|
6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
377 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 856/2005
tas-6 ta' Ġunju 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 fir-rigward tat-tossini tal-Fusarium
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat- 8 ta' Frar ta’ l 1993 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità għal sustanzi li jikkontaminaw l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 (2) jipprovdi għal-livelli massimi għal ċerti sustanzi li jikkontaminaw l-oġġetti ta’ l-ikel. |
|
(2) |
Ċerti Stati Membri adottaw jew għandhom pjan li jadottaw livelli masimi tat-tossini tal-Fusarium, bħal deoxynivalenol (DON), zearalenone (ZEA) u fumonisini f’ċerti oġġetti ta’ l-ikel. Fid-dawl tad-diskrepanzi bejn il-livell awtorizzat fl-Istati Membri u r-riskju konsegwenti ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-miżuri tal-Komunità huma meħtieġa sabiex jaċċertaw l-għaqda tas-suq filwaqt li jkun hemm konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità |
|
(3) |
Varjetà ta’ fungi tal-Fusarium, li huma fungi tal-ħamrija komuni, jipproduċu numru ta’ mikotossini differenti li jagħmlu parti mill-klassi trichotenes bħad-deoxynivalenol (DON), nivalenol (NIV), tossini T-2 u tossini HT-2 u xi tossini oħrajn (zearalenone u fumonisini). Il-fungi tal-Fusarium jinstabu fuq iċ-ċereali li jikbru fir-reġjuni ta’ temp moderat bħall-Amerika, l-Ewropa u l-Ażja. Ħafna mill-fungi tal-Fusarium li jipproduċu t-tossini huma kapaċi jipproduċu sa limitu varjabbli sa tnejn jew aktar minn dawn it-tossini. |
|
(4) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (SCF) evalwaw f’ sett ta’ opinjonijiet it-tossini tal-Fusarium: deoxynivalenol (DON) f’Diċembru ta’ l-1999, zearalenone f’Ġunju ta’ l-2000, fumonisini f’Ottubru ta’ l-2000, aġġornat f’April ta’ l-2003, nivalenol f’Ottubru ta’ l-2000 u tossini T-2 u HT-2 f’Mejju ta’ l-2001 u evalwazzjoni fi grupp tat-trichothecenes fi Frar ta’ l-2002. |
|
(5) |
Il-SCF ikkunsidraw li d-data disponibbli ma kinitx tappoġġja l-iffisar ta’ Ammont li jista’ jittiekel li huwa Tollerabbli għall-grupp (TDI) tat-trichothecenes li ġew evalwati u stabbilew
Għat-tossini l-oħrajn tal-Fusarium il-SCF stabbilew
|
|
(6) |
Fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE tal-25 ta’ Frar ta’ l 1993 dwar l-assistenza lill-Kummissjoni u l-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżaminazzjoni xjentifika tal-mistoqsijiet dwar l-ikel (3), koperazzjoni xjentifika (SCOOP) ħidma 3.2.10 “Ġabra ta’ data dwar okkorrenza tat-tossini tal-Fusarium fl-ikel u l-assessjar ta’ kemm jittieklu fid-dieta tal-popolazzjoni ta’ l-Istati Membri Ewropej” (4) sar u ġie ffinalizzat f’Settembru ta’ l-2003. Ir-riżultati ta’ dik il-ħidma juru li l-mikotossini tal-Fusarium huma mifruxin sew mal-katina alimentari fil-Komunità. L-għejun ewlenin ta’ konsum ta’ tossini tal-Fusarium fid-dieta huma prodotti magħmulin miċ-ċereali, b'mod partikolari l-qamħ. Filwaqt li l-konsum fid-dieta tat-tossini tal-Fusarium mill-popolazzjoni kollha ta' l-adulti huwa ħafna drabi inqas mit-TDI għat-tossina in kwistjoni, għall-gruppi li huma fir-riskju bħat-trabi u tfal żgħar, huma qrib jew f’ċerti każijiet jaqbżu t-TDI. |
