|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1556 |
27.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 11/2024
tat-2 ta' Frar 2024
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1556]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2399 tas-6 ta’ Ottubru 2023 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362 fir-rigward ta’ ċerti erruri li jikkonċernaw is-simulazzjoni komputazzjonali tad-dinamika tal-fluwidu (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punt 45zzy (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“, kif emendat bi:
|
— |
32023 R 2399: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2399 tas-6 ta’ Ottubru 2023 (ĠU L 2023/2399, 9.10.2023).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2399 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Frar 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2023 tat-28 ta’ April 2023 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2023/2399, 9.10.2023.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1556/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)