għadha esposta għal rikors ġudizzjarju dirett minħabba l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Wiener Neustadt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑348/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:882">EU:C:2016:882</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, evalwazzjoni magħmula wara l-istabbiliment u t-tpoġġija fis-servizz ta’ impjant ma tistax tkun limitata għall-effetti futuri tiegħu fuq l-ambjent, iżda għandha wkoll tieħu inkunsiderazzjoni l-effetti ambjentali li seħħew sa mill-istabbiliment tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk il-leġiżlazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissodisfawx dawn ir-rekwiżiti. Għandu madankollu jiġi indikat lilha li l-fatt li l-kumpanniji kkonċernati għamlu l-preparamenti meħtieġa sabiex, jekk ikun il-każ, jagħmlu evalwazzjoni tal-effetti tal-proġett tagħhom fuq l-ambjent, li r-rifjut tal-awtoritajiet kompetenti li jaċċedu għal dawn it-talbiet kien ibbażat fuq dispożizzjonijiet nazzjonali li ġew iddikjarati kontra d-dritt tal-Unjoni biss sussegwentement, b’sentenza tal-Corte costituzionale (qorti kostituzzjonali) u li l-attività tal-impjanti kkonċernati ġiet sospiża huwa pjuttost ta’ natura li juri li r-regolarizzazzjonijiet magħmula ma kinux permessi bid-dritt nazzjonali f’kundizzjonijiet simili għal dawk inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080703">3 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑215/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:380">EU:C:2008:380</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u ma kellhomx l-intenzjoni li jevitaw ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li, fil-każ ta’ ommissjoni ta’ evalwazzjoni tal-effetti ta’ proġett fuq l-ambjent meħtieġa mid-Direttiva 85/337, id-dritt tal-Unjoni, minn naħa, jeżiġi li l-Istati Membri jħassru l-konsegwenzi illegali ta’ din l-ommissjoni u, min-naħa l-oħra, ma jipprekludix li ssir evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti bħala regolarizzazzjoni, wara l-kostruzzjoni u t-tpoġġija fis-servizz tal-impjant ikkonċernat, sakemm:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>ir-regoli nazzjonali li jippermettu din ir-regolarizzazzjoni ma joffrux lill-individwi l-possibbiltà li jevitaw ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni jew li jonqsu milli japplikawhom u</P></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><P>l-evalwazzjoni magħmula bħala regolarizzazzjoni ma tirrigwardax biss l-effetti futuri ta’ dan l-impjant fuq l-ambjent, iżda tieħu inkunsiderazzjoni wkoll l-effetti ambjentali li seħħew sa mill-istabbiliment tiegħu.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><HT TYPE="BOLD">Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</HT></INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Fil-każ ta’ ommissjoni ta’ evalwazzjoni tal-effetti ta’ proġett fuq l-ambjent meħtieġa mid-Direttiva tal-Kunsill Nru 85/337/KEE, tas‑<DATE ISO="19850627">27 ta’ Ġunju 1985</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2009/31/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, id-dritt tal-Unjoni, minn naħa, jeżiġi li l-Istati Membri jħassru l-konsegwenzi illegali ta’ din l-ommissjoni u, min-naħa l-oħra, ma jipprekludix li ssir evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti bħala regolarizzazzjoni, wara l-kostruzzjoni u t-tpoġġija fis-servizz tal-impjant ikkonċernat, sakemm:</HT></P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>ir-regoli nazzjonali li jippermettu din ir-regolarizzazzjoni ma joffrux lill-individwi l-possibbiltà li jevitaw ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni jew li jonqsu milli japplikawhom u</P></ITEM><ITEM><P>l-evalwazzjoni magħmula bħala regolarizzazzjoni ma tirrigwardax biss l-effetti futuri ta’ dan l-impjant fuq l-ambjent, iżda tieħu inkunsiderazzjoni wkoll l-effetti ambjentali li seħħew sa mill-istabbiliment tiegħu.</P></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>