|
(7) |
Partikolarment għad-deoxynivalenol, il-konsum fid-dieta għall-gruppi ta’ tfal żgħar u adolexxenti huwa qrib it-t-TDI. Għat-tossini T-2 u HT-2, stima tal-konsum fid-dieta qabżet f’ħafna mill-każijiet it-t-TDI. Madankollu, ġita’ min jinnota li għat-tossini T-2 u HT-2 ħafna mid-data dwar l-okkorrenza nkisbet permezz ta’ metodi għall-analiżi li għandhom limitu ta’ skoperta għoli u billi jitqies il-fatt li l-ammont ta’ kampjuni li huma ‘l fuq mil-limitu ta’ skoperta kien ta’ 20 %, il-konsum fid-dieta kien influwenzat ħafna mil-limitu ta’ skoperta tal-metodu analitiku użat. Għan-nivalenol il-konsumi kollha kienu taħt it-t-TDI. Fir-rigward ta’ trichothecenes oħrajn kkunsidrati parti mill-Għan SCOOP li jissemma hawn fuq, bħal 3-acetyldeoxynivalenol, 15-acetyldeoxynivalenol, fusarenon-X, T2-triol, diacetoxyscirpenol, neosolaniol, monoacetoxyscirpenol u verrucol, sa fejn l-informazzjoni hija disponibbli l-konsumi fid-dieta huma baxxi. |
|
(8) |
Għaż-zearalenone, il-konsum medju fil-ġurnata huwa sinjifikattivament iktar baxx mit-TDI iżda għandha tingħata attenzjoni għall-gruppi tal-popolazzjoni li mhumiex identifikati fil-ħidma u li jistgħu jkollhom konsum regolari għoli ta’ prodotti li għandhom inċidenza għolja ta’ kontaminazzjoni minn zearalenone u għall-ikel li huwa maħsub għall-konsum minn tfal żgħar, minħabba li d-diversità fost it-tfal żgħar hija limitata. |
|
(9) |
Għall-fumonisini, l-istima tal-konsum fid-dieta għal ħafna gruppi tal-popolazzjoni hija ferm inqas mit-TDI. Il-konsum fid-dieta tal-Fumonisins jiżdied b’mod sinjifikattiv meta jitiqesu biss il-konsumaturi biss. Madanakollu, il-konsum fid-dieta huwa wkoll għal dak il-grupp ta’ konsumaturi li jaqgħu taħt it-TDI. Iżda, il-monitoraġġ ta’ riżultati ta’ kontroll tal-ħsad fl-2003 jindika li l-qamħirrun u prodotti tal-qamħirrun jistgħu jiġu kkontaminati sew mill-fumonisini. Huwa xieraq li jittieħdu miżuri sabiex jiġi evitat li tali qamħirrun u prodotti tal-qamħirrun li huma kkontaminati b’mod tant inaċċettabbli ma jidħlux fil-katina alimentari. |
|
(10) |
L-ispeċi Fusarium jinfettaw il-qamħ qabel il-ħsad. In konnessjoni ma’ l-infezzjoni tal-Fusarium u l-formazzjoni tal-mikotossini bosta fatturi ta’ riskju ġew identifikati. Kundizzjonijiet klimatiċi matul l-iżvilupp, partikolarment matul il-formazzjoni tal-fjuri, għandhom influwenza kbira fuq il-kontenut tal-mikotossini. Iżda, prattiki agrikoli tajbin, fejn il-fatturi tar-riskju huma ridotti sal-minimu, jistgħu sa ċertu punt irażżnu il-kontaminazzjoni minn fungi tal-Fusarium. |
|
(11) |
