<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRT12010MTB.0500255101.case.xml"><NO.CASE>T-255/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008A0255</NO.CELEX><NO.SEQ>0019.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>II-2554</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>II-2578</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>25</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20100622">22.6.2010</DATE> — KAWŻA T-255/08</LEFT><RIGHT>MONTERO PADILLA vs UASI — PADILLA REQUENA (JOSE PADILLA)</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-255/08,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Eugenia Montero Padilla,</HT> residenti f’Madrid (Spanja), irrappreżentata inizjalment minn G. Aguillaume Gandasegui u P. Linde Puelles, sussegwentement minn A. Salerno u M. Di Stefano, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)</HT>, irrappreżentat minn J. F. Crespo Carrillo, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><?PAGE NO="II-2555"?><AGAINST>il-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali, huwa</AGAINST><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">José María Padilla Requena,</HT> residenti f’Santa Eulalia (Spanja), irrappreżentat minn J. F. Gallego Jiménez u J. R. Gil Cantons, avukati,</P></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-<DATE ISO="20080301">1 ta’ Marzu 2008</DATE> (Każ R 516/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eugenia Montero Padilla u José María Padilla Requena,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn I. Pelikánová (Relatur), President, K. Jürimäe u S. Soldevila Fragoso, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta tal-UASI, ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta tal-intervenjent, ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20081114">14 ta’ Novembru 2008</DATE>,</VISA><?PAGE NO="II-2556"?><VISA>wara li rat id-digriet tat-<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE>, li ammetta li r-rikorrenti għall-benefiċċju tal-għajnuna legali,</VISA><VISA>wara li rat li ma saritx talba għall-iffissar ta’ seduta ppreżentata mill-partijiet fit-termini previsti, u għaldaqstant iddeċidiet, fuq rapport tal-Imħallef Relatur u skont l-Artikolu 135a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tagħti deċiżjoni mingħajr ma tgħaddi għall-fażi orali tal-proċedura,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20020912">12 ta’ Settembru 2002</DATE>, l-intervenjent, José María Padilla Requena ppreżenta applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-<DATE ISO="19931220">20 ta’ Diċembru 1993</DATE> dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif emendat [issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1993">ĠU L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>)].</TXT></NP><?PAGE NO="II-2557"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>It-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija s-sinjal verbali JOSE PADILLA.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-prodotti u s-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jaqgħu fil-klassijiet 9, 25 u 41 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif irrivedut u emendat, u jikkorrispondu, għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, għad-deskrizzjoni li ġejja: :</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>klassi 9: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Diski għal reġistrazzjoni tal-ħoss, kumpatti u manjetiċi; tejps manjetiċi, kassetts; tepjps tal-vidjo<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 25 : <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ħwejjeġ, żraben, kpiepel<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 41: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Edukazzjoni; taħriġ; divertiment; attivitajiet kulturali, b’mod speċifiku kitba, kompożizzjoni, reġistrazzjoni u attività mużikali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja ġiet ippubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Bulettin tat-Trade Marks Komunitarji</HT> Nru 64/03, tal-<DATE ISO="20030804">4 ta’ Awwissu 2003</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE>, ir-rikorrenti, Eugenia Montero Padilla, ressqet oppożizzjoni, skont l-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 40/94, (li sar l-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 207/2009), kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għall-prodotti u s-servizzi msemmija fil-punt 3 iktar ’il fuq.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2558"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-oppożizzjoni kienet ibbażata fuq id-drittijiet preċedenti li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>it-trade marks verbali Spanjoli JOSE PADILLA Nri 2427480 u 2476324, li l-applikazzjonijiet tagħhom għal reġistrazzjoni saru rispettivament fit-<DATE ISO="20010928">28 ta’ Settembru 2001</DATE> u fis-<DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, għal servizzi u għal prodotti li jaqgħu rispettivament fil-klassi 41 u fil-klassi 9;</P></ITEM><ITEM><P>it-trade mark li għandha reputazzjoni JOSE PADILLA;</P></ITEM><ITEM><P>it-trade mark magħrufa JOSE PADILLA;</P></ITEM><ITEM><P>id-drittijiet marbuta mas-sinjal JOSE PADILLA użat fil-kummerċ.