<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-65/21 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0065</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:470">EU:C:2022:470</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20220616">16.6.2022</DATE> – Kawżi magħquda C‑65/21 P u C‑73/21 P sa C‑75/21 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">SGL Carbon vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20220616">16 ta’ Ġunju 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1272/2008</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni, ittikkettjar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 944/2013</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni taż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja fost is-sustanzi ta’ tossiċità akkwatika akuta tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akkwatika kronika tal-kategorija 1 (H410)</KEYWORD><KEYWORD>Annullament</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għad-danni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑65/21 P u C‑73/21 P sa C‑75/21 P,</P><P>li għandhom bħala suġġett erba’ appelli skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentati fit-<DATE ISO="20210202">2 ta’ Frar 2021</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">SGL Carbon SE</HT>, stabbilita fi Wiesbaden (Il-Ġermanja) (C‑65/21 P),</P><P><HT TYPE="BOLD">Química del Nalón SA</HT>, anciennement Industrial Química del Nalón SA, stabbilita f’Oviedo (Spanja) (C‑73/21 P),</P><P><HT TYPE="BOLD">Deza a.s</HT>., stabbilita f’Valašské Meziříčí (Ir-Repubblika Ċeka) (C‑74/21 P),</P><P><HT TYPE="BOLD">Bilbaína de Alquitranes SA</HT>, stabbilita fi Lutxana-Baracaldo (Spanja) (C‑75/21 P),</P><P>irrappreżentati minn M. Grunchard, P. Sellar u K. Van Maldegem, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn A. Dawes, R. Lindenthal u K. Talabér-Ritz, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja</HT>, irrappreżentat minn L. Aguilera Ruiz u M. J. Ruiz Sánchez, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi</HT> (ECHA), irrappreżentata minn W. Broere, M. Heikkilä u S. Mahoney bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn C. Lycourgos, President tal-Awla, S. Rodin, J.‑C. Bonichot (Relatur), L.S. Rossi u O. Spineanu-Matei, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20220203">3 ta’ Frar 2022</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appelli tagħhom, SGL Carbon SE, Química del Nalón SA, li kienet Industrial Química del Nalón SA, Deza a.s. u Bilbaína de Alquitranes SA jitolbu l-annullament tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-<DATE ISO="20201216">16 ta’ Diċembru 2020</DATE>, SGL Carbon vs Il-Kummissjoni (T‑639/18, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ewwel sentenza kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:628">EU:T:2020:628</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), Industrial Química del Nalón vs Il‑Kummissjoni (T‑635/18, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>tieni sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:624">EU:T:2020:624</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), Deza vs Il‑Kummissjoni (T‑638/18, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>tielet sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:627">EU:T:2020:627</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u Bilbaína de Alquitranes vs Il‑Kummissjoni (T‑645/18, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>raba’ sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:629">EU:T:2020:629</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (iktar ’il quddiem, flimkien is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>sentenzi appellati<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), li permezz tagħhom dawn tal-aħħar ċaħdu r-rikorsi tagħhom intiżi sabiex jikkumpensaw għad-danni subiti b’riżultat tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-<DATE ISO="20131002">2 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="261" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 261, p. 5</REF.DOC.OJ>), (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Regolament ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) li kklassifikaw iż-żift tal-qatran tal-faħam f’temperatura għolja fost is-sustanzi tal-Kategorija 1 ta’ Tossiċità Akkwatika Akuta (H400) u ta’ Tossiċità Akkwatika Kronika tal-Kategorija 1 (H410).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-premessi 5 sa 8 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="353" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 353, p. 1</REF.DOC.OJ>) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2011, tal-<DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 83, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Regolament Nru 1272/2008<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), huma redatti kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>(5)</NO.P><TXT>Bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-kummerċ dinji filwaqt li jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, kriterji armonizzati għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ġew żviluppati bir-reqqa tul perijodu ta’ 12-il sena fi ħdan l-istruttura tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), li rriżultaw fis-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi (minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>l-GHS<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament isegwi diversi dikjarazzjonijiet li fihom il-Komunità kkonfermat l-intenzjoni tagħha li tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni globali tal-kriterji tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar, mhux biss fil-livell tan-NU, iżda anki permezz ta’ l-inkorporazzjoni tal-kriterji tal-GHS miftehma internazzjonalment fid-dritt Komunitarju.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Il-benefiċċji għall-intrapriżi ser jiżdiedu hekk kif aktar pajjiżi fid-dinja jadottaw il-kriterji tal-GHS fil-leġislazzjoni tagħhom. Il-Komunità għandha tkun fuq quddiem ta’ dan il-proċess biex tinkoraġġixxi pajjiżi oħra jsegwu u bil-għan li tipprovdi vantaġġ kompetittiv lill-industrija fil-Komunità.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Għalhekk huwa essenzjali li d-dispożizzjonijiet u l-kriterji għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta’ sustanzi, taħlitiet u ċerti oġġetti speċifiċi jkunu armonizzati fi ħdan il-Komunità, b’kont meħud tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni u r-regoli ta’ ttikkettar tal-GHS, iżda anki billi jkompli jsir xogħol fuq l-40 sena ta’ esperjenza miksuba permezz ta’ l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja eżistenzi dwar is-sustanzi kimiċi u li jinżamm il-livell ta’ protezzjoni miksub permezz tas-sistema ta’ klassifikazzjoni u l-ittikkettar, permezz ta’ klassijiet ta’ periklu Komunitarji li għadhom mhux parti mill-GHS kif ukoll permezz tar-regoli attwali ta’ ttikkettar u imballaġġ.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1272/2008 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent kif ukoll il-moviment liberu ta’ sustanzi [u] taħlitiet […] billi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jarmonizza l-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ sustanzi u taħlitiet, u r-regoli dwar l-ittikkettar u l-imballaġġ għas-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji relatati ma’ perikli fiżiċi, perikli tas-saħħa jew perikli ambjentali, imniżżla fil-partijiet 2 sa 5 ta’ l-Anness I hija perikoluża u għandha tiġi kklassifikata f’relazzjoni mal-klassijiet ta’ periklu rispettivi previsti f’dak l-Anness.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 37 tar-Regolament Nru 1272/2008, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[p]roċedura għall-armonizzazzjoni tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta’ sustanzi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>: Dan l-artikolu jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li jawtorizza lill-Istati Membri jipproponu klassifikazzjoni armonizzata għal sustanza:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tippreżenta lill-Aġenzija proposta għal klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati ta’ sustanzi u, fejn adatt, limiti speċifiċi ta’ konċentrazzjoni jew fatturi multiplikaturi (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>fatturi M<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) jew proposta għal reviżjoni tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 37(4) tal-istess regolament, il-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>KVR<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), stabbilit fl-Artikolu 76(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="396" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 396,<?PAGE NO="4"?