|
15.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1473
tat-30 ta’ Ġunju 2021
li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2019/2201 rigward ċerti regoli għall-implimentazzjoni tal-għeluq f’ħin reali għas-sajd tal-gamblu tat-Tramuntana fi Skagerrak
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1241 jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-miżuri tekniċi stabbiliti fil-livell reġjonali għall-Baħar tat-Tramuntana, għal Skagerrak u għal Kattegat, li jinkludu wkoll regoli dwar id-daqsijiet tal-malji, il-kundizzjonijiet assoċjati u l-qabdiet inċidentali. |
|
(2) |
Ir-Rekord Maqbul tal-Konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja tas-6 ta’ Settembru 2018 (2) dwar il-miżuri tekniċi fi Skagerrak jistipula l-proċeduri u l-metodoloġija tat-teħid ta’ kampjuni għall-adozzjoni ta’ għeluq f’ħin reali għall-gambli tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fi Skagerrak. |
|
(3) |
Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, in-Netherlands u l-Iżvezja (“il-Grupp ta’ Scheveningen”) għandhom interess ġestjonali dirett fis-sajd tal-Baħar tat-Tramuntana u ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta fis-7 ta’ Marzu 2019 li timplimenta l-miżuri stabbiliti fir-Rekord Maqbul fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Ir-rakkomandazzjoni konġunta tispeċifika l-għeluq f’ħin reali tas-sajd tal-gambli tat-Tramuntana għall-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber u teżenta aktar irkapti. |
|
(4) |
Wara l-valutazzjoni ta’ dik ir-rakkomandazzjoni konġunta mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) (3), ġie adottat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2201 tal-1 ta’ Ottubru 2019 (4). |
|
(5) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati talbu li l-Kummissjoni tikkoreġi xi erruri li jimpedixxu l-implimentazzjoni korretta ta’ dak l-att delegat. |
|
(6) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2201 jipprevedi definizzjoni tat-terminu “Frieħ tal-Gamblu tat-Tramuntana” biex jiġi ddeterminat id-daqs tal-ħut li l-kwantità tagħhom li jinqabdu b’mod ġenerali fil-qabdiet kollha f’daqqa tista’ tattiva l-għeluq tas-sajd fil-ħin reali. Għall-fini tas-sigurtà u ċ-ċarezza legali, jenħtieġ li tul dak ir-Regolament dejjem jintuża l-istess terminu għall-istess kunċett. Għalhekk, jenħtieġ li jintuża t-terminu “frieħ tal-Gamblu tat-Tramuntana” tul l-att kollu, u mhux xi sinonimu ieħor tiegħu, bħal “Pandalus taħt it-tul ta’ attivazzjoni” jew “Pandalus ta’ daqs żgħir”. |
|
(7) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta stabbiliet strateġija bbażata fuq ir-riskju biex jiġu identifikati żoni u perjodi meta jkun hemm riskju li jinqabdu għadd ta’ frieħ tal-gamblu tat-Tramuntana li jaqbeż il-livell ta’ limitu. Billi r-Regolament Delegat (UE) 2019/2201 bi żball irrefera għal livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet ta’ 20 % tal-piż meta mqabbel mal-qabda totali tal-gamblu tat-Tramuntana f’sett, jenħtieġ li minflok hekk jirreferi għal 20 % tal-għadd mill-għadd totali f’kampjun, kif stabbilit fir-rakkomandazzjoni konġunta. |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1241 jistabbilixxi daqs minimu tal-malja ta’ 35 mm għas-sajd li jkun qed jimmira għall-gamblu tat-Tramuntana fi Skagerrak u f’Kattegat. Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2201 bi żball isemmi daqs minimu tal-malja ta’ 32 mm, li huwa d-daqs minimu tal-malja għas-sajd li jimmira għall-gamblu tat-Tramuntana fil-Baħar tat-Tramuntana. Għalhekk, jenħtieġ li dak l-Anness jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta stabbiliet il-possibbiltà li jkollu jsir għeluq tas-sajd jekk il-proporzjon ta’ frieħ tal-gamblu tat-Tramuntana jaqbeż l-40 %. Sabiex ikun f’konformità ma’ dik ir-rakkomandazzjoni konġunta, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2019/2201 jirreferi għal dan il-perċentwal b’rabta mal-għadd fil-kampjun u mhux mal-qabda totali. |