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-oppożizzjoni tirrigwarda l-prodotti u s-servizzi kollha koperti mill-applikazzjoni għal trade mark.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-raġunijiet invokati insostenn tal-oppożizzjoni kienu dawk stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(a) u (b), fl-Artikolu 8(2)(ċ), u fl-Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(a) u (b), l-Artikolu 8(2)(c), u l-Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009].</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20070209">9 ta’ Frar 2007</DATE>, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ċaħdet l-oppożizzjoni għar-raġuni li l-eżistenza ta’ trade marks Spanjoli preċedenti kif ukoll l-użu tal-isem José Padilla bħala trade mark u r-reputazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma ġewx ipprovati u li d-drittijiet li fuqhom tibbaża ruħha r-rikorrenti bħala sinjal preċedenti użat fil-kummerċ ma jistgħux jiġu invokati fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2559"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20070404">4 ta’ April 2007</DATE>, ir-rikorrenti appellat quddiem l-UASI, skont l-Artikoli 57 sa 62 tar-Regolament Nru 40/64 (li saru l-Artikoli 58 sa 64 tar-Regolament Nru 207/2009), mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20080301">1 ta’ Marzu 2008</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), it-Tieni Bord tal-Appell ċaħad l-appell. B’mod partikolari, huwa kkunsidra li r-rikorrenti ma kinitx ipproduċiet il-prova tar-reġistrazzjoni tat-trade mark nazzjonali preċedenti, u lanqas il-prova tal-użu, fis-sens tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94, li hija kellha tipproduċi, tad-drittijiet preċedenti invokati.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 9, 25 u 41.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="II-2560"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-UASI jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-intervenjent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors u tikkonferma d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi, ibbażati, l-ewwel nett, fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>effetti ġuridiċi tad-deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, it-tieni nett, fuq ksur tal-Artikolu 4 u tal-Artikolu 7(1)(a), (b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 [i saru l-Artikolu 4 u l-Artikolu 7(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009], it-tielet nett, fuq ksur tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009], ir-raba’ nett, fuq ksur tal-Artikolu 8(1) u (5) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009] u, il-ħames nett, fuq ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009].</TXT></NP><?PAGE NO="II-2561"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>effetti ġuridiċi tad-deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tippermetti lill-intervenjent jipprojbilha l-użu tal-isem José Padilla fil-kuntest tal-użu tad-drittijiet tagħha ta’ proprjetà intellettwali.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkritika lill-Bord tal-Appell li ma ħax biżżejjed inkunsiderazzjoni l-importanza tal-indikazzjoni tal-isem tal-awtur ta’ xogħol għall-użu ekonomiku ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Konsegwentement, il-Bord ta’ Appell kiser l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32), li jistabbilixxi preżunzjoni ta’ min għandu d-dritt tal-awtur. Skont ir-rikorrenti, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-użu tajjeb tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li hija għandha fuq ix-xogħol taz-ziju tagħha huwa suġġett għall-indikazzjoni tal-isem José Padilla fuq il-mezzi fonografiċi u awdjoviżivi kollha, kif ukoll fir-reklamar jew fil-programmi ta’ kunċert.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tispeċifika li hija ma tistax tinvoka l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 207/2009) li huwa intiż, b’mod partikolari, għall-protezzjoni tat-terzi li jużaw l-isem tiegħu fil-kummerċ, sa fejn l-isem José Padilla huwa dak taz-ziju tagħha u mhux l-isem tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2562"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-UASI jsostni li d-Direttiva 2004/48 ġiet adottata wara d-data tal-preżentata tal-oppożizzjoni u li dan il-motiv huwa inammissibbli skont l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, moqri flimkien mal-Artikolu 135(4) tal-istess regolament, li jgħid li s-sottomissjonijiet tal-partijiet ma jistgħux ibiddlu s-suġġett tal-kontroversja quddiem il-Bord tal-Appell.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-intervenjent iqis li l-użu tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma jipprekludix l-użu tal-isem José Padilla mir-rikorrenti, peress li din <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>tidentifika b’mod ċar<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> l-awtur tax-xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur li għandha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar illi rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 207/2009] huwa intiż li jistħarreġ il-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell. Fil-kuntest tal-imsemmi regolament, b’applikazzjoni tal-Artikolu 74 (li sar l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009), dan l-istħarriġ għandu jsir fid-dawl tal-kuntest fattwali u ġuridiku tal-kawża kif ġiet ippreżentata quddiem il-Bord tal-Appell (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20050201">1 ta’ Frar 2005</DATE>, SPAG vs UASI — Dann u Backer (HOOLIGAN), <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-57/03" PAGE.ECR="II-287" YEAR="2005">T-57/03, Ġabra p. II-287</REF.DOC.ECR>, punt 17, u l-ġurisprudenza ċċitata). Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali ma tistax tannulla jew temenda d-deċiżjoni li hija s-suġġett tar-rikors għal raġunijiet li jiġu esposti wara li din tkun ittieħdet (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20060511">11 ta’ Mejju 2006</DATE>, Sunrider vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-416/04 P" PAGE.ECR="I-4237" YEAR="2006">C-416/04 P, Ġabra p. I-4237</REF.DOC.ECR>, punt 55, u tat-<DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, UASI vs Kaul, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-29/05 P" PAGE.ECR="I-2213" YEAR="2007">C-29/05 P, Ġabra p. I-2213</REF.DOC.ECR>, punt 53).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 135(4) tar-Regoli tal-Proċedura, is-sottomissjonijiet tal-partijiet ma jistgħux ibiddlu s-suġġett tal-kontroversja quddiem il-Bord tal-Appell.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2563"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi eżaminat jekk ir-rikorrenti, meta allegat, għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali, li r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tippermetti lill-intervenjent li jipprojbilha l-użu tal-isem José Padilla fil-kuntest tal-użu tad-drittijiet tagħha ta’ proprjetà intellettwali, biddlitx is-suġġett tal-kontroversja.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm xi argumenti dwar il-portata tad-dritt esklużiv mogħti lill-intervenjent fil-każ ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ġew invokati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-appell tagħha quddiem il-Bord tal-Appell, dawn ġew invokati fil-kuntest ta’ motivi bbażati fuq l-eżistenza ta’ trade marks u ta’ sinjal preċedenti, imqajma insostenn ta’ appell li sar minn deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tad-<DATE ISO="20070209">9 ta’ Frar 2007</DATE>. Fil-fatt, kif intqal fil-punt 8 iktar ’il fuq, ir-raġunijiet invokati insostenn tal-oppożizzjoni kienu dawk imsemmija fl-Artikolu 8(1)(a) u (b), fl-Artikolu (8)(2)(ċ) u fl-Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, minn dan il-motiv, ir-rikorrenti, essenzjalment, titlob lill-Qorti Ġenerali tistħarreġ il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata fid-dawl tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 207/2009).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 40/94 u tar-regoli tal-proċedura mfakkra fil-punti 21 u 22 iktar ’il fuq, l-ewwel aggravju jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għall-kompletezza, għandu jiġi rrilevat li, anki jekk, kif tiddikjara r-rikorrenti, l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 207/2009) jippermetti lill-intervenjent, fil-każ ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, li jipprojbixxilha l-użu tal-isem ta’ José Padilla għall-finijiet tal-użu tad-drittijiet tagħha ta’ proprjetà intellettwali, dan ma jistax jaffettwa l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata, li tiċħad l-oppożizzjoni tar-rikorrenti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2564"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-raġunijiet li fuqhom oppożizzjoni tista’ tiġi bbażata, kif stabbiliti fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 207/2009], huma biss ir-raġunijiet relattivi għal rifjut, kif jinsabu fl-Artikolu 8 tal-istess regolament (sentenzi tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20030409">9 ta’ April 2003</DATE>, Durferrit vs UASI — Kolene (NU-TRIDE), <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-224/01" PAGE.ECR="II-1589" YEAR="2003">T-224/01, Ġabra p. II-1589</REF.DOC.ECR>, punt 72). Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 40/94 jiddefinixxi l-firxa tad-dritt mogħti mit-trade mark Komunitarja u, għaldaqstant, l-effetti tar-reġistrazzjoni ta’ din l-imsemmija trade mark, iżda ma jirrigwardax il-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni. Konsegwentement, l-imsemmi Artikolu 9 ma jagħmilx parti mill-kuntest ġuridiku li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mill-UASI meta jeżamina applikazzjoni għal reġistrazzjoni jew oppożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, għalkemm l-ewwel motiv ma kienx inammissibbli f’dan il-każ, kien hemm lok li jiġi miċħud bħala inapplikabbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet motivi, ibbażati rispettivament fuq ksur tal-Artikolu 4 u tal-Artikolu 7(10(a), (b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 u fuq ksur tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 40/94</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-isem Padilla ma għandux karattru suffiċjentement distint sabiex jippermetti lill-konsumaturi jiddistingwu l-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 9 u 41 fis-suq, peress li huwa isem komuni fi Spanja. Konsegwentement, il-Bord tal-Appell kiser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 40/94<?PAGE NO="II-2565"?