Huwa importanti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku li l-livelli massimi huma stipolati fuq ċereali li mhux ipproċessati sabiex jiġi evitat li ċereali li huma kkontaminati ħafna jistgħu jidħlu fil-katina alimentari u sabiex jinkuraġġixxu u jaċċertaw li l-miżuri kollha jittieħdu fl-istadju ta' l-għalqa, tal-ħsad u tal-ħażna tal-katina ta’ produzzjoni (permezz ta’ l-applikar ta’ prattiki tajbin ta’ ħsad u ta’ ħażna agrikoli). Huwa xieraq li ssir l-applikazzjoni ta’ livelli massimi fuq ċereali li mhux ipproċessati fuq ċereali li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel stadju ta’ l-ipproċessar minħabba li l-użu maħsub (għall-ikel, għalf jew industrijali) taċ-ċereali jkun magħruf f’dan l-istadju. Proċeduri ta' tindif, sortjar u tnixxif mhumiex kkunsidrati bħala proċessi ta' l-ewwel stadju sakemm ma ssir ebda azzjoni fiżika fuq il-qalba tal-qamħ innifisha filwaqt li t-tagħrik għandu jiġi kkunsidrat bħala proċessar ta’ l-ewwel stadju. |
|
(12) |
Livelli massimi huma stipolati f’livelli li jqisu l-esponiment tal-bniedem kif marbut mal-konsum tollerabli tat-tossina in kwestjoni u li tista' tinkiseb b'mod raġonevoli permezz ta' prattiki tajbin f'kull stadju tal-produzzjoni u distribuzzjoni. Dan il-metodu jaċċerta li l-operaturi kummerċjali ta’ l-ikel japplikaw kull miżura possibbli għall-prevenzjoni/tnaqqis tal-kontaminazzjoni sakemm huwa possibbli għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku. |
|
(13) |
Għall-qamħirrun, mhux magħrufin preċiżament il-fatturi kollha involuti fil-formazzjoni tat-tossini Fusarium, b’mod partikolari zearalenone u fumonisini B1 u B2. Għalhekk, perjodu ta’ żmien għandu jingħata lill-operaturi kummerċjalita’ l-ikel li jagħmlu parti mill-katina alimentari sabiex jiżvolġu investigazzjonijiet fuq is-sorsi ta’ formazzjoni ta’ mikotossini u jagħmlu identifikazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni li għandhom isiru għall-prevenzjoni tal-preżenza tagħhom sakemm huwa raġonevolment possibbli. Data dwar l-okkorrenza disponibbli bħalissa li hija bbażata fuq livelli massimi hija proposta li tiġi applikata mill-1 ta’ Lulju jekk ebda livelli speċifiċi bbażati fuq informazzjoni ġdida dwar l-okkorrenza u l-formazzjoni ma tiġix stipolata qabel dak iż-żmien. |
|
(14) |
Permezz tat-tindif u l-ipproċessar, il-kontenut tat-tossini tal-Fusarium fiċ-ċereali nejjin jista' jitnaqqas sa gradi varjati fil-prodotti taċ-ċereali pproċessati. Minħabba l-grad ta’ riduzzjoni li jvarja, huwa xieraq li jiġi stipolat livell approprjat għall-konsumatur aħħari ta’ prodotti taċ-ċereali għall-protezzjoni tal-konsumatur u li huwa meħtieġ għal-leġiżlazzjoni infurzabbli. Fl-istipolar tal-livelli massimi għall-prodotti taċ-ċereali għall-konsumatur aħħari, wieħed għandu jsegwi metodupragmatiku. Barra minn hekk, l-istipolar ta’ livell massimu għall-ingredjenti ewlenin ta’ l-ikel li huma derivati miċ-ċereali huwa xieraq sabiex jiġi aċċertat infurzar effiċjenti fl-interess tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika. |
|
(15) |
Minħabba l-livelli ta’ kontaminazzjoni mit-tossini tal-Fusarium fir-ross, ebda livelli massimi ma ġew proposti għar-ross jew prodotti tar-ross |
|
(16) |
