Official Journal L 338 , 09/12/1997 P. 0007 - 0007
Deċiżjoni tal-kunsill tat-28 ta’ Novembru 1997 fuq l-implimentazzjoni ta’ Pożizzjoni Komuni 95/544/CFSP fuq in-Niġerja (97/820/CFSP) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu J.2 tiegħu, Billi fl-4 ta’ Diċembru 1995 il-Kunsill iddefinixxa, fuq il-bażi ta’ l-Artikolu J.2 tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, Pożizzjoni Komuni 95/544/ CFSP fuq in-Niġerja [1]; Billi l-Pożizzjoni Komuni 95/544/ CFSP kienet estiża sa l-1 ta’ Novembru 1998 mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/821/ CFSP [2]; Billi ċerti linji gwida għandhom ikunu previsti għall-implimentazzjoni tal-pożizzjoni komuni msemmija qabel, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 1. L-Istati Membri ta’ l-Unjoni jistgħu jagħtu viżas lil kwalunkwe ċittadin Niġerjan li qed jipparteċipa f’konferenza internazzjonali fit-territorju tagħhom, partikolarment għal laqgħat fil-qafas tar-Raba’ ACP-KE Konvenzjoni, iffirmata l-Loma fil-15 ta’ Diċembru 1989. 2. L-Istati Membri, waqt li huma xewqana li jonoraw l-intrapriżi internazzjonali tagħhom, jistgħu jippermettu eċċezzjonijiet għall-paragrafu 1 tal-Pożizzjoni Komuni 95/544/ CFSP: - Skond id-dispożizzjonijiet ta’ ftehim tal-kwartieri ġenerali, - sabiex jkomplu jsegwu intrapriżi li kienu daħlu għalihom qabel l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni fl-1995, partikolarment fir-rigward ta’ eventi sportivi organizzati minn federazzjonijiet ta’ l-isports internazzjonali, jiġifieri t-Tazza tad-Dinja tal-Futbol ta’ l-1998 u partiti tal-futbol diġà organizzati bħala preparazzjoni għal dan, kif ukoll il-Kampjunat Dinji tal-Baskitbol ta’ l-1998. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-federazzjonijiet ta’ l-isports tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni. 3. Eċċezzjonijiet għal paragrafu 1 tal-Pożizzjoni Komuni 95/544/CFSP jistgħu wkoll jiġu permessi fuq raġunijiet umanitarji urġenti. Artikolu 2 Viżas għandhom jiġu mogħtija biss fuq bażi individwali, wara notifikazzjoni bil-quddiem lill-Istati Membri kollha. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Magħmula fi Brussell, fit-28 ta’ Novembru 1997. Għall-Kunsill Il-President G. Wohlfart [1] ĠU L 309, tal-21.12.1995, p. 1. [2] ĠU L 338, tad-9.12.1997, p. 8. --------------------------------------------------