> li bih is-sinjal użat għandu jippermetti li jiġi distint il-prodott jew is-servizz fis-suq, u dawk tal-Artikolu 7(1)(a), (b) u (ċ), li jipprojbixxu r-reġistrazzjoni ta’ sinjali li ma humiex konformi mal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, ta’ trade marks li ma għandhomx karattru distintiv, kif ukoll ir-reġistrazzjoni ta’ trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali li jistgħu jservu sabiex jindikaw karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni wkoll li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tmur kontra l-ordni pubbliku sa fejn hija tillimita l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur li l-istess rikorrenti għandha fuq ix-xogħlijiet taz-ziju tagħha u li r-reġistrazzjoni tagħha, għaldaqstant, tmur kontra l-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>L-UASI jqis li dawn il-motivi huma inammissibbli peress li ma tqajmux mir-rikorrenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, u lanqas quddiem il-Bord tal-Appell. Skont l-UASI, l-imsemmija motivi għandhom, konsegwentement, jiġu miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>L-intervenjenti ssostni li l-isem José Padilla jissodisfa l-kriterji kollha sabiex ikunu distinti l-prodotti u s-servizzi inkwistjoni u li ma jistax jiġi kkwalifikat bħala isem ġeneriku.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-intervenjent jikkunsidra li r-reġistrazzjoni tat-trade mark mitluba ma tmurx kontra l-ordni pubbliku u jispeċifika li l-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 40/94 ma huwiex applikabbli għall-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u barra minn hekk lanqas ma ġie invokat f’dan il-kuntest.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="II-2566"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni u t-tielet motivi, għandu jitfakkar li mill-formulazzjoni tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament Nru 40/94, kif ukoll mill-istruttura tal-Artikolu 42 u tal-Artikolu 43 tal-imsemmi regolament (li sar l-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 207/2009), jirriżulta li r-raġunijiet assoluti għal rifjut li hemm fl-Artikolu 7 tal-istess regolament (li sar l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 207/2009) ma għandhomx jiġu eżaminati fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni. Fil-fatt, ir-raġunijiet li fuqhom oppożizzjoni tista’ tkun ibbażata, kif stabbiliti fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament Nru 40/94, huma biss ir-raġunijiet relattivi għal rifjut kif imsemmija fl-Artikolu 8 tal-istess regolament. Barra minn hekk, il-proċedura ta’ reġistrazzjoni hija kkaratterizzata minn stadji differenti li jistgħu jinġabru kif ġej. L-ewwel nett, fil-kuntest tal-produra ta’ eżami, l-UASI jeżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk raġuni assoluta għal rifjut tipprekludix ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, skont l-Artikolu 38(1) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 37(1) tar-Regolament Nru 207/2009], u jekk dan ma huwiex il-każ, l-applikazzjoni għal trade mark tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 38(1) u l-Artikolu 40(1) tar-Regolament [li sar l-Artikolu 39(1) tar-Regolament Nru 207/2009]. Imbagħad, jekk titressaq oppożizzjoni f’terminu ta’ tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni tat-trade mark, skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament Nru 40/94, l-UASI jeżamina, fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, ir-raġunijiet relattivi għal rifjut invokati mill-opponent, skont l-Artikolu 74(1) <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>, tal-imsemmi regolament [li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009] [ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali NU-TRIDE, punt 72 iktar ’il fuq, u tat-<DATE ISO="20040630">30 ta’ Ġunju 2004</DATE>, BMI Bertollo vs UASI — Diesel (DIESELIT), <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-186/02" PAGE.ECR="II-1887" YEAR="2004">T-186/02, Ġabra p. II-1887</REF.DOC.ECR>, punt 71].</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi rrilevat li għalkemm l-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 40(1) tar-Regolament Nru 207/2009] jippermetti lil terzi jressqu osservazzjonijiet quddiem l-UASI fir-rigward, b’mod partikolari, tar-raġunijiet assoluti għal rifjut, jibqa’ l-fatt li mill-proċess ma jirriżultax li r-rikorrenti kienet, f’dan il-każ, ippreżentat dawn l-osservazzjonijiet rigward l-Artikolu 7(1)(f) tal-istess regolament lill-UASI. Barra minn hekk, anki jekk dan kien il-każ, l-effetti ta’ tali osservazzjonijiet ikunu limitati għal li l-UASI jevalwa jekk hemmx lok li tinfetaħ mill-ġdid il-proċedura ta’ eżami sabiex tiġi vverifikata jekk ir-raġuni assoluta għal rifjut<?PAGE NO="II-2567"?