Mhux meħtieġ minħabba ko-okkorrenza li jitqiesu miżuri speċifiċi għall-3-acetyl deoxynivalenol, 15-acetyl deoxynivalenol u fumonisina B3, minħabba li miżuri possibbli fir-rigward ta’, partikolarment, deoxynivalenol u fumonisina B1 + B2, jipproteġu wkoll il-popolazzjoni ta’ bnedmin minn espożizzjoni li mhux aċċettabbli ta’ 3-acetyl deoxynivalenol, 15-acetyl deoxynivalenol u fumonisina B3. L-istess japplika għal nivalenol li għalih tista’ tiġi osservata, sa ċert grad, il- ko-okkorrenza mad-deoxynivalenol u l-espożnimenttal-bniedem għan-nivalenol hija stmata li hija ħafna inqas mit-t-TDI. |
|
(17) |
Data dwar il-preżenza ta’ tossini ta’ T-2 u HT-2 hija għalissa limitata. Hemm ukoll bżonn urġenti għall-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ metodu ta’ analiżi sensittiv. Iżda stimi ta’ konsum jindikaw b’mod ċar li l-preżenza ta’ T-2 u HT-2 tista’ tikkonċerna s-saħħa pubblika. Għalhekk, l-iżvilupp ta’ metodu sensittiv, il-ġabra ta’ iktar data ta’ l-okkorrenza u iktar investigazzjonijiet/riċerka dwar il-fatturi involuti fil-preżenza ta’ T-2 u HT-2 fiċ-ċereali u fil-prodotti taċ-ċereali, b’mod partikolari fil-ħafur jew prodotti tal-ħafur, huwa neċessarju u ta’ prijorità għolja. |
|
(18) |
Ir-Reġolament (KE) Nru 466/2001 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq. |
|
(19) |
Il-miżuri stipolati f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimal, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Regolament (KE) Nru 466/2001 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 qiegħed jinbidel b'dan li ġej: “3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 3(1) u 4(3), dan li ġej għandu jiġi pprojbit
|
|
(2) |
L-Artikolu 5, il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud: “5. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-punti 2.4, 2.5, 2.6 u 2.7 tat-taqsima 2 ta’ l-Anness I sa l-1 ta’ Lulju ta’ l 2008 fir-rigward tal-limiti massimi ta’ deoxynivalenol, zearalenone u fumonisina B1+B2 u bil-viżjoni għall-inklużjoni tal-livell massimu għat-tossini T-2 u HT-2 fiċ-ċereali u fil-prodotti taċ-ċereali. Għal dak il-għan, l-Istati Membri u l-partijiet interessati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull sena r-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet li saru inkluża d-data ta’ l-okkorrenza u l-progress fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni minn deoxynivalenol, zearalenone, tossini T-2 u HT-2 u fumonisin B1+B2.” |
|
(3) |
L-Anness I hu emendat b'mod konformi ma’ l-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju ta’ l-2006. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-prodotti li tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju ta’ l 2006 b’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli. l-impenn sabiex jiġi ppruvat meta l-prodotti tqiegħdu fis-suq għandu jintrefa mill-operatur kummerċjali dwar l-ikel.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' Ġunju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 77, 16.3.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Reglament (KE) Nru 208/2005 (ĠU L 34, 8.2.2005, p. 3).