|
(10) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2201 laqqa’ l-programm ta’ monitoraġġ speċifiku rispettiv għall-bastimenti li jużaw gradilja Nordmøre selettiva skont id-daqs, u għax-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ mgħammrin bi rkapti selettivi, ma’ sajd li jsir biss fiż-żona li hija soġġetta għall-għeluq f’ħin reali (żona magħluqa). Jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi addattat biex ikun jaqbel mal-valutazzjoni tal-STECF li kkonkludiet li l-bastimenti mgħammrin b’dan l-irkaptu selettiv iridu jkunu soġġetti għal programm speċifiku ta’ monitoraġġ rispettiv, jistadu fejn jistadu. |
|
(11) |
Ir-Rakkomandazzjoni konġunta u r-Regolament Delegat (UE) 2019/2201 bi żball iddefinew li d-daqs minimu tal-kampjun biex jiġi ddeterminat għandux jiġi stabbilit għeluq f’ħin reali bil-piż kellu jkun 2 kg ta’ gambli, inkella, skont il-volum kellu jkun ta’ litru wieħed. Għalhekk, l-Istati Membri talbu li r-Regolament jiġi kkoreġut skont ir-Rekord Maqbul fejn hu ddikjarat li d-daqs minimu tal-kampjun irid ikun kilogramma bil-piż jew żewġ litri bil-volum. |
|
(12) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2019/2201 jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2201 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet Il-livell tal-qabda li jattiva l-għeluq tas-sajd f’ħin reali skont dan ir-Regolament għandu jkun 20 % tal-għadd ta’ frieħ tal-gamblu mill-għadd totali tal-gamblu tat-Tramuntana f’kampjun.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Is-sors tal-informazzjoni għall-monitoraġġ tal-livelli ta’ attivazzjoni tal-qabdiet għandu jkun l-ispezzjonijiet fuq il-baħar imwettqa mill-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti fuq bastimenti tas-sajd li jimmiraw għall-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borialis) bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 35 mm.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Jekk il-proporzjon ta’ frieħ tal-gamblu tat-Tramuntana jkun iktar minn 40 % mill-għadd totali ta’ dik l-ispeċi fil-kampjun, kif imsemmi fl-Artikolu 4(4), l-awtoritajiet tal-kontroll jistgħu jirrakkomandaw għeluq f’ħin reali abbażi ta’ kampjun wieħed.”; |
|
(4) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-Istati Membri tal-bandiera ta’ bastimenti li jużaw l-irkapti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu programm ta’ monitoraġġ speċifiku biex jivverifikaw li l-qabdiet ma jilħqux il-livell ta’ attivazzjoni. Jekk il-qabdiet jilħqu l-livell ta’ attivazzjoni, dawk il-bastimenti għandhom joħorġu miż-żona magħluqa għall-bqija tal-perjodu ta’ għeluq. Ir-riżultati minn dawk il-programmi għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-data tal-bidu tal-programm u minn hemm ’il quddiem, kull 12-il xahar. Jekk ir-riżultati minn dawn il-programmi juru li l-qabdiet jaqbżu l-livelli ta’ attivazzjoni, dawn l-irkapti ma għandhomx jibqgħu jiġu eżentati.” |
|
(6) |
l-Annessi huma emendati kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105.
(2) https://ec.europa.eu/fisheries/sites/fisheries/files/2018-sweden-norway-09-2018.pdf
(3) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2537709/STECF+PLEN+19-02.pdf
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2201 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-għeluq f’ħin reali għas-sajd tal-gamblu tat-Tramuntana fl-Iskagerrak (ĠU L 332, 23.12.2019, p. 3).