> invokata mir-rikorrenti tipprekludix ir-reġistrazzjoni tat-trade mark mitluba. Minn dan isegwi li ma huwiex fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni li l-UASI għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet ta’ terzi ppreżentati skont l-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 40/94, u dan jibqa’ hekk ukoll anki jekk dawn il-kummenti kienu ġew ippreżentati lilha (sentenza NU-TRIDE, punt 73 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, la l-Artikolu 4, la l-Artikolu 7(1)(a), (b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94, u lanqas l-Artikolu 7(1)(f) tal-istess regolament ma jinsabu fost id-dispożizzjonijiet li taħthom il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi evalwata.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tieni u t-tielet motivi għandhom jiġu miċħuda</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(1) u (5) tar-Regolament Nru 40/94</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-isem José Padilla jikkostitwixxi trade mark preċedenti magħrufa, li r-rikorrenti stess hija l-proprjetarja tagħha, li għandha, konsegwentement, ikollha protezzjoni li tiġġustifika li applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali JOSE PADILLA bħala trade mark tiġi miċħuda.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2568"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tallega li l-Bord tal-Appell kien żbaljat meta kkunsidra li d-dokumenti pprovduti juru l-prestiġju, il-fama u r-reputazzjoni li kien igawdi minnha l-kompożitur li miet, iżda bl-ebda mod ma juru r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>r-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, li interpreta ħażin il-provi li hija kienet ipproduċiet rigward il-volum tal-bejgħ, it-tul, l-intensità jew il-portata ġeografika tal-użu tat-trade mark preċedenti u li ma analizzax fid-dettall id-dokumenti kollha għal raġunijiet ta’ ekonomija tal-ġudizzju, għalkemm l-imsemmija dokumenti setgħu juru r-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li teżisti identiċità perfetta bejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u t-trade mark preċedenti magħrufa, li ntużat kontinwament mill-ħolqien tax-xogħlijiet, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, fil-kummerċ, u għalhekk hemm probabbiltà ta’ konfużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>L-UASI jqis li r-rikorrenti qed tikkonfondi r-reputazzjoni tal-kompożitur, li huwa ma jikkontestax, mal-użu ta’ ismu bħala trade mark.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Skont l-UASI, anki jekk ix-xandir ta’ melodiji tal-kompożitur fuq ir-radju, it-televiżjoni jew fiċ-ċinema jista’ jikkostitwixxi l-użu ta’ trade mark, huma biss il-melodija, it-titolu tal-kanzunetta jew l-isem tal-artista ta’ din il-kanzunetta li huma marbuta mat-trade mark. Huwa jsostni li l-pubbliku jassoċja melodija mal-kompożitur tagħha b’mod eċċezzjonali biss, kif muri minn ċerti riċerki li saru fuq l-Internet. Għaldaqstant l-UASI jqis li r-rikorrenti ma pprovat ebda użu kummerċjali tal-isem José Padilla bħala trade mark.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-UASI jirrikonoxxi li l-formulazzjoni dwar in-nuqqas ta’ eżami eżawrjenti tad-dokumenti prodotti mir-rikorrenti għal raġunijiet ta’ ekonomija proċedurali hija stramba u xi ftit konfuża, iżda din il-formulazzjoni ma tindikax kontradizzjoni jew nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn id-dokumenti ġew evalwati f’parametri definiti b’mod ċar, bħas-sehem mis-suq miżmum mit-trade mark, l-intensità, il-firxa ġeografika u t-tul tal-użu tagħha u l-ammont ta’ investimenti li saru<?PAGE NO="II-2569"?> sabiex jippromwovuha. Peress li r-rikorrenti ma ressqet ebda dokument li għandu informazzjoni dwar l-imsemmija parametri, l-UASI jqis li l-użu tal-isem José Padilla bħala trade mark ma ntweriex. B’mod partikolari, la l-użu tal-imsemmi isem fil-krediti ta’ films, la l-qoxriet ta’ CD (diska kompatta), la listi ta’ muntaġġ ta’ sekwenzi mużikali (cue sheets), la l-bolol li għandhom wiċċ il-kompożitur, la l-ħolqien ta’ dar bħala mużew, u lanqas id-dikjarazzjoni ta’ interess universali tax-xogħol, tal-kompożitur li miet, mill-Organizzazzjoni għall-edukazzjoni, xjenza u kultura tan-Nazzjonijiet Uniti (UNESCO) ma juru l-użu tal-isem José Padilla bħala trade mark. Konsegwentement, l-UASI jsostni li l-imsemmi isem għandu biss użu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>istituzzjonali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> mir-rikorrenti u mhux użu kummerċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-UASI jsostni li l-isem José Padilla jintuża biss sabiex jidentifika l-awtur ta’ kompożizzjonijiet mużikali u mhux sabiex jiddistingwi l-oriġini kummerċjali tal-prodotti u tas-servizzi inkwistjoni. Konsegwentement, ma tistax tiġi dedotta, mir-reputazzjoni tal-kompożitur, l-eżistenza ta’ użu tal-isem tiegħu bħala trade mark magħrufa sew. Tali użu ma jirriżulta minn ebda wieħed mid-dokumenti prodotti mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>L-intervenjent jirrileva li r-rikorrenti ma pproduċietx il-prova tal-eżistenza ta’ trade mark irreġistrata, li hija proprjetarja tagħha, lanqas ta’ trade mark preċedenti magħrufa sew.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94, sa fejn ir-rikorrenti kellha l-intenzjoni li tinvoka r-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti JOSE PADILLA, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandu jitfakkar li, skont<?PAGE NO="II-2570"?