(3) ĠU L 52, 4.3.1993, p. 18. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(4) Rapport li jinsab fuq il-portal tal-Kummissjoni Ewropea, DG Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur (http://europa.eu.int/comm/food/fs/scoop/task3210.pdf)
ANNESS
Fit-Taqsima 2 Mikotossini ta’ l-Anness I, il-punti li ġejjin 2.4, 2.5, 2.6, u 2.7 huma miżjuda:
|
“Prodott (1) |
Livell massimu (µg/kg) |
Metodu ta’ kampjunar |
Metodu ta’ referenza ta’ l-analiżi |
||
| 2.4. DEOXYNIVALENOL (DON) |
|||||
|
1 250 |
Id-Direttiva 2005/38/KE (*1) |
Direttiva 2005/38/KE |
||
|
1 750 |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
||
|
— (3) |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
||
|
750 |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
||
|
500 |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
||
|
750 |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
||
|
200 |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
|
Prodott (6) |
Livell massimu (µg/kg) |
Metodu ta’ kampjunar |
Metodu ta’ referenza ta’ l-analiżi |
||||
| 2.5. ZEARALENONE |
|||||||
|
100 |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
||||
|
— (8) |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
||||
|
75 |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
||||
|
— (8) |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
||||
|
50 |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
||||
|
— (8) |
||||||
|
50 |
||||||
|
— (8) |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
||||
|
20 |
|
Prodott |
Livell massimu FB1 +FB2 (µg/kg) |
Metodu ta’ kampjunar |
Metodu ta’ referenza ta’ l-analiżi |
||
| 2.6. FUMONISINI (11) |
|||||
|
— (13) |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
||
|
— (13) |
Directive 2005/38/EC |
Directive 2005/38/EC |
||
|
— (13) |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
||
|
— (13) |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
|
Prodott (17) |
Livell massimu (µg/kg) |
Metodu ta’ kampjunar |
Metodu ta’ referenza ta’ l-analiżi |
||
| 2.7. T-2 U HT-2 TOXIN (16) |
|||||
|
— (19) |
Direttiva 2005/38/KE |
Direttiva 2005/38/KE |
(*1) Ara paġna 18 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(1) Għar-raġuni ta’ l-applikazzjoni tal-livelli massimi ta’ deoxynivalenol, zearalenone, fumonisini B1 u B2, tossini T-2 u HT-2 stabbiliti fil-punti 2.4, 2.5, 2.6 u 2.7 ir-ross biss mhux inkluż ‘maċ-ċereali’u l-prodotti tar-ross mhux inklużi ‘mal-prodotti taċ-ċereali’
(2) Il-livelli massimi stipolati għal ‘ċereali mhux ipproċessati’ japplikaw għall-ċereali li jitqiegħdu fuq is-suq għall-ewwel stadju ta’ proċessar. Madankollu, il-livelli massimi japplikaw għal ċereali maħsuda u meħuda, sa mis-sena ta' bejgħ 2005/2006 fi qbil mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-ippussessar taċ-ċereali minn aġenziji ta’ intervent u l-istipolar ta’ metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-kwalità taċ-ċereali (ĠU L 100, ta’ l-20.3.2000, p. 31), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) 777/2004 (ĠU L 123, tas-27.4.2004, p. 50).
‘L-ipproċessar ta’ l-ewwel stadju’ għandu jfisser kull trattament fiżiku jew bis-sħana, ħlief it-tnixxif ta’ jew fuq il-qalba tal-qamħ.
Proċeduri ta’ tindif, sortjar u tnixxif mhumiex kkunsidrati bħala ‘pproċessar ta’ l-ewwel stadju’ sakemm ebda azzjoni fiżika ma ssir fuq il-qalba tal-qamħ innifisha u l-qalba kollha tibqa’ sħiħa wara t-tindif jew is-sortjar.
(3) Jekk ebda livell speċifiku ma ġie stipolat qabel l-1 ta’ Lulju ta’ l-2007, livell ta’ 1 750 µg/kg għandhom japplikaw minn hemm fuq il-qamħirrun li jissemma f’dan il-punt.
(4) Din il-kategorija tinkludi wkoll prodotti simili nominati mod ieħor bħas-semolina.
(5) Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u tfal żgħar u ikel tat-trabi kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE tas-16 ta' Frar ta' l-1996 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 49, tat-28.2.1996, p. 17) kif emendat mid-Direttiva 2003/13/KE (ĠU L 41, ta’ l-14.2.2003, p. 33).
Il-livell massimu għall-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar li huwa pproċessat u bbażat fuq iċ-ċereali u għall-ikel tat-trabi jirreferi għall-kontenut ta’ materja niexfa tagħhom.
