European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2109

18.9.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2109

tas-17 ta’ Settembru 2026

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2026) 6659)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) hija marda virali infettiva fl-għasafar li tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam, u dan jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. Il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi hija theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-istabbilimenti fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq, b’mod partikolari matul il-passa tal-ħarifa u tar-rebbiegħa tal-għasafar li jpassu meta dawn l-għasafar ikunu jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI fl-istabbilimenti fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinxtered fi stabbilimenti oħra bħal dawn.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, fosthom l-HPAI. B’mod partikolari, l-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment, l-awtorità kompetenti trid tistabbilixxi minnufih żona ristretta li tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 (3) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni b’rabta mat-tifqigħat tal-HPAI.

(4)

B’mod partikolari, l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jipprevedu li b’segwitu għat-tifqigħat tal-HPAI, iż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 iridu jkunu jinkludu tal-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, u l-miżuri li għandhom jiġu applikati f’dawk iż-żoni, f’konformità ma’ dak ir-Regolament Delegat, iridu jinżammu tal-anqas sad-dati stabbiliti f’dak l-Anness.

(5)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/2056 (4) wara tifqigħat tal-HPAI fil-Bulgarija u Franza fi stabbilimenti fejn jinżamm il-pollam.

(6)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/2056, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat oħrajn tal-HPAI, fi stabbilimenti fejn jinżamm il-pollam, fid-Dipartiment ta’ Maine-et-Loire.

(7)

B’segwitu għal dawk it-tifqigħat riċenti, Franza ħadet il-miżuri għall-kontroll tal-mard meħtieġa f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar it-tifqigħat.

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ħadet Franza, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u taż-żoni ta’ sorveljanza stabbiliti b’segwitu għal dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI f’dak l-Istat Membru jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbilimenti fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat.

(9)

Sabiex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u biex tiġi evitata kull impożizzjoni ta’ ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ min-naħa tal-pajjiżi terzi, jeħtieġ jiġu stabbiliti mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni ma’ Franza, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu emendati ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għal Franza fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447, biex jitqiesu l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dak l-Istat Membru wara t-tifqigħat il-ġodda tal-HPAI fih, kif ukoll id-durata meħtieġa tal-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tiġi emendata kif xieraq.

(12)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li għandhom isiru b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2026.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/2056 tat-8 ta’ Settembru 2026 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2026/2056, 10.9.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2056/oj).


ANNESS

“

ANNESS

Parti A

Żoni ta’ protezzjoni msemmija fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:

Stat Membru: Il-Bulgarija

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli

Ir-reġjun ta’ Plovdiv

BG-HPAI(P)-2026-00011

The following village in Rakovski municipality:

—

Rakovski

27.9.2026

Stat Membru: Franza

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli

Département: Maine-et-Loire (49)

FR-HPAI(P)-2026-00021

FR-HPAI(P)-2026-00022

FR-HPAI(P)-2026-00023

BRION (EST DE L’AUTOROUTE A85)

CUON

JUMELLES (EST DE L’AUTOROUTE A85)

LA LANDES-CHASLES

MOULIHERNE

LINIÈRES-BOUTON (OUEST DE LA ROUTE DE L’ÉTANG ET AU SUD DE LA D62)

30.9.2026

Parti B

Żoni ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:

Stat Membru: Il-Bulgarija

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli

Ir-reġjun ta’ Plovdiv

BG-HPAI(P)-2026-00011

The following villages in Rakovski municipality:

—

Shishmantsi

—

Bolyarino

—

Momino selo

—

Strayama

The following villages in Maritsa municipality:

—

Manolsko Konare

—

Yasno pole

The following villages in Brezovo municipality:

—

Padarsko

—

Borets

—

Otets Kirilovo

—

Drangovo

The following village in Kaloyanovo municipality:

—

Glavatar

6.10.2026

The following village in Rakovski municipality:

—

Rakovski

28.9.2026 – 6.10.2026

Stat Membru: Franza

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli

Département: Maine-et-Loire (49)

FR-HPAI(P)-2026-00021

FR-HPAI(P)-2026-00022

FR-HPAI(P)-2026-00023

BOCÉ

CHARTRENÉ

LE GUÉDENIAU

LE VIEIL-BAUGÉ

BEAUFORT-EN-VALLÉE

BLOU

FONTAINE-GUÉRIN

LES BOIS D’ANJOU (SUD DE L’AUTOROUTE A85)

LONGUÉ-JUMELLES (OUEST DE L’AUTOROUTE A85)

AUVERSE

LASSE

LINIÈRES-BOUTON (EST DE LA ROUTE DE L’ÉTANG)

MÉON

NOYANT (OUEST DE L’AVENUE DE LA GARE ET AU SUD DE LA D141 (ROUTE DE GENNETEIL))

PARCAY-LES-PINS

LA PELERINE

SAINT-PHILBERT-DU-PEUPLE

VERNANTES

VERNOIL-LE-FOURRIER

9.10.2026

BRION (EST DE L’AUTOROUTE A85)

CUON

JUMELLES (EST DE L’AUTOROUTE A85)

LA LANDES-CHASLES

MOULIHERNE

LINIÈRES-BOUTON (OUEST DE LA ROUTE DE L’ÉTANG ET AU SUD DE LA D62)

1.10.2026 – 9.10.2026

Stat Membru: L-Iżvezja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli

SE-HPAI(P)-2026-00003

The area of the parts of the municipalities of Tanum and Strömstad extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of 10 kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 58.807525 and E 11.194736

16.9.2026

Those parts of the municipality of Tanum contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 58.807525 and E 11.194736

8.9.2026 – 16.9.2026

Parti C

Żoni ristretti ulterjuri msemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:

Stat Membru: l-ebda

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli

 

 

”

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2109/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)