> il-ġurisprudenza, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94, li juża l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>lil dawk li għalihom tkun reġistrata it-trade mark preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jirriżulta illi din id-dispożizzjoni ma tapplikax għat-trade marks preċedenti skont l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament ħlief fejn dawn ikunu ġew irreġistrati [sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE>, Mülhens vs UASI — Minoronzoni (TOSCA BLU), <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-150/04" PAGE.ECR="II-2353" YEAR="2007">T-150/04, Ġabra p. II-2353</REF.DOC.ECR>, punt 55 ; ara wkoll, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19990914">14 ta’ Settembru 1999</DATE>, General Motors, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-375/97" PAGE.ECR="I-5421" YEAR="1999">C-375/97, Ġabra p. I-5421</REF.DOC.ECR>, punt 23, u tat-<DATE ISO="20031023">23 ta’ Ottubru 2003</DATE>, Adidas-Salomon u Adidas Benelux, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-408/01" PAGE.ECR="I-12537" YEAR="2003">C-408/01, Ġabra p. I-12537</REF.DOC.ECR>, punt 22].</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Konsegwentement, kuntrarjament għall-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, li jippermetti, fir-rigward ta’ prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu, l-oppożizzjoni bbażata fuq trade marks li għalihom ebda prova ta’ reġistrazzjoni ma tkun ġiet prodotta, iżda li huma magħrufa sew skont l-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni ta’ Proprjetà Industrijali, tal-<DATE ISO="18830320">20 ta’ Marzu 1883</DATE>, kif irriveduta u emendata (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Konvenzjoni ta’ Pariġi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 jipproteġi biss, fir-rigward ta’ prodotti jew ta’ servizzi li ma jixxibhux, it-trade marks magħrufa sew skont l-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi li għalihom tkun ġiet prodotta prova ta’ reġistrazzjoni (sentenza TOSCA BLU, punt 56 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-prova tar-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti JOSE PADILLA, invokata mir-rikorrenti, ma ġietx madankollu prodotta. Għandu jiġi enfasizzat, f’dan ir-rigward, li r-rikorrenti ma bbażatx ruħha, fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, fuq it-trade marks nazzjonali preċedenti registrati li hija kienet invokat quddiem l-UASI (ara l-punt 6 hawn fuq), iżda sempliċement qed issostni li t-trade mark JOSE PADILLA hija magħrufa sew.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 huwa miċħud.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2571"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94, għar-raġuni li l-Bord tal-Appell b’mod żbaljat ikkunsidra li d-dokumenti prodotti ma jurux ir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti JOSE PADILLA, għandu jitfakkar li skont l-Artikolu 8(2)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94, għall-finijiet tal-Artikolu 8(2)(ċ) tal-istess regolament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>trade marks preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> huma trade marks li, fid-data tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, jew, jekk ikun il-każ, fid-data tal-prijorità invokata insostenn tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, huma magħrufa sew fi Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, l-Istati Membri ta’ din il-konvenzjoni jimpenjaw ruħhom kemm <HT TYPE="ITALIC">ex officio,</HT> jekk il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż tippermetti dan, kemm fuq talba tal-interessat, li jirrifjutaw jew jinvalidaw ir-reġistrazzjoni u li jipprojbixxu l-użu ta’ trade mark li tikkostitwixxi r-riproduzzjoni, l-imitazzjoni jew it-traduzzjoni, li tista’ toħloq konfużjoni, ta’ trade mark li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta’ reġistrazzjoni jew ta’ użu tqis li hija magħrufa sew kif inhi diġà t-trade mark ta’ persuna aċċettata sabiex tibbenefika minn din il-konvenzjoni u użata għal prodotti identiċi jew li jixxiebhu.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Għalhekk huwa obbligu tar-rikorrenti li tipproduċi l-prova li, fid-data tal-preżentata tat-trade mark, it-trade mark preċedenti JOSE PADILLA invokata minnha kienet magħrufa sew fi Stat Membru u użata għal prodotti simili jew identiċi għal dawk indikati mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, ir-rikorrenti ma ressqitx provi li jistgħu jagħtu informazzjoni dwar l-użu tal-isem José Padilla bħala trade mark. Fil-fatt, għalkemm id-dokumenti prodotti mir-rikorrenti jirriflettu s-suċċess tal-mużika komposta minn José Padilla, kif ukoll ir-reputazzjoni u l-fama tiegħu bħala kompożitur, jibqa’ l-fatt li ma dawn huma biss indikazzjonijiet ta’ natura artistika tax-xogħol mużikali tal-kompożitur li miet u mhux indikazzjonijiet dwar l-oriġini kummerċjali tal-prodotti u tas-servizzi<?PAGE NO="II-2572"?