> p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="136" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 136, p. 3</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 141, p. 22</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="036" PAGE.FIRST="84" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 36, p. 84</REF.DOC.OJ>) għandu jadotta opinjoni dwar kwalunkwe proposta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ppreżentata skond il-paragrafi 1 jew 2 fi żmien 18-il xahar mill-wasla tal-proposta, li jagħti lill-partijiet ikkonċernati opportunità biex jikkummentaw<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u l-ECHA għandha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>tgħaddi din l-opinjoni u kwalunkwe kumment lill-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-proċedura ta’ adozzjoni tal-klassifikazzjonijiet proposti hija prevista fl-Artikolu 37(5) tar-Regolament Nru 1272/2008 fit-termini li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Fejn il-Kummissjoni ssib li l-armonizzazzjoni tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanza kkonċernata hija adatta, hija għandha, mingħajr dewmien bla bżonn tippreżenta abbozz ta’ deċiżjoni li tikkonċerna l-inklużjoni ta’ dik is-sustanza flimkien ma’ l-elementi rilevanti ta’ klassifikazzjoni u ttikkettar fit-Tabella 3.1 tal-Parti 3 ta’ l-Anness VI u, fejn ikun il-każ, il-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifiċi jew fatturi M.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Anness I ta’ dan ir-regolament huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Rekwiżiti għall-klassifikazzjoni u t-tikkettar għal sustanzi u taħlitiet perikolużi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Il-parti introduttiva ta’ dan l-anness tippreċiża b’mod partikolari li din tippreżenta l-kriterji ta’ klassifikazzjoni tas-sustanzi u tat-taħlitiet fil-klassijiet ta’ perikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-punt 4.1.1.1 tal-Anness I tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[(a)]</NO.P><TXT>Tossiċità akwatika akuta tfisser il-karatteristika intrinsika ta’ sustanza biex tkun ta’ dannu għal organiżmu f’espożizzjoni qasira għal dik is-sustanza.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>[(g)]</NO.P><TXT>Tossiċità kronika fl-ilma tfisser is-saħħa jew il-karatteristiċi proprja ta’ sustanza biex tikkawża effetti ħżiena fuq l-organiżmi akwatiċi waqt l-espożizzjonijiet li huma determinati b’relazzjoni maċ-ċiklu tal-ħajja ta’ l-organiżmu.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Dan l-anness jipprevedi, fil-punt 4.1.3 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Kriterji ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>4.1.3.1.</NO.P><TXT>Is-sistema ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet tkopri l-kategoriji kollha ta’ klassifikazzjoni li huma użati għas-sustanzi, jiġifieri l-kategoriji Akuta 1 u Kronika minn 1 sa 4. Sabiex tintuża d-data kollha disponibbli għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-perikli ambjentali akkwatiċi tat-taħlita, dan li ġej hu applikat fejn adatt:</TXT><P>Il-<QUOT.START CODE="2019" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>komponenti rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> ta’ taħlita huma dawk li huma kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Akuti 1<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> jew <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Kroniċi 1<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> u huma preżenti f’konċentrazzjoni ta’ 0,1 % (w/w) jew aktar, u dawk li huma kklassifikati <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Kroniċi 2<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Kroniċi 3<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> jew <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Kroniċi 4<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> u huma preżenti f’konċentrazzjoni ta’ 1 % (w/w) jew akbar, sakemm ma jkunx hemm suppożizzjoni (bħal fil-każ ta’ komponenti b’tossiċità għolja (ara t-Taqsima 4.1.3.5.5.5)) li komponent preżenti f’konċentrazzjoni aktar baxxa xorta jista’ jkun rilevanti għall-klassifikazzjoni tat-taħlita għall-perikli akkwatiċi ambjentali. Ġeneralment, għas-sustanzi kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Akuta 1<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Kronika 1<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> il-konċentrazzjoni li għandha titqies hija ta’ (0,1/M) %. (Għal spjegazzjoni tal-fattur M ara t-Taqsima 4.1.3.5.5.5).</P></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>4.1.3.2.</NO.P><TXT>L-istrateġija dwar il-klassifikazzjoni tal-perikli ambjentali akwatiċi hija maqsuma f’partijiet, u tiddependi fuq it-tip ta’ informazzjoni li teżisti għat-taħlita nnifisha u għall-komponenti tagħha. Il-Figura 4.1.2 issemmi fil-qosor il-proċess li għandu jiġi segwit.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>L-elementi tal-approċċ fi stadji jinkludu:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>klassifikazzjoni bbażata fuq taħlitiet ittestjati;</P></ITEM><ITEM><P>klassifikazzjoni bbażata fuq prinċipji ta’ konnessjoni;</P></ITEM><ITEM><P>l-użu tal-<QUOT.START CODE="2019" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>addizzjoni tal-komponenti kklassifikati<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/> u/jew <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>formula ta’ addittività<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/>.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-imsemmi anness jipprovdi, fil-punt 4.1.3.5.5 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Metodu ta’ għadd totali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>4.1.3.5.5.1.1.</NO.P><TXT>Fil-każ tal-kategoriji dwar il-klassifikazzjoni tas-sustanza fil-Kategorija Akuta 1 jew il-Kategorija Kronika 1 sal-Kategorija Kronika 3, il-kriterji li hemm wara t-tossiċità jvarjaw b’fattur ta’ 10 meta jimxi minn kategorija għall-oħra. Is-sustanzi b’klassifikazzjoni fil-parti tat-tossiċità għolja jistgħu għalhekk jikkontribwixxu għall-klassifikazzjoni ta’ taħtlita fil-parti ta’ isfel. Il-kalkolazzjoni ta’ dawn il-kategoriji ta’ klassifikazzjoni għalhekk trid tqis il-kontribut tas-sustanzi kollha klassifikat bħala Kategory Akuta 1/Kategorija Krinika 1, Kategorija Kronika 2 and Kategorija Kronika 3 flimkien</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.1.3.5.5.1.2.</NO.P><TXT>Meta taħlita jkun fiha komponenti klassifikati fil-Kategorija Akuta 1 jew il-Kategorija Kronika 1, għandha tingħata attenzjoni għall-fatt li dawk il-komponenti, meta t-tossiċità akuta tagħhom tkun taħt il-1 mg/l li tikkontribwixxi għat-tossiċità tat-taħlita anki f’konċentrazzjoni baxxa. Ingredjenti attivi fil-pestiċidi ħafna drabi jkun fihom dik it-tossiċità akwatika qawwija iżda wkoll xi sustanzi oħra bħat-taħlitiet organometalliċi. F’dawn iċ-ċirkostanzi l-applikazzjoni tal-limiti ġeneriċi ta’ konċentrazzjoni normali jistgħu jwasslu għal <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>klassifikazzjoni inqas<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="2019" ID="QE0035"/> tat-taħlita. Għalhekk, fatturi li jimmultiplikaw għandhom jiġu applikati biex jagħmlu tajjeb għall-komponenti tossiċi ħafna, kif deskritt fil-paragrafu 4.1.3.5.5.5.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-istess anness huwa, fil-punt 4.1.3.5.5.3 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/> Klassifikazzjoni għall-Kategorija Akuta 1<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, redatt kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>4.1.3.5.5.3.1</NO.P><TXT>L-ewwel il-komponenti kollha klassifikati fil-Kategorija Akuta 1 huma meqjusa. Jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet (f’%) ta’ dawn il-komponenti mmultiplikat bil-fatturi M korrispondenti tagħhom ikun ikbar minn 25% it-taħlita kollha tkun klassifikata bħala Akuta 1.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…] <QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008 jipprevedi, fil-punt 4.1.3.5.5.4 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Klassifikazzjoni għall-Kategoriji Kroniċi 1, 2, 3 u 4<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>:</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>4.1.3.5.5.4.1</NO.P><TXT>L-ewwelnett, jitqiesu l-komponenti kollha kklassifikati bħala Kroniċi 1. Jekk it-total ta’ dawn il-konċentrazzjonijiet (f’%) ta’ dawn il-komponenti mmultiplikat bil-fatturi M korrispondenti jkun daqs jew akbar minn 25 % it-taħlita tiġi klassifikata bħala Kronika 1. Jekk ir-riżultat tal-kalkolu huwa klassifikazzjoni tat-taħlita bħala Kronika 1 l-proċedura ta’ klassifikazzjoni hi mitmuma.”</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Dan l-anness jipprevedi, fil-punt 4.1.3.5.5.5 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Taħlitiet b’komponenti tossiċi ħafna<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>4.1.3.5.5.5.1.