(6) Għar-raġuni ta’ l-applikar tal-livelli massimi ta’ deoxynivalenol, zearalenone, fumonisini B1 u B2, tossini T-2 u HT-2 stabbiliti fil-punti 2.4, 2.5, 2.6 u 2.7 ir-ross biss mhux inkluż ‘maċ-ċereali’ u l-prodotti tar-ross mhux inklużi ‘mal-prodotti taċ-ċereali’
(7) Il-livelli massimi stipolati għal ‘ċereali mhux ipproċessati’ japplikaw għall-ċereali li jitqiegħdu fuq is-suq għall-ewwel stadju ta’ proċessar. Madankollu, il-livelli massimi japplikawgħal ċereali maħsuda u meħuda mis-sena tal-bejgħ ta’ l-2005/2006. li waqgħu taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-ippussessar taċ-ċereali minn aġenziji ta’ intervent u l-istipolar ta’ metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-kwalità taċ-ċereali (ĠU L 100, ta’ l-20.3.2000, p. 31), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) 777/2004 (ĠU L 123, tas-27.4.2004, p. 50).
‘L-ipproċessar ta’ l-ewwel stadju’ għandu jfisser kull trattament fiżiku jew bis-sħana, ħlief it-tnixxif ta’ jew fuq il-qalba tal-qamħ.
Proċeduri ta’ tindif, sortjar u tnixxif mhumiex kkunsidrati bħala ‘pproċessar ta’ l-ewwel stadju’ sakemm ebda azzjoni fiżika ma ssir fuq il-qalba tal-qamħ innifisha u l-qalba kollha tibqa’ sħiħa wara t-tindif jew is-sortjar.
(8) Jekk ebda livell speċifikat ma jiġi stipolat sa l-1 ta’ Lulju ta’ l-2007, il-livell ta’
|
— |
200 µg/kg għandu japplika minn hawn għall-qamħirrun mhux ipproċessat |
|
— |
200 µg/kg għandu japplika minn hawn għat-dqiq tal-qamħirrun, qamħirrun mitħun mhux raffinat, naqal tal-qamħirrun u żejt tal-qamħirrun raffinat |
|
— |
50 µg/kg għandu japplika minnhawn għall-ikliet żgħar tal-qamħirrun u għaċ-ċereali tal-brekkfist b'bażi ta’ qamħirrun. |
|
— |
20 µg/kg għandu japplika minn hawn għall-ikel ipproċessat b’bażi ta’ qamħirrun gat-trabi u tat-tfal żgħar |
(9) Din il-kategorija tinkludi wkoll prodotti simili denominati mod ieħor bħas-semolina.
(10) Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u tfal żgħar u ikel tat-trabi kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE tas-16 ta' Frar ta' l-1996 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 49, tat-28.2.1996, p. 17) kif emendat mid-Direttiva 2003/13/KE (ĠU L 41, ta’ l-14.2.2003, p. 33).
Il-livell massimu għall-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar li huwa pproċessat u bbażat fuq iċ-ċereali u għall-ikel tat-trabi jirreferi għall-kontenut ta’ materja niexfa tagħhom.
(11) Il-livell massimu japplika għat-total tal-fumonisina B1 (FB1) u fumonisina B2 (FB2)
(12) Il-livelli massimi stipolati għal ‘qamħirrun mhux ipproċessat’ japplikaw għall-qamħirrun li jitqiegħed fis-suq għall-ewwel stadju ta’ proċessar. Iżda, il-livelli massimi japplikaw għal ċereali maħsuda u meħuda mis-sena tal-bejgħ ta’ l-2005/2006. li waqgħu taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-ippussessar taċ-ċereali minn aġenziji ta’ intervent u l-istipolar ta’ metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-kwalità taċ-ċereali (ĠU L 100, ta’ l-20.3.2000, p. 31), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) 777/2004 (ĠU L 123, tas-27.4.2004, p. 50),
‘L-ipproċessar ta’ l-ewwel stadju’ għandu jfisser kull trattament fiżiku jew bis-sħana, ħlief it-tnixxif ta’ jew fuq il-qalba tal-qamħ.