> li huma kkummerċjalizzati b’riferiment għall-isem José Padilla, inklużi films, DVD (Digital Versatile Disc) jew ta’ programmi tat-televiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-eżempji ċċitati tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>użu ekonomiku u kummerċjali kunsiderevoli<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tax-xogħlijiet ta’ José Padilla skont ir-rikorrenti ma jistgħux jistabbilixxu użu ta’ dan l-isem bħala trade mark. Ir-rikorrenti ssostni li dan l-użu kien jikkonsisti fil-pubblikazzjoni ta’ wħud mill-ispartiti tal-mużika ta’ dan il-kompożitur, l-interpretazzjoni tax-xogħlijiet tiegħu fuq mezzi fonigrafiċi u awdjoviżivi (CD u DVD), l-inklużjoni tal-mużika tiegħu fil-kolonni sonori tal-films, il-produzzjoni ta’ prodotti tat-tessuti assoċjati ma’ José Padilla u l-mużew iddedikat lilu u l-ittikkettjar ta’ nbid bil-tikketta li għandha l-isem inkwistjoni. Issa, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kuntest ta’ dawn l-attivitajiet kollha, l-użu tal-isem José Padilla ma sarx għall-finijiet li tiġi permessa l-identifikazzjoni tal-oriġini kummerċjali ta’ dawn il-prodotti. Fil-fatt, il-pubbliku rilevanti ċertament ma ħasibx li s-CD, id-DVD, il-prodotti tessili u l-inbid kienu prodotti minn José Padilla jew minn impriża li għandha dan l-isem, iżda jew li l-produtturi tas-CD u d-DVD għamlu riproduzzjoni ta’ xogħol ta’ Josè Padilla, jew li l-prodotti tessili u l-inbid li għandhom ismu jew immaġni tiegħu huwa ddestinati li jagħtuh unur. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma pproduċiet ebda prova li tista’ tistabbilixxi s-sehem mis-suq miżmum mill-allegata trade mark magħrufa JOSE PADILLA, l-intensità u l-firxa ġeografika tal-użu tagħha, kif ukoll l-ammont tal-investimenti li saru fil-promozzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-rikorrenti ma pprovatx l-użu tal-isem José Padilla bħala trade mark u li l-Bord tal-Appell, meta adotta, fil-punt 16 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-raġunijiet tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, seta’ jikkonkludi ġustament li d-dokumenti prodotti juru biss ir-reputazzjoni tal-kompożitur li miet u l-użu tal-isem tiegħu sabiex jiġi identifikat l-awtur ta’ kompożizzjonijiet mużikali, mhux l-użu ta’ dan l-isem bħala trade mark.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2573"?><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti dwar in-nuqqas mill-Bord tal-Appell li jeżamina d-dokumenti kollha prodotti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>għal raġunijiet ta’ ekonomija tal-ġudizzju<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, mill-punt 7 tad-deċiżjoni kkontestata, liema deċiżjoni tiġbor fil-qosor ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li l-Bord tal-Appell adotta, jirriżulta li l-Bord tal-Appell evalwa d-dokumenti kollha sottomessi mir-rikorrenti qabel ma kkonkluda, ġustament, li dawn id-dokumenti ma kinux relatati mal-użu tal-isem ta’ José Padilla bħala trade mark u għalhekk kienu irrilevanti. Għalhekk l-UASI ma jistax jiġi kkritikat li ma ħax debitament inkunsiderazzjoni l-provi prodotti mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-raba’ motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-isem José Padilla huwa użat fil-kummerċ peress li l-isfruttament ta’ xogħol mużikali jikkostitwixxi attività ekonomika. F’dan il-każ, din l-attività hija ta’ portata internazzjonali u mhux purament lokali. Hija tqis, barra minn hekk, li d-drittijiet tal-awtur jistgħu jikkostiwixxu limitu għall-użu ta’ trade mark skont id-dritt Spanjol u d-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2574"?><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>L-UASI jsostni li d-dritt għall-isem ma huwiex dritt preċedenti msemmi fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94 u li jista’ jservi biss sabiex issir talba għal dikjazzjoni ta’ invalidità ta’ trade mark irreġistrata u mhux sabiex isiru proċedimenti ta’ oppożizzjoni. Barra minn hekk, id-dritt Spanjol ma jirrikonoxxix it-trade marks mhux irreġistrati, kuntrarjament għal dak li tallega r-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-UASI jqis li l-interpretazzjoni li r-rikorrenti tat tal-Artikolu 9(1) tal-Ley de marcas (Liġi Spanjola dwar it-Trade Marks), dwar il-projbizzjoni għal individwu milli juża l-isem ċivili tiegħu bħala trade mark, peress li dan l-isem jidentifika persuna oħra magħrufa mill-pubbliku, huwa diffiċilment kompatibbli mal-fatt li l-intervenjent huwa l-proprjetarju tat-trade mark Spanjola JOSE PADILLA, trade mark irreġistrata fl-<DATE ISO="20000701">1 ta’ Lulju 2000</DATE> bin-numru <FT TYPE="NUMBER">2272097</FT>, għal prodotti fil-klassi 9.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>L-intervenjent jenfasizza li r-rikorrenti ma pproduċietx il-prova tal-karattru distintiv tal-isem José Padilla, peress li ġie użat għall-finijiet li jiġi indikat l-awtur ta’ kompożizzjonijiet mużikali u mhux bħala trade mark.