</NO.P><TXT>Komponenti fil-Kategorija Akuti 1 u Kroniċi 1 b’tossiċitajiet inqas minn 1 mg/l u/jew tossiċitajiet kroniċi inqas minn 0,1 mg/l (jekk ma jiddegradawx malajr) u 0,01 mg/l (jekk jiddegradaw malajr) jikkontribwixxu għat-tossiċità tat-taħlita anki f’konċentrazzjoni baxxa u normalment għandhom jingħataw konsiderazzjoni akbar meta jiġi applikat l-metodu tal-addizzjoni tal-klassifikazzjoni. Meta taħlita jkun fiha l-komponenti kklassifikati bħala Akuti jew Kroniċi 1, wieħed minn dawn li ġejjin għandu jiġi applikat:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>L-approċċ fi stadji deskritt fit-Taqsimiet 4.1.3.5.5.3 u 4.1.3.5.5.4 għandu jiġi applikat billi tintuża <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>somma peżata<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="2019" ID="QE0041"/> billi jiġu multiplikati l-konċentrazzjonijiet tal-komponenti Akuti 1 u Kroniċi 1 b’fattur, minflok ma jingħaddu sempliċiment flimkien il-perċentwali. Dan ifisser li l-konċentrazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>Akuti 1<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> fil-kolonna tax-xellug tat-Tabella 4.1.1 u l-konċentrazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>Kroniċi 1<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="2019" ID="QE0043"/> fil-kolonna tax-xellug tat-Tabella 4.1.2 huma multiplikati bil-fattur multiplikanti adattat. Il-fatturi multiplikanti li għandhom jiġu applikati lil dawn il-komponenti huma definiti permezz tal-valur tat-tossiċità, kif deskritt fil-qosor fit-Tabella 4.1.3. Għalhekk, sabiex tiġi klassifikata taħlita li fiha komponenti Akuti/Kroniċi 1, il-klassifikant jeħtieġ li jkun infurmat dwar il-valur tal-fattur M sabiex japplika l-metodu tal-addizzjoni;</P></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>SGL Carbon (kawża C‑65/21 P) hija l-kumpannija prinċipali ta’ grupp ta’ kumpanniji li jipproduċu prodotti ta’ karbonju u grafita fosthom iż-żift tal-qatran tal-faħam f’temperatura għolja (iktar ’il quddiem iż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>ŻQFTGĦ<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>) huwa waħda mill-materji primi. Química del Nalón (Kawża C‑73/21 P), Deza (Kawża C‑74/21 P) u Bilbaína de Alquitranes (Kawża C‑75/21 P) huma produtturi ta’ din is-sustanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża ġew esposti fil-punti 16 sa 23 tas-sentenza appellata bit-termini segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>16</NO.P><TXT>Iż-[ŻQFTGĦ] huwa, skont id-deskrizzjoni tiegħu fit-tabelli 3.1 u 3.2 li jinsabu fl-Anness VI tar-Regolament Nru 1272/2008, ir-residwu mid-distillazzjoni tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja, solidu iswed b’punt ta’ trattib approssimattiv minn 30°C sa 180°C (86°F sa 356°F), magħmul primarjament minn taħlita komplessa ta’ idrokarburi aromatiċi bi ċrieki<?PAGE NO="7"?> kkondensati bi tliet membri jew iktar. […] Iż-ŻQFTGĦ huwa prinċipalment użat għall-produzzjoni ta’ aġenti li jgħaqqdu għall-elettrodi intiżi għall-industrija tal-aluminju u għall-industrija tal-azzar.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’Settembru 2010, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ppreżenta lill-ECHA fajl, skont l-Artikolu 37 tar-Regolament Nru 1272/2008, li jipproponi li ż-ŻQFTGĦ jiġi kklassifikat bħala kanċeroġenu tal-kategorija 1 (H350), mutaġeniku tal-kategorija 1B (H340), tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B (H360FD), u sustanza ta’ tossiċità akkwatika akuta tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akkwatika kronika tal-kategorija 1 (H410).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Wara li rċeviet osservazzjonijiet dwar il-fajl inkwistjoni waqt konsultazzjoni pubblika, l-ECHA bagħtet dan il-fajl lill-KVR.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20111121">21 ta’ Novembru 2011</DATE>, il-KVR adotta opinjoni dwar iż-ŻQFTGĦ li kkonfermat b’kunsens il-proposta ppreżentata mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi. Din l-opinjoni kienet akkumpanjata minn dokument ta’ informazzjoni li kien fih l-analiżi ddettaljata tal-KVR (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>dokument ta’ informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>) u minn dokument li jinkludi r-risposti tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-osservazzjonijiet ippreżentati fuq il-fajl stabbilit minn dan l-Istat Membru.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-klassifikazzjoni taż-ŻQFTGĦ fost is-sustanzi ta’ tossiċità akkwatika, il-KVR indika fl-opinjoni tiegħu, kif kien ġie propost mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-fajl tiegħu ippreżentat lill-ECHA, li din ma setgħetx tkun ibbażata fuq id-data li tirriżulta mill-istudji li jsegwu l-approċċ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>Water‑Accommodated Fraction<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> (approċċ ta’ frazzjoni adattata għall-ilma) Il-KVR immotiva din il-kunsiderazzjoni billi indika, minn naħa, li din id-data kienet inkisbet fl-assenza ta’ irradjazzjoni għar-raġġi ultravjola (UV), filwaqt li ċerti komponenti idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>IAP<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>) taż-ŻQFTGĦ huma fototossiċi, u, min-naħa l-oħra, li l-istudji inkwistjoni twettqu biss b’karika waħda. Hekk kif kien ġie propost mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-fajl tiegħu ppreżentat lill-ECHA, huwa għalhekk qies li l-klassifikazzjoni ta’ din is-sustanza kellha tkun ibbażata fuq approċċ differenti, li kien jikkonsisti fil-kunsiderazzjoni taż-ŻQFTGĦ bħala taħlita. Skont dan l-approċċ, is-sittax‑il kostitwent taż-ŻQFTGĦ, li ġew iddefiniti bħala sustanzi ta’ prijorità mill-Environmental Protection Agency (EPA, aġenzija għall-protezzjoni tal-ambjent tal-Istati Uniti tal-Amerika), u li għaliha kienet disponibbli kwantità suffiċjenti ta’ dejta dwar l-effetti u dwar l-espożizzjoni, ġew analizzati separatament skont l-effetti akkwatiċi tossiċi tagħhom. Bl-applikazzjoni tal-metodu msemmi fil-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008, li kien jikkonsisti fid-determinazzjoni tas-somma tar-riżultati miksuba bl-attribuzzjoni ta’ [fatturi M] għall-IAP differenti sabiex jingħata iktar piż lill-komponenti ferm tossiċi taż-ŻQFTGĦ (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>metodu tal-addizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>), din l-analiżi kienet uriet, skont l-opinjoni tal-KVR, li ż-ŻQFTGĦ kellha tiġi kklassifikata fost is-sustanzi ta’ tossiċità akkwatika akuta tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akkwatika kronika tal-kategorija 1 (H410).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131002">2 ta’ Ottubru 2013</DATE>, abbażi tal-opinjoni tal-KVR, il-Kummissjoni Ewropea adottat ir-Regolament [kontenzjuż] Abbażi tal-Artikolu 1(2)(a)(i) u (b)(i) tar-Regolament Nru 944/2013, moqri flimkien mal-Annessi II u IV tiegħu, iż-ŻQFTGĦ ġie kklassifikat fost is-sustanzi kanċeroġeni tal-kategorija 1A (H350), mutaġeniċi tal-kategorija 1B (H340), tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B (H360FD), ta’ tossiċità akkwatika akuta tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akkwatika kronika tal-kategorija 1 (H410). Abbażi tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament [kontenzjuż], din il-klassifikazzjoni kienet applikabbli mill-<DATE ISO="20160401">1 ta’ April 2016</DATE>. Skont il-premessa 5 tar-Regolament [kontenzjuż], fir-rigward taż-ŻQFTGĦ kien previst<?PAGE NO="8"?> perijodu ta’ tranżizzjoni itwal, qabel ma l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni armonizzata ssir obbligatorja, sabiex jippermetti lill-operaturi jikkonformaw ruħhom mal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-klassifikazzjonijiet armonizzati ġodda tat-sustanzi tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u li jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fit-tul għall-ambjent akkwatiku, b’mod partikolari l-obbligi msemmija fl-Artikolu 3 u fl-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20080924">24 ta’ Settembru 2008</DATE> dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="260" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 260, p. 13</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20131220">20 ta’ Diċembru 2013</DATE> u rreġistrat bin-numru tal-Kawża T‑689/13, ir-rikorrenti ppreżentat rikors intiż għall-annullament parzjali tar-Regolament Nru 944/2013 sa fejn kien jikklassifika ż-ŻQFTGĦ fost is-sustanzi ta’ tossiċità akkwatika akuta tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akkwatika kronika tal-kategorija 1 (H410).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑689/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:767">EU:T:2015:767</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament Nru 944/2013 sa fejn kien jikklassifika ż-ŻQFTGĦ fost is-sustanzi ta’ tossiċità akkwatika akuta tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akkwatika kronika tal-kategorija 1 (H410).<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat appell mis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bilbaína de Alquitranes et vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑689/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:767">EU:T:2015:767</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑691/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:882">EU:C:2017:882</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑proċedura quddiem il‑Qorti Ġenerali u s‑sentenzi appellati</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20181023">23 ta’ Ottubru 2018</DATE>, l-appellanti u żewġ kumpanniji oħra ppreżentaw rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li huma qiesu li ġarrbu minħabba l-klassifikazzjoni illegali, mir-Regolament kontenzjuż, taż-ŻQFTGĦ fost is-sustanzi ta’ tossiċità akwatika tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika tal-kategorija 1 (H410).