Proċeduri ta’ tindif, sortjar u tnixxif mhumiex kkunsidrati bħala ‘pproċessar ta’ l-ewwel stadju’ sakemm ebda azzjoni fiżika ma ssir fuq il-qalba tal-qamħ innifisha u l-qalba kollha tibqa’ sħiħa wara t-tindif jew is-sortjar.
(13) Jekk ebda livell speċifikat ma jiġi stipolat sa l-1 ta’Ottubru ta’ l-2007, il-livell ta’
|
— |
2 000 µg/kg għandu japplika minn hawn għall-qamħirrun mhux ipproċessat |
|
— |
1 000 µg/kg għandu japplika għad-dqiq tal-qamħirrun, qamħirrun mitħun mhux raffinat, naqal tal-qamħirrun u semolina tal-qamħirrun |
|
— |
400 µg/kg għandu japplika għall-ikel li huwa bbażat fuq il-qamħirrun għall-konsum dirett |
|
— |
200 µg/kg għandu japplika għall-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar ipproċessat li huwa bbażat fuq il-qamħirrun kif ukoll għall-ikel tat-trabi |
(14) Din il-kategorija tinkludi wkoll prodotti simili li huma denominati mod ieħor bħal semolina.
(15) Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u tfal żgħar u ikel tat-trabi kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE tas-16 ta' Frar ta' l-1996 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 49, tat-28.2.1996, p. 17) kif emendat mid-Direttiva 2003/13/KE (ĠU L 41, ta’ l-14.2.2003, p. 33).
Il-livell massimu għall-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar li huwa pproċessat u bbażat fuq iċ-ċereali u għall-ikel tat-trabi jirreferi għall-kontenut ta’ materja niexfa tagħhom.
(16) Il-livell massimu jirreferi għat-total tat-tossini T-2 u HT-2.
(17) Għar-raġuni ta’ l-applikar tal-livelli massimi ta’ deoxynivalenol, zearalenone, fumonisini B1 u B2, tossini T-2 u HT-2 stabbiliti fil-punti 2.4, 2.5, 2.6 u 2.7 ir-ross biss mhux inkluż ‘maċ-ċereali’ u l-prodotti tar-ross mhux inklużi ‘mal-prodotti taċ-ċereali’
(18) Il-livelli massimi stipolati għal ‘ċereali mhux ipproċessati’ japplikaw għall-ċereali li jitqiegħdu fuq is-suq għall-ewwel stadju ta’ proċessar.
‘L-ipproċessar ta’ l-ewwel stadju’ għandu jfisser kull trattament fiżiku jew bis-sħana, ħlief it-tnixxif ta’ jew fuq il-qalba tal-qamħ. Proċeduri ta’ tindif, sortjar u tnixxif mhumiex kkunsidrati bħala ‘pproċessar ta’ l-ewwel stadju’ sakemm ebda azzjoni fiżika ma ssir fuq il-qalba tal-qamħ innifisha u l-qalba kollha tibqa’ sħiħa wara t-tindif jew is-sortjar.
(19) Livell massimu għandu jiġi stipolat, jekk xieraq, qabel l-1 ta’ Lulju ta’ l-2007.
Data dwar il-preżenza ta’ tossini ta’ T-2 u HT-2 huma għalissa limitati. Iżda stimi ta’ konsum jindikaw b’mod ċar li l-preżenza ta’ T-2 u HT-2 tista’ tikkonċerna is-saħħa pubblika. Għalhekk, l-iżvilupp ta’ metodu sensittiv, il-ġabra ta’ iktar data ta’ l-okkorrenza u iktar investigazzjonijiet/riċerka dwar il-fatturi involuti fil-preżenza ta’ T-2 u HT-2 fiċ-ċereali u fil-prodotti taċ-ċereali, b’mod partikolari fil-ħafur jew prodotti tal-ħafur, huwa neċessarju u ta’ prijorità għolja.”