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fir-rigward, l-ewwel nett, tal-protezzjoni tad-dritt għall-isem bħala sinjal użat fil-kummerċ u li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali, għandu jiġi kkonstatat li, kif enfasizzat ġustament ir-rikorrenti, l-isem José Padilla ma huwiex tagħha u li għalhekk hija ma għandhiex dritt fuq dak l-isem. Għaldaqstant, hija ma tistax tallega tali protezzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2575"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, sakemm ir-rikorrenti kellha l-intenzjoni tinvoka ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94, skont id-dritt għall-isem, il-ħames motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fir-rigward, insegwitu, tal-protezzjoni li għandha tingħata lid-drittijiet tal-awtur li hija għandha fuq ix-xogħlijiet taz-ziju tagħha, għandu jiġi kkunsidrat li d-dritt tal-awtur ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>sinjal [...] li huwa wżat fil-kummerċ<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94. Fil-fatt, mill-istruttura tal-Artikolu 52 tar-Regolament (li sar l-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 207/2009) jirriżulta li dritt tal-awtur ma huwiex sinjal bħal dan. Din id-dispożizzjoni tipprovdi, fl-Artikolu 52(1)(ċ) [li sar l-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009], li trade mark Komunitarja tiġi ddikjarata invalida meta jeżisti d-dritt preċedenti msemmi fl-Artikolu 8(4) u li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu jiġu sodisfatti. L-Artikolu 52(2)(ċ) [li sar l-Artikolu 53(2)(c) tar-Regolament Nru 207/2009] jiddisponi li trade mark Komunitarja tiġi ddikjarata nulla wkoll jekk l-użu tagħha jista’ jiġi pprojbit taħt dritt <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ieħor<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> preċedenti u b’mod partikolari taħt dritt tal-awtur. Minn dan isegwi li d-dritt tal-awtur ma huwiex parti mid-drittijiet preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dak li jirrigiwarda, fl-aħħar nett, l-użu tal-isem José Padilla fil-kuntest tal-bejgħ, mir-rikorrenti, ta’ tessuti u ta’ nbid li għandhom l-isem ta’ José Padilla, in-nuqqas totali ta’ provi li juru l-pożizzjoni u d-daqs ta’ attività ekonomika bħal din diġà ġie rrilevat fil-punt 55 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94 għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Għall-kompletezza, għandu jiġi miċħud ukoll l-argument tar-rikorrenti dwar il-limitu li jikkostitwixxu, skont id-dritt nazzjonali u d-dritt tal-Unjoni, id-drittijiet li hija għandha fir-rigward tal-użu ta’ trade mark iktar reċenti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2576"?><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Minn naħa, ir-rikorrenti ma pprovatx li d-dritt Spanjol jippermetti lill-proprjetarji ta’ drittijiet tal-awtur jipprojbixxu l-użu ta’ trade mark iktar reċenti. Għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli abbażi tar-riferiment li tagħmel din id-dispożizzjoni kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-qrati tal-Istat Membru kkonċernat [ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Last Minute Network vs UASI — Last Minute Tour (LAST MINUTE TOUR), <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-114/07+T-115/07" PAGE.ECR="II-1919" YEAR="2009">T-114/07 u T-115/07, Ġabra p. II-1919</REF.DOC.ECR>, punt 47, u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20090324">24 ta’ Marzu 2009</DATE>, Moreira da Fonseca vs UASI — General Óptica (GENERAL OPTICA), <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-318/06+T-319/06+T-320/06+T-321/06" PAGE.ECR="II-663" YEAR="2009">T-318/06 sa T-321/06, Ġabra p. II-663</REF.DOC.ECR>, punti 32 u 34]. Issa, f’dan il-każ, mill-proċess jirriżulta li r-rikors għal invalidità ppreżentat mir-rikorrenti kontra t-trade mark Spanjola JOSE PADILLA, li l-intervenjent huwa proprjetarju tagħha kien ibbażat, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fuq id-drittijiet tal-awtur li hija kellha. Dan ir-rikors kien ġie miċħud permezz tas-sentenza Nru 523/2002 tal-Juzgado de Primera Instancia de Palma de Mallorca (Qorti tal-ewwel istanza ta’ Palma de Mallorca, Spanja) tad-<DATE ISO="20041029">29 ta’ Ottubru 2004</DATE>, liema sentenza saret finali.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward id-dritt tal-Unjoni, huwa suffiċjenti f’dan il-każ li jiġi rrilevat li, fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni, id-drittijiet tal-awtur ma jistgħux jiġu invokati sabiex issir oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja, kif ġie spjegat fil-punt 65 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-drittijiet tal-awtur li għandha r-rikorrenti fuq ix-xogħlijiet ta’ José Padilla ma jistgħux jostakolaw ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja la taħt id-dritt Spanjol u lanqas taħt id-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-ħames motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2577"?><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rikors għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu, mingħajr ma jkun neċessarju li jkun hemm deċiżjoni fuq it-tieni kap tat-talbiet tar-rikorrenti sa fejn il-Qorti Ġenerali hija mitluba tirrifjuta li tirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 9, 25 u 41.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq lspejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-UASI u mill-intervenjent.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="II-2578"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Eugenia Montero Padilla għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ José María Padilla Requena.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Pelikánová</P><P>Jürimäe</P><P>Soldevila Fragoso</P><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>.</P><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>