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Huma sostnew, minn naħa, li n-natura illegali ta’ din il-klassifikazzjoni, kif ikkonstatata mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑689/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:767">EU:T:2015:767</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ikkonfermata mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes et</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑691/15P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:882">EU:C:2017:882</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tagħti drittijiet lill-individwi. Huma allegaw, min-naħa l-oħra, li din l-illegalità kienet ikkawżatilhom dannu finanzjarju għal ammont totali ta’ EUR 1,022,172 u b’żieda ta’ diversi spejjeż: l-ewwel nett, l-ispejjeż li jirriżultaw mill-adattament tal-imballaġġ kif ukoll mill-modalitajiet ta’ trasport kif jirriżultaw mir-regolamenti standard tan-Nazzjonijiet Uniti għat-trasport tal-merkanzija perikoluża, jiġifieri b’mod partikolari l-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali tal-merkanzija perikoluża bit-triq, ir-regolament dwar it-trasport internazzjonali ferrovjarju tal-merkanzija perikoluża u l-kodiċi marittimu internazzjonali tal-merkanzija perikoluża; It-tieni nett, l-ispejjeż addizzjonali, ikkawżati mill-klassifikazzjoni prevista mir-regolament kontenzjuż, sabiex jiġu aġġornati skedi ta’ data ta’ sigurtà konformement mar-Regolament Nru 1907/2006; It-tielet nett, l-ispejjeż ikkawżati mit-tqegħid f’konformità<?PAGE NO="9"?> mad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE> dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="197" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 197, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="191" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 191, p. 13</REF.DOC.OJ>), li l-klassifikazzjoni illegali taż-ŻQFTGĦ kienet tirrendi applikabbli fir-rigward tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ sitt sentenzi mogħtija fis-<DATE ISO="20201216">16 ta’ Diċembru 2020</DATE>, fosthom is-sentenzi appellati, il-Qorti Ġenerali ċaħdet b’mod identiku dawn ir-rikorsi għad-danni, għar-raġuni li l-ewwel kundizzjoni għall-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, jiġifieri l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tagħti drittijiet lill-individwi, ma kinitx issodisfatta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20211019">19 ta’Ottubru 2021</DATE>, il-Kawżi C‑65/21 P u C‑73/21 P sa C‑75/21 P ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza li għandha tingħata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tal-appelli rispettivi tagħhom, ippreżentati f’termini identiċi, l-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenzi appellati;</P></ITEM><ITEM><P>tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; u</P></ITEM><ITEM><P>tirriżerva l-kwistjoni tal-ispejjeż ta’ din il-proċedura, li l-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi dwar dan il-punt meta hija tkun ipproċediet għall-eżami mill-ġdid tal-kawża.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mill-ECHA, titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appelli; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw żewġ aggravji.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punt 71 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punt 72 tat-tieni sentenza appellata, fil-punt 69 tat-tielet sentenza appellata u fil-punt 72 tar-raba’ sentenza appellata, meta ċaħdet bħala inammissibbli l-motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-obbligu ta’ diliġenza tagħha minħabba li dan il-motiv ma kienx tqajjem b’mod speċifiku u awtonomu fir-rikorsi promoturi. Il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li dan il-motiv kellu jiġi distint mill-motiv li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni<?PAGE NO="10"?> billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni element rilevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni taż-ŻQFTGĦ. Peress li invokaw fir-rikorsi tagħhom l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti ma kellhomx bżonn li jqajmu barra minn hekk il-motiv ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tad-dmir ta’ diliġenza tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mill-ECHA, u mill-Gvern Spanjol jikkontestaw dan l-argument u jqisu li l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-punti tas-sentenzi appellati msemmija fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli l-motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tad-dmir ta’ diliġenza tagħha minħabba li r-rikorrenti ma kinux allegaw dan il-ksur b’mod speċifiku u awtonomu fir-rikorsi introduttivi tagħhom, iżda biss fir-repliki tagħhom, u li dan il-motiv lanqas ma seta’ jitqies bħala l-estensjoni ta’ motiv diġà inkluż f’dawn ir-rikorsi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li l-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ diliġenza ma huwiex distint minn dak ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni li huma kienu qajmu fir-rikorsi tagħhom u li tiegħu dan kien jikkostitwixxi biss amplifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ diliġenza, li huwa inerenti għall-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u japplika, b’mod ġenerali, għall-azzjoni tal-amministrazzjoni tal-Unjoni fir-relazzjonijiet tagħha mal-pubbliku, jimponi fuq din l-amministrazzjoni li taġixxi b’kura u bi prudenza (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Masdar(UK) vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑47/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:726">EU:C:2008:726</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170404">4 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>L-Ombudsman vs Staelen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:256">EU:C:2017:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Hija r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom. Għalhekk, meta parti tinvoka l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni li allegatament wettqet l-istituzzjoni kompetenti, il-qorti tal-Unjoni għandha tistħarreġ jekk din l-istituzzjoni eżaminatx, b’reqqa u b’imparzjalità, l-elementi rilevanti kollha tal-każ ineżami (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑691/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:882">EU:C:2017:882</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ diliġenza spiss jikkoinċidi ma’ dak ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ċertament, it-teħid inkunsiderazzjoni b’attenzjoni u b’imparzjalità tal-elementi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni ma huwiex biżżejjed, waħdu, sabiex jipproteġi lill-istituzzjoni kkonċernata milli twettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Madankollu, ksur, minn din l-istituzzjoni, tal-obbligu ta’ diliġenza tagħha huwa l-iktar kawża ordinarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Dan huwa, b’mod partikolari, il-każ tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq f’dan il-każ mill-Kummissjoni meta kklassifikat iż-ŻQFTGĦ fost is-sustanzi ta’ tossiċità akwatika akuta tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika tal-kategorija 1 (H410) abbażi tal-komponenti tagħha, ikkonstatata mill-Qorti Ġenerali fil-punt 30 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑689/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:767">EU:T:2015:767</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), minħabba li l-Kummissjoni kienet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].<?PAGE NO="11"?> Fil-punt 55 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑691/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:882">EU:C:2017:882</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat din il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, mill-punti 55, 46, 46 u 45 tar-rikorsi promoturi, rispettivament, ta’ SGL Carbon, ta’ Química del Nalón, ta’ Deza u ta’ Bilbaína de Alquitranes, jirriżulta li dawn tal-aħħar ilmentaw li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni. Barra minn hekk, dan l-iżball jikkostitwixxi l-bażi stess tat-talbiet tagħhom għal kumpens, kif fakkret il-Qorti Ġenerali fil-punt 61 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punt 62 tat-tieni sentenza appellata, fil-punt 59 tat-tielet sentenza appellata u fil-punt 62 tar-raba’ sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet bħala inammissibbli l-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ diliġenza minħabba li ma kienx jikkostitwixxi estensjoni ta’ motiv diġà inkluż fir-rikorsi promoturi tal-kawża, iżda motiv awtonomu mqajjem tardivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li l-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ diliġenza ġie kkunsidrat b’mod żbaljat bħala awtonomu u konsegwentement miċħud bħala tardiv ma kellux effett fuq l-eżami tar-rikors fl-ewwel istanza, peress li dan l-argument huwa konfuż, kif jirriżulta mill-punti 32 u 33 ta’ din is-sentenza, ma’ dak ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, li tqajjem fir-rikorsi promoturi, kif jirriżulta mill-punt 34 ta’ din is-sentenza u li ġie eżaminat u miċħud mill-Qorti Ġenerali. Barra minn hekk u fi kwalunkwe każ, fl-aħħar sentenza tal-punt 114 tal-ewwel sentenza appellata, tal-punt 115 tat-tieni sentenza appellata, tal-punt 112 tat-tielet sentenza appellata u tal-punt 115 tar-raba’ sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rrispondiet fil-mertu għall-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ diliġenza, anki jekk kien għall-finijiet ta’ kompletezza, billi kkunsidrat li dan il-ksur ma kienx suffiċjentement serju sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ aggravju tal-appelli rispettivi tagħhom, li għandhom jiġu eżaminati wara l-ewwel aggravju, peress li jqajjem, bħal dan tal-aħħar, allegat ksur tal-obbligu ta’ diliġenza, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet applikazzjoni żbaljata tal-kriterju ta’ prudenza u ta’ diliġenza. Insostenn ta’ dan l-aggravju, huma jiċċitaw il-punti 104 u 105 tal-ewwel sentenza appellata, il-punti 105 u 106 tat-tieni sentenza appellata, il-punti 102 u 103 tat-tielet sentenza appellata u l-punti 105 u 106 tar-raba’ sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti ta’ dan l-aggravju, huma jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li fittxet, billi bbażat ruħha fuq l-opinjoni tal-ERC, jekk is-solubbiltà kinitx espressament imsemmija fir-Regolament Nru 1272/2008 bħala wieħed mill-elementi rilevanti, minflok ma eżaminat jekk il-Kummissjoni kinitx osservat il-prinċipju ta’ dritt stabbilit li jirrikjedi li l-elementi rilevanti kollha jittieħdu inkunsiderazzjoni. L-argument tal-Qorti Ġenerali huwa, konsegwentement, irrilevanti fir-rigward tat-termini tar-rikorsi tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti ta’ dan l-aggravju, l-appellanti jqisu li l-Qorti Ġenerali ma kellhiex tieħu inkunsiderazzjoni biss l-opinjoni tal-ERC sabiex tevalwa jekk il-Kummissjoni aġixxietx bi prudenza u b’diliġenza, meta dan il-kumitat ma huwiex huwa stess marbut ma’ obbligu ta’ prudenza u ta’ diliġenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mill-ECHA, u mill-Gvern Spanjol jikkontestaw il-fondatezza ta’ dan l-aggravju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tar-raba’ aggravju, l-appellanti jsostnu, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkunsidrat li l-illegalità mwettqa mill-Kummissjoni kienet ikkonsistiet fi ksur tar-Regolament Nru 1272/2008, filwaqt li din l-illegalità tikkonsisti, kif huma kienu esponew fir-rikorsi promoturi tagħhom, f’nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi rilevanti kollha, jiġifieri fi ksur tal-obbligu ta’ diliġenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Kif fakkret il-Qorti Ġenerali fis-sentenzi appellati sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni huwa meħtieġ li jkunu ssodisfatti numru ta’ kundizzjonijiet, jiġifieri l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tagħti drittijiet lill-individwi, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn il-ksur tal-obbligu tal-awtur tal-att u d-dannu mġarrab mill-persuni leżi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190910">10 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>HTTS vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑123/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:694">EU:C:2019:694</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, rispettivament fil-punt 61 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punt 62 tat-tieni sentenza appellata, fil-punt 59 tat-tielet sentenza appellata u fil-punt 62 tar-raba’ sentenza appellata, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>li r-regola miksura, kif ikkonstataw il-Qorti Ġenerali u sussegwentement il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi rispettivi tagħhom, tinsab fil-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tal-imsemmi regolament, u li dan huwa l-metodu tal-addizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li dan il-metodu ta’ klassifikazzjoni tat-taħlitiet perikolużi għall-qasam akwatiku jikkonsisti fil-kalkolu tas-somma tal-konċentrazzjonijiet tal-kostitwenti li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’ tossiċità akuta jew kronika, meqjusa, kull waħda minnhom, tal-fattur M li jikkorrispondi għall-profil ta’ tossiċità tagħhom. Kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 51 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑691/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:882">EU:C:2017:882</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-imsemmi metodu huwa bbażat fuq l-ipoteżi li l-kostitwenti meħuda inkunsiderazzjoni huma 100 % solubbli. Issa, il-kostitwenti taż-ŻQFTGĦ jistgħu jiġu estratti miż-ŻQFTGĦ biss b’mod limitat u din is-sustanza għandha stabbiltà kbira, kif ġustament qieset il-Qorti Ġenerali fil-punt 32 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑689/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:767">EU:T:2015:767</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn din il-konstatazzjoni, il-Qorti Ġenerali ddeduċiet, fil-punt 30 ta’ din l-aħħar sentenza, mhux li l-Kummissjoni kienet kisret il-metodu tal-addizzjoni, iżda li din kienet wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni ta’ dan il-metodu sabiex tikkalkula t-tossiċità akwatika taż-ŻQFTGĦ. Fil-punti 49 sa 55 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑691/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:882">EU:C:2017:882</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li din l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma kienet ivvizzjata minn ebda żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni tista’ tiġi stabbilita mingħajr ma tkun inkisret dispożizzjoni legali partikolari. Fil-fatt, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li din ir-responsabbiltà tista’ tiġi stabbilita wkoll, meta istituzzjoni tal-Unjoni tapplika regola tad-dritt partikolari li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi, permezz tal-ksur manifest u gravi minn din l-istituzzjoni tal-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960305">5 ta’ Marzu 1996</DATE>, <NAME.CASE>Brasserie du pêcheur u Factortame</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-46/93 u C-48/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:79">EU:C:1996:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000704">4 ta’ Lulju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Bergaderm u Goupil vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-352/98 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:361">EU:C:2000:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punti tas-sentenzi appellati ċċitati fil-punt 44 ta’ din is-sentenza, li l-Kummissjoni kisret il-metodu tal-addizzjoni, tidher li tmur kontra l-portata kemm tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑689/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:767">EU:T:2015:767</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) kif ukoll tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑691/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:882">EU:C:2017:882</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Madankollu, mill-qari tas-sentenzi appellati kollha jirriżulta li l-klassifikazzjoni tal-illegalità mwettqa mill-Kummissjoni bħala ksur tar-regola tal-metodu tal-addizzjoni ma tikkorrispondix mal-pożizzjoni finali adottata mill-Qorti Ġenerali fl-imsemmija sentenzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-Qorti Ġenerali ddikjarat, fil-punt 89 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punt 90 tat-tieni sentenza appellata, fil-punt 87 tat-tielet sentenza appellata u fil-punt 90 tar-raba’ sentenza appellata, li riedet teżamina jekk in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> kienx suffiċjentement ikkaratterizzat fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li kienu wasslu lill-Qorti Ġenerali, fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑689/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:767">EU:T:2015:767</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u sussegwentement il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C 691/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:882">EU:C:2017:882</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sabiex tikkonstata li l-Kummissjoni kienet wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat iż-ŻQFTGĦ. Barra minn hekk, fil-kuntest ta’ dan l-eżami, il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 100 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punt 101 tat-tieni sentenza appellata, fil-punt 98 tat-tielet sentenza appellata u fil-punt 101 tar-raba’ sentenza appellata li, skont is-sentenzi ta’ annullament, il-Kummissjoni kienet wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>fl-applikazzjoni tal-metodu tal-addizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, minkejja li semmiet f’ċerti punti tas-sentenzi appellati, il-ksur tar-regola tal-metodu tal-addizzjoni, fir-realtà, il-Qorti Ġenerali riedet tirreferi għall-applikazzjoni żbaljata tagħha mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 62 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-Qorti Ġenerali ma kkontestatx il-konstatazzjonijiet magħmula fis-sentenzi ta’ annullament li l-illegalità tal-att ikkontestat kienet dovuta għall-iżball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni li jikkonsisti fl-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi u taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha fil-klassifikazzjoni taż-ŻQFTGĦ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kuntrarjament għal dak li jallegaw ir-rikorrenti fil-kuntest tal-ewwel parti tar-raba’ aggravju, l-eżami, fil-punti kkontestati tas-sentenzi appellati, tal-kwistjoni dwar jekk is-solubbiltà kinitx espressament imsemmija fir-Regolament<?PAGE NO="14"?