ANNESS
1.
L-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2201 huwa emendat kif ġej:|
(a) |
fil-punt 3, il-punti a) u b) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(b) |
il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
2.
L-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2201 huwa sostitwit b’dan li ġej:“ANNESS II
|
GĦELUQ F’ĦIN REALI — RAPPORT DWAR IT-TEĦID TA’ KAMPJUNI LILL-ISTAT KOSTALI |
|||||||
|
Gambli tat-Tramuntana mqabbla ma’ frieħ tal-gambli tat-Tramuntana. (*) |
|||||||
|
Dettalji tal-ispezzjoni/osservazzjoni |
Pjattaforma tal-ispezzjoni |
Isem l-ispettur/l-osservatur |
Isem l-ispettur/l-osservatur |
Data u ħin (1) tal-ispezzjoni/l-osservazzjoni |
Pożizzjoni (2) tal-ispezzjoni/l-osservazzjoni |
||
|
|
|
|
|
|
|||
|
Dettalji tal-bastiment tas-sajd |
Isem |
Sinjal tas-sejħa |
Numru tar-reġistrazzjoni |
Stat tal-bandiera |
Tip ta’ rkaptu Singlu/Doppju |
Daqs tal-malja f’mm |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Miżuri ta’ selezzjoni |
Gradilja (għall-issortjar tal-Pandalus) |
Gradilja, mm |
Oħrajn |
|
Borża tal-ġbir |
Daqs tal-malja fil-borża tal-ġbir |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Dettalji tal-operazzjoni tas-sajd |
Bidu |
Data u ħin (1) |
Pożizzjoni (2) |
|
|
||
|
|
|
|
|
||||
|
Tmiem |
Data u ħin (1) |
Pożizzjoni (2) |
Kemm damet l-operazzjoni tas-sajd (3) |
|
|||
|
|
|
|
|
||||
|
Dettalji tal-qabda |
Stima tal-qabda totali fis-sett (kg) |
|
|||||
|
Stima tal-qabda ta’ gamblu tat-Tramuntana fis-sett (kg) |
|
||||||
|
Daqs tal-kampjun tal-gamblu tat-Tramuntana (kg/litru) |
|
||||||
|
Għadd totali ta’ gamblu tat-Tramuntana fil-kampjun |
|
||||||
|
Għadd ta’ frieħ tal-gamblu tat-Tramuntana fil-kampjun |
|
||||||
|
% ta’ frieħ tal-gamblu tat-Tramuntana (għadd ta’ frieħ ta’ gamblu tat-Tramuntana/l-għadd totali) |
|
||||||
|
Osservazzjonijiet u informazzjoni addizzjonali |
Informazzjoni addizzjonali minn sorsi oħrajn, pereżempju mogħtija mill-kaptan. |
||||||
|
Isem l-ispettur Firma |
Mhux meħtieġa jekk jiġi kompletat b’mod elettroniku u trażmess lill-Istat kostali permezz tal-posta elettronika. |
||||||
3.
L-intestatura tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2201 huwa sostitwit b’dan li ġej:“ GRADILJA SELETTIVA FIS-SAJD TAL-GAMBLU TAT-TRAMUNTANA LI SE TKUN PERMESSA FIŻ-ŻONA MAGĦLUQA ”
(*) It-terminu ‘Frieħ tal-gamblu tat-Tramuntana’ kif iddefinit f’dan ir-Regolament jikkorrispondi mat-termini ‘Pandalus under trigger level’, ‘Pandalus below the trigger size’ u ‘Pandalus under the RTC trigger size’, kif iddefiniti fir-Rekord Maqbul tal-Konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja tas-6 ta’ Settembru 2018.
(1) jj/xx/ss sigħat u minuti (ħin lokali fil-format ta’ 24 siegħa)
(2) eż.: 56° 24′ N 01° 30′ E.
(3) sigħat u minuti.