22.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 467/2013

tas-16 ta’ Mejju 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 206/2009 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni personali ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tingħata fil-posters lil min jivvjaġġa u lill-pubbliku ġenerali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari t-tielet inċiż tal-Artikolu 8(5) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 (2) jistipula regoli dwar l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni personali ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali ta’ natura mhux kummerċjali li jkunu fil-bagalji ta’ vjaġġaturi, jew ukoll li jitwasslu lil persuni privati f’ammonti żgħar bħala riżultat ta’ ordnijiet mill-bogħod (pereżempju bil-posta, bit-telefown jew permezz tal-Internet).

(2)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 206/2009 jesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li fil-punti kollha ta’ dħul fl-Unjoni, vjaġġaturi li jaslu minn pajjiżi terzi jiġu ppreżentati bil-kundizzjonijiet veterinarji applikabbli għall-kunsinni personali introdotti fl-Unjoni. L-informazzjoni li għandha tingħata lill-vjaġġaturi għandha tinkludi tal-anqas l-informazzjoni li tinsab f’wieħed mill-posters stabbiliti fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Il-posters fihom tagħrif dwar derogi għal ċerti pajjiżi terzi ta’ prossimità ġeografika u riskju limitat għal saħħet l-annimali.

(3)

Il-Kroazja hija waħda minn dawk il-pajjiżi. Huwa meħtieġ li titħassar l-annotazzjoni għall-Kroazja minn dawk il-kartelluni, b’seħħ mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u soġġett għal dik id-data.

(4)

Huwa wkoll opportun li jsir rieżami żgħir tal-kliem u jkun stabbilit il-messaġġ ippreżentat fil-posters sabiex isir aktar ċar għall-vjaġġaturi u għall-pubbliku ġenerali.

(5)

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 206/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 206/2009 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u huwa soġġett għalih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 77, 24.3.2009, p. 1.


ANNESS

“ANNESS III

(L-avviżi jistgħu jinstabu fuq: http://ec.europa.eu/food/fs/ah_pcad/ah_pcad_importposters_en.html)

Image 1

Il-Kummissjoni Ewropea

Żomm il-mard tal-annimali Barra l-Unjoni Ewropea!

Il-vjaġġaturi għandhom jippreżentaw dawn il-prodotti għal kontroll uffiċjali*

Prodotti li joriġinaw mill-annimali jistgħu jġorru patoġeni li jikkaġunaw mard infettiv fl-annimali

Hemm proċeduri stretti u kontrolli veterinarji fuq l-intorduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali ġewwa l-Unjoni Ewropea

*Minbarra dawk li jaslu b'ammonti żgħar għall-konsum personali:

minn Andorra, mill-Groenlandja, mill-Gżejjer Faeroe, mill-Islanda, mill-Isvizzera, mill-Lischtenstein, min-Norveġja u minn San Marino.

Saħħa u Konsumaturi

Image 2

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-mard ma jirrispettax fruntieri

Jekk iddaħħal laħam u prodotti tal-ħalib minn barra l-UE tkun qed tissogra li ddaħħal mard tal-annimali.

Jekk ma tiddikjarax oġġetti bħal dawn, tista' tiġi mmultat jew tiffaċċja prosekuzzjoni kriminali.

Dawn il-prodotti jiġu ssekwestrati u meqruda mal-wasla.

Tista' ddaħħal ammonti żgħar għall-konsum personali:

minn Andorra, mill-Groenlandja, mill-Gżejjer Faeroe, mill-Islanda, mill-Isvizzera, mill-Lischtenstein, min-Norveġja u minn San Marino.

Saħħa u Konsumaturi

”