> Nru 1272/2008 jirriżulta rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ jekk l-iżball imwettaq mill-Kummissjoni, li ġie kkonstatat mill-Qorti Ġenerali u sussegwentement mill-Qorti tal-Ġustizzja, kienx ta’ natura intenzjonali jew mhux skużabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>L-ewwel parti tar-raba’ aggravju għandha għaldaqstant tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-istess aggravju, intiża kontra l-punti 104 u 105 tal-ewwel sentenza appellata, il-punti 105 u 106 tat-tieni sentenza appellata, il-punti 102 u 103 tat-tielet sentenza appellata kif ukoll il-punti 105 u 106 tar-raba’ sentenza appellata, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li rreferiet biss għall-opinjoni tal-ERC sabiex tikkonkludi li l-Kummissjoni aġixxiet kif kienet tagħmel amministrazzjoni normalment prudenti u diliġenti, billi injorat il-fatt li dan il-kumitat ma kienx marbut b’obbligu ta’ prudenza u ta’ diliġenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Qabel kollox għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li, sabiex tevalwa l-gravità tal-iżball ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni meta kklassifikat iż-ŻQFTGĦ, il-Qorti Ġenerali analizzat, fil-punti88 sa 108 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punti 89 sa 109 tat-tieni sentenza appellata, fil-punti 86 sa 106 tat-tielet sentenza appellata u fil-punti 89 sa 109 tar-raba’ sentenza appellata, elementi oħra minbarra r-rapport tal-ERC, speċifikament ittrattat fil-punti tas-sentenzi appellati msemmija fil-punt preċedenti. Konsegwentement, ma jistax jiġi sostnut li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha esklużivament fuq l-opinjoni tal-ERC sabiex tikkonkludi li l-Kummissjoni aġixxiet kif kienet amministrazzjoni normalment prudenti u diliġenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali ma stabbilixxietx, fil-punti tas-sentenzi appellati msemmija fil-punt 56 ta’ din is-sentenza, li kien jaqa’ fuq ERC obbligu ta’ prudenza u ta’ diliġenza. Konsegwentement, għalkemm ir-rikorrenti riedu jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli qieset li l-Kummissjoni setgħet toqgħod għall-parir tal-ERC u teħles lil din tal-aħħar mill-obbligu tagħha ta’ prudenza u ta’ diliġenza, din l-allegazzjoni ma ssib ebda sostenn f’dawn il-punti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Min dak li ntqal qabel jirriżulta li t-tieni parti tar-raba’ raġuni għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>B’hekk l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li, fil-punt 98 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punt 99 tat-tieni sentenza appellata, fil-punt 96 tat-tielet sentenza appellata u fil-punt 99 tar-raba’ sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008 ma setax jitqies, fid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat, bħala regola ċara fir-rigward tal-marġni ta’ diskrezzjoni li tgawdi l-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-metodu tal-addizzjoni. Issa, skont dawn il-partijiet, din il-konklużjoni hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-argumenti tagħhom. Huma sostnew, fir-rikorsi introduttivi tagħhom, li l-Kummissjoni kienet naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni element rilevanti, jiġifieri s-solubbiltà taż-ŻQFTGĦ, filwaqt li, skont ġurisprudenza stabbilita sew, il-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha, bħalma hija s-solubbiltà. B’hekk, billi rrispondiet għall-kwistjoni dwar jekk id-dispożizzjoni inkwistjoni kinitx regola ċara, il-Qorti Ġenerali kkonċentrat fuq argument li l-appellanti ma kinux qajmu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-imsemmija dispożizzjoni ma kinitx issemmi espressament li s-solubbiltà ta’ sustanza speċifika kellha tittieħed inkunsiderazzjoni. Skont l-appellanti, l-assenza ta’ riferiment espress għal punt fir-redazzjoni ta’ att tal-Unjoni ma tistax teżonera lill-Kummissjoni mill-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha. Il-Qorti Ġenerali injorat il-prinċipju ġenerali tad-dritt li jgħid li, indipendentement mill-kliem tat-test, l-elementi rilevanti kollha għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-appellanti, id-diffikultajiet fattwali u xjentifiċi mqajma mill-klassifikazzjoni tas-sustanzi, kif deskritti mill-Qorti Ġenerali, ma humiex rilevanti sa fejn, f’dan il-każ, fir-rigward tal-evalwazzjoni tat- <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>tossiċità akwatika<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> taż-ŻQFTGĦ, kien evidenti li s-solubbiltà ta’ din is-sustanza kellha tittieħed inkunsiderazzjoni. Għaldaqstant, l-osservazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jinsabu fil-punti 96 u 97 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punti 97 u 98 tat-tieni sentenza appellata, fil-punti 94 u 95 tat-tielet sentenza appellata u fil-punti 97 u 98 tar-raba’ sentenza appellata, ma humiex rilevanti fid-dawl tal-ġurisprudenza ċara u stabbilita sew, imfakkra fil-punt 35 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑691/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:882">EU:C:2017:882</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jimponi fuq il-Kummissjoni l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, l-elementi rilevanti kollha meta tikklassifika sustanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mill-ECHA, u mill-Gvern Spanjol jikkontestaw dan l-argument.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Kif tfakkar fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, l-illegalità mwettqa minn istituzzjoni tal-Unjoni tista’ tagħti lok għar-responsabbiltà ta’ din tal-aħħar biss bil-kundizzjoni li tkun suffiċjentement serja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fost l-elementi li l-qorti tal-Unjoni tista’ tasal li tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tevalwa jekk din il-kundizzjoni hijiex issodisfatta hemm b’mod partikolari, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-grad ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni tad-dispożizzjoni miksura jew applikata ħażin, il-portata tal-marġni ta’ diskrezzjoni li din ir-regola tħalli lill-awtorità tal-Unjoni kif ukoll in-natura skużabbli jew mhux skużabbli ta’ eventwali żball ta’ liġi jew ta’ evalwazzjoni (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960305">5 ta’ Marzu 1996</DATE>, <NAME.CASE>Brasserie du pêcheur u Factortame</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑46/93 u C‑48/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:79">EU:C:1996:79</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070125">25 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Robins <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:56">EU:C:2007:56</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140619">19 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Specht <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑501/12 sa C‑506/12, C‑540/12 u C‑541/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2005">EU:C:2014:2005</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Konsegwentement, huwa l-kompitu tal-qorti tal-Unjoni, li tiddeċiedi meta għandha tevalwa jekk illegalità mwettqa minn istituzzjoni tistax tagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni, li teżamina l-elementi rilevanti kollha f’dan ir-rigward, bħall-elementi msemmija iktar ’il fuq, anki jekk ma jkunux invokati mill-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-appellanti ma jistgħux jilmentaw li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punti tas-sentenzi appellati msemmija fil-punt 60 ta’ din is-sentenza, fuq il-livell ta’ ċarezza tal-metodu tal-addizzjoni, minħabba li huma stess ma kinux semmew dan l-element fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Anki jekk jitqies li r-rikorrenti kellhom l-intenzjoni, barra minn hekk, jikkritikaw fil-mertu l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tinsab fl-istess punti tas-sentenzi appellati, li tipprovdi li r-regola li tinsab fil-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008 ma hijiex ċara,<?PAGE NO="16"?