12004V376

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU I -DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI - Sezzjoni 1 - L-istituzzjonijiet - Subsezzjoni 5 - Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu III-376

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0163 - 0163


Artikolu III-376

Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea ma tkunx kompetenti fir-rigward ta' l-Artikoli I-40 u I-41 u d-disposizzjonijiet tal-Kapitolu II tat-Titolu V li jikkonċernaw il-politika estera u ta' sigurtà komuni u l-Artikolu III-293 safejn tikkonċerna l-politika estera u ta' sigurtà komuni.

Madanakollu, l-Qorti tkun kompetenti sabiex tissorvelja l-ħarsien ma' l-Artikolu III-308 u sabiex tiddeċiedi dwar rikorsi, magħmula skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu III-365(4), dwar il-legalità ta' deċiżjonijiet li jipprovdu għal miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi adottati mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Kapitolu II tat-Titolu V.

--------------------------------------------------