> madankollu huma ma ppreżentawx argumenti ta’ natura li jikkontestaw din l-evalwazzjoni, ibbażata fuq il-konstatazzjoni li l-formulazzjoni ta’ din ir-regola ma ssemmix li l-applikabbiltà tagħha tista’ tvarja skont is-solubbiltà tat-taħlita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li t-tieni aggravju tal-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>L-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li ddeċidiet, fil-punti 105 u 107 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punti 106 u 108 tat-tieni sentenza appellata, fil-punti 103 u 105 tat-tielet sentenza appellata kif ukoll fil-punti 106 u 108 tar-raba’ sentenza appellata, li l-kuntest ġuridiku relatat mal-każ inkwistjoni kien kumpless u li din il-kumplessità setgħet tiskuża l-fatt li l-Kummissjoni ma kinitx ħadet inkunsiderazzjoni s-solubbiltà taż-ŻQFTGĦ fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-metodu tal-addizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fil-fatt, sabiex tillimita l-għoti tal-ispejjeż, il-Qorti Ġenerali stess iddeċidiet, fil-punt 22 tad-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190925">25 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑689/13 DEP</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:698">EU:T:2019:698</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-istess dispożizzjoni legali kienet ċara. Għalhekk, skont ir-rikorrenti, billi ma pprovdiet ebda raġuni li tiġġustifika tali diverġenza, il-Qorti Ġenerali ma mmotivatx b’mod suffiċjenti d-deċiżjoni tagħha, bi ksur tal-Artikolu 36 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mill-ECHA, u mill-Gvern Spanjol jikkunsidraw li dan il-motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Qabel kollox għandu jiġi rrilevat li ma teżistix kontradizzjoni bejn, minn naħa, il-konstatazzjoni, fis-sentenzi appellati, tal-kumplessità tal-kuntest ġuridiku relatat mal-klassifikazzjoni taż-ŻQFTGĦ u, min-naħa l-oħra, l-argument li jinsab fil-punt 22 tad-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190925">25 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑689/13 DEP</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:698">EU:T:2019:698</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-kwistjonijiet imqajma mill-klassifikazzjoni taż-ŻQFTGĦ fil-kuntest tal-appell ippreżentat kontra din il-klassifikazzjoni ma kinux atipiċi u kumplessi sal-punt li jiġġustifikaw ir-rinviju tal-eżami ta’ dan l-appell quddiem kulleġġ ġudikanti estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma jispjegawx kif id-diverġenza li huma jallegaw bejn is-sentenzi appellati u dan id-digriet dwar il-grad ta’ ċarezza tal-metodu tal-addizzjoni hija fiha nnifisha, anki jekk preżunta stabbilita, ta’ natura li tivvizzja l-imsemmija sentenzi b’illegalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, hija ġurisprudenza stabbilita li l-obbligu tal-Qorti Ġenerali li timmotiva s-sentenzi tagħha ma jistax bħala prinċipju jiġi estiż sabiex jiġi impost fuqha l-obbligu li tiġġustifika s-soluzzjoni adottata f’kawża meta mqabbla ma’ dik adottata f’kawża oħra li tkun ġiet adita biha, anki jekk din tikkonċerna l-istess deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Team Relocations <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:464">EU:C:2013:464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Duravit <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑609/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:46">EU:C:2017:46</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li t-tielet aggravju tal-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames aggravju tagħhom, l-appellanti jikkritikaw l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tal-punti 101 u 112 tal-ewwel sentenza appellata, tal-punti 102 u 113 tat-tieni sentenza appellata, tal-punti 99 u 110 tat-tielet sentenza appellata kif ukoll tal-punti 102 u 113 tar-raba’ sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti ta’ dan l-aggravju, huma jqisu li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx, kif għamlet fil-punt 101 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punt 102 tat-tieni sentenza appellata, fil-punt 99 tat-tielet sentenza appellata u fil-punt 102 tar-raba’ sentenza appellata, tikklassifika bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>rigoruża<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>prudenti<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> l-approċċ tal-Kummissjoni, meta din kienet ivvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-aggravju, l-appellanti jsostnu li l-motivazzjoni tal-punt 112 tal-ewwel sentenza appellata, tal-punt 113 tat-tieni sentenza appellata, tal-punt 110 tat-tielet sentenza appellata u tal-punt 113 tar-raba’ sentenza appellata hija vvizzjata b’kontradizzjoni, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkonstatat, minn naħa, li r-raġunijiet li għalihom iż-ŻQFTGĦ ma kinitx is-suġġett ta’ klassifikazzjoni ġdida peress li kienet ġiet iċċensurata ma kinux magħrufa u, min-naħa l-oħra, li n-nuqqas ta’ kwalifika ġdida wera d-diffikultajiet tal-applikazzjoni korretta tal-metodu tal-addizzjoni u b’hekk evita l-iżball imwettaq mill-Kummissjoni milli tkun kwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>mhux skużabbli<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mill-ECHA, u mill-Gvern Spanjol iqisu li dan l-aggravju ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-aggravju, l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punti tas-sentenzi appellati msemmija fil-punt 78 ta’ din is-sentenza, li l-Kummissjoni kienet adottat, f’dan il-każ, approċċ rigoruż u prudenti, minħabba li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>[kienet] applikat il-metodu tal-addizzjoni billi segwiet rigorożament il-formulazzjoni [tal-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008]<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>kellha l-intenzjoni taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi tagħha, li bħala regola ġenerali jista’ jitqies li huwa approċċ prudenti<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> u, billi jirreferi għall-punt 75 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑691/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:646">EU:C:2017:646</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-prinċipju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>[dan l-approċċ] [j]ista’ biss [i]kun imfaħħ[ar]<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li dan l-argument huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenzi appellati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Minn naħa, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-appellanti, il-Qorti Ġenerali ma kklassifikatx bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>prudenti<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> l-approċċ tal-Kummissjoni f’dan il-każ, iżda biss il-fatt, għal istituzzjoni, b’mod ġenerali, li taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi tagħha. Il-Qorti Ġenerali enfasizzat fuq kollox li<?PAGE NO="18"?> l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni taġixxi b’osservanza tal-kompetenzi tagħha u li, konsegwentement, l-iżball ta’ evalwazzjoni tagħha kien nieqes minn natura intenzjonali jew mhux skużabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali ma naqsitx milli tfakkar, fl-aħħar tal-punt 101 tal-ewwel sentenza appellata, tal-punt 102 tat-tieni sentenza appellata, tal-punt 99 tat-tielet sentenza appellata u tal-punt 102 tar-raba’ sentenza appellata, kif ukoll fil-bidu tal-punti segwenti ta’ dawn is-sentenzi, li, f’dan il-każ, l-approċċ tal-Kummissjoni kien żbaljat u li hija kienet tqieset bħala vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali u mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ilment ifformulat mir-rikorrenti fl-ewwel parti tal-ħames aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>It-tieni parti tal-istess aggravju tirrigwarda l-allegata motivazzjoni kontradittorja tal-punti tas-sentenzi appellati msemmija fil-punt 79 ta’ din is-sentenza, li fihom il-Qorti Ġenerali siltet il-konsegwenzi miċ-ċirkustanza, imsemmija fil-punt 111 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punt 112 tat-tieni sentenza appellata, fil-punt 109 tat-tielet sentenza appellata u fil-punt 112 tar-raba’ sentenza appellata, li skontha l-Kummissjoni ma kinitx ipproċediet, fid-data tas-sentenzi appellati u wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑691/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:882">EU:C:2017:882</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li kkonfermat l-annullament parzjali tar-Regolament kontenzjuż, għall-klassifikazzjoni ġdida taż-ŻQFTGĦ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, kif isostnu r-rikorrenti, il-motivazzjoni ta’ dawn il-punti hija vvizzjata b’kontradizzjoni. B’hekk, filwaqt li l-Qorti Ġenerali tammetti, fl-ewwel sentenza, li ma tista’ tasal għal ebda konklużjoni min-nuqqas ta’ klassifikazzjoni ġdida taż-ŻQFTGĦ minn meta dik preċedenti ġiet iċċensurata, peress li ma kinitx taf ir-raġunijiet għaliha, hija ssostni, fis-sentenzi segwenti, li dan il-fatt <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>jista’ juri d-diffikultajiet marbuta mal-applikazzjoni korretta tal-metodu tal-addizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> u li n-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>natura diffiċilment korrettibbli tal-iżball imwettaq mill-Kummissjoni, kif potenzjalment muri f’dan il-każ, tipprekludi […] li dan l-iżball jista’ jiġi kklassifikat bħala wieħed mhux skużabbli<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Madankollu, din il-kontradizzjoni ma tistax tiġġustifika l-annullament tas-sentenzi appellati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni wara prova li tkopri l-punti 99 sa 113 tal-ewwel sentenza appellata huwa skużabbli, fil-punti 100 sa 114 tat-tieni sentenza appellata, tal-punti 97 sa 111 tat-tielet sentenza appellata u tal-punti 100 sa 114 tar-raba’ sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-punti tas-sentenzi appellati msemmija fil-punt 79 ta’ din is-sentenza, ikkritikati fil-kuntest tat-tieni parti tal-ħames aggravju, jikkonċernaw biss aspett aċċessorju tal-motivazzjoni żviluppata mill-Qorti Ġenerali insostenn tad-dispożittiv tas-sentenzi appellati, li jiġġustifika prinċipalment in-natura skużabbli tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni permezz tal-kumplessità tal-operazzjoni ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanza u d-diffikultà li tiġi interpretata r-regola tal-metodu tal-addizzjoni. Issa, l-appelli ma jinkludu ebda argument intiż sabiex jistabbilixxi l-insuffiċjenza ta’ din il-motivazzjoni kollha kemm hi. Minn dan isegwi li t-tieni parti tal-ħames motiv ma tistax tiġġustifika l-annullament tas-sentenzi appellati u għandha, għaldaqstant, tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="19"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>L-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li wettqet żball ta’ liġi fil-punti 106 u 108 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punti 107 u 109 tat-tieni sentenza appellata, fil-punti 104 u 106 tat-tielet sentenza appellata u fil-punti 107 u 109 tar-raba’ sentenza appellata, billi kkunsidrat li l-approċċ tal-Kummissjoni seta’ jiġi skużat abbażi tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Skont il-prinċipju ta’ prekawzjoni, meta jeżistu inċertezzi xjentifiċi rigward l-eżistenza jew il-portata ta’ riskji għas-saħħa tal-bniedem, jistgħu jittieħdu miżuri ta’ protezzjoni mingħajr il-bżonn li persuna tistenna li r-realtà u l-gravità ta’ dawn ir-riskji jintwerew kollha kemm huma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju ma huwiex intiż li japplika fil-kuntest tal-klassifikazzjoni ta’ sustanza, kif jirriżulta min-nuqqas ta’ referenza għal dan il-prinċipju fir-Regolament Nru 1272/2008. Fil-fatt, l-imsemmi prinċipju jista’ jiġi invokat biss wara evalwazzjoni tar-riskji, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191001">1 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Blaise <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑616/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:800">EU:C:2019:800</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) Huwa biss wara evalwazzjoni tar-riskji li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinvokaw il-prinċipju ta’ prekawzjoni sabiex jiġġustifikaw ir-restrizzjonijiet. Min-naħa l-oħra, il-prinċipju ta’ prekawzjoni ma jistax jiġi invokat fi stadju preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mill-ECHA, u mill-Gvern Spanjol jikkontestaw dan l-argument.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, preliminarjament, li, għalkemm l-Artikolu 191(2) TFUE jipprevedi li l-politika ambjentali hija bbażata, b’mod partikolari, fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni, dan il-prinċipju jista’ jkun applikabbli wkoll fil-kuntest ta’ politiki oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-politika ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika kif ukoll meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jadottaw, skont il-politika agrikola komuni jew il-politika tas-suq intern, miżuri ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191001">1 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Blaise <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑616/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:800">EU:C:2019:800</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ prekawzjoni jimplika li, meta jkun hemm inċertezzi dwar l-eżistenza jew dwar il-portata ta’ riskji għas-saħħa ta’ persuni, jistgħu jittieħdu miżuri ta’ protezzjoni mingħajr ma wieħed ikollu għalfejn jistenna li r-realtà u l-gravità ta’ dawn ir-riskji jintwerew b’mod sħiħ. Meta jirriżulta impossibbli li jiġu ddeterminati b’ċertezza l-eżistenza jew il-portata tar-riskju allegat, minħabba n-natura mhux konklużiva tar-riżultati tal-istudji mwettqa, iżda l-probabbiltà ta’ dannu reali għas-saħħa pubblika tippersisti fil-każ li r-riskju jimmaterjalizza, il-prinċipju ta’ prekawzjoni jiġġustifika l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191001">1 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Blaise <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑616/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:800">EU:C:2019:800</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Konsegwentement, dan il-prinċipju japplika b’mod partikolari fil-kuntest tal-klassifikazzjoni ta’ sustanza abbażi tar-Regolament Nru 1272/2008, meta l-evalwazzjoni tar-riskji li tinvolvi din is-sustanza għall-ambjent u għas-saħħa tal-persuni tħalli ċerti inċertezzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>B’hekk, huwa ġustament li, fil-punti tas-sentenzi appellati msemmija fil-punt 91 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>l-prinċipju ta’ prekawzjoni […] ma jistax jiġi injorat meta jiġu kklassifikati sustanzi u taħlitiet kimiċi <QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, li l-istess prinċipju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>jawtorizza, fil-każ ta’<?PAGE NO="20"?> inċertezza, lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jieħdu miżuri xierqa sabiex jiġu evitati ċerti riskji potenzjali għas-saħħa pubblika, għas-sigurtà u għall-ambjent mingħajr ma jkollhom għalfejn jistennew li r-realtà u l-gravità ta’ dawn ir-riskji jkunu kompletament ipprovati<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> u li l-klassifikazzjoni ta’ sustanzi u ta’ taħlitiet issegwi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>[l-]għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent b’osservanza sħiħa tal-prinċipju ta’ prekawzjoni<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Għal dawn il-motivi, il-Qorti Ġenerali tqis, tal-inqas impliċitament, li l-prinċipju ta’ prekawzjoni huwa applikabbli għall-każ inkwistjoni u seta’ ġġustifika l-klassifikazzjoni taż-ŻQFTGĦ fost is-sustanzi ta’ tossiċità akwatika akuta tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika tal-kategorija 1 (H410). Din l-interpretazzjoni tas-sentenzi appellati, imressqa mill-appellanti, hija kkorroborata, fil-punt 105 tal-ewwel sentenza appellata, fil-punt 106 tat-tieni sentenza appellata, fil-punt 103 tat-tielet sentenza appellata u fil-punt 106 tar-raba’ sentenza appellata, bir-riferiment għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>sitwazzjoni ta’ inċertezza fir-rigward tal-kompożizzjoni eżatta taż-ŻQFTGĦ<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Issa, la mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑689/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:767">EU:T:2015:767</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li kkonstatat l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni li bih il-Kummissjoni vvizzjat il-klassifikazzjoni taż-ŻQFTGĦ, u lanqas mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑691/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:882">EU:C:2017:882</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li ċaħdet l-appell kontra din l-ewwel sentenza, ma jirriżulta li kienet teżisti inċertezza dwar ir-riskji ta’ tossiċità akwatika taż-ŻQFTGĦ, b’tali mod li l-Kummissjoni kienet iġġustifikata li tibbaża ruħha fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni. Peress li l-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidew li l-Kummissjoni kienet ivvizzjat l-evalwazzjoni tagħha tar-riskji b’tali żball, ma jistax jiġi affermat li din l-evalwazzjoni żbaljata ħalliet inċertezzi dwar il-portata ta’ dawn ir-riskji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-prinċipju ta’ prekawzjoni kien intiż li japplika fil-kuntest tal-klassifikazzjoni taż-ŻQFTGĦ, b’tali mod li l-iżball imwettaq f’dan il-kuntest mill-Kummissjoni ma kienx ta’ natura li jistabbilixxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Madankollu, mis-sentenzi appellati, b’mod iktar partikolari mill-punt 106 tal-ewwel sentenza appellata, mill-punt 107 tat-tieni sentenza appellata, mill-punt 104 tat-tielet sentenza appellata u mill-punt 107 tar-raba’ sentenza appellata, jirriżulta li huwa biss għal finijiet ta’ kompletezza li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-prinċipju ta’ prekawzjoni seta’ wkoll jiġġustifika tali klassifikazzjoni. Fil-fatt, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-punt 114 tal-ewwel sentenza appellata, mill-punt 115 tat-tieni sentenza appellata, mill-punt 112 tat-tielet sentenza appellata u mill-punt 115 tar-raba’ sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-iżball imwettaq mill-Kummissjoni ma kienx ta’ natura li jistabbilixxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni prinċipalment fir-rigward tal-kumplessità tal-operazzjoni ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanza u tad-diffikultà li tiġi interpretata r-regola tal-metodu tal-addizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sitt aggravju huwa ineffettiv u għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Mill-elementi kollha preċedenti jirriżulta li l-appelli għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="21"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-regoli, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>L-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li huwa applikabbli għall-proċeduri ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, jipprovdi li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>L-Artikolu 184(4) tar-Regoli tal-Proċedura jipprovdi li meta intervenjent fl-ewwel istanza jieħu sehem fil-proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li dan ibati l-ispejjeż tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni ordnat li l-appellanti jbatu l-ispejjeż u dawn tal-aħħar tilfu l-aggravji tagħhom, hemm lok li jkunu kkundannati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja u l-ECHA, intervenjenti fl-ewwel istanza, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">SGL Carbon SE, Química del Nalón SA, Deza a.s. u Bilbaína de Alquitranes SA huma kkundannati, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>