Official Journal L 295 , 04/11/1998 P. 0003 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2374/98 tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ additivi ġodda fl-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE) Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id- Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar l-additivi fl-għalf [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/19/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 9j u 3 tagħha, Billi d-Direttiva 70/524/KEE tistabilixxi li additivi ġodda jew l-użu ta’ additivi ġodda jistgħu jiġu awtorizzati biex iżommu ma’ avanzi fl-għarfien xjentifiku u tekniku; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 93/113/KE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/40/KE [4], b’deroga mid-Direttiva 70/524/KEE, awtorizzat lill-Istati Membri biex jippermetti provviżorjament l-użu u l-marketing ta’ enżimi, mikro-organiżmi u l-preparazzjonijiet tagħhom fin-nutriment ta’ l-annimali; Billi l-eżami tad-dokumenti, mibgħuta mill-Istati Membri skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/113/KE, juri li ċertu numru ta’ sustanzi fil-gruppi ta’ enżimi u mikro-organiżmi jistgħu jkunu provviżorjament awtorizzati; Billi il-Kumitat Xjentifiku għan-Nutrizzjoni ta’ l-Annimali ta opinjoni favorevoli dwar in-nuqqas ta’ ħsara ta’ dawn is-sustanzi; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Għalf, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Is-sustanzi li jappartjenu lill-grupp "Enżimi" u elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkunu awtorizzati skond id-Direttiva 70/524/KEE bħala additivi fl-għalf taħt il-kondizzjonijiet preskritti f’dak l-Anness. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 1999. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Novembru 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1. [2] ĠU L 96, tat-28.3.1998, p. 39. [3] ĠU L 334, tal-31.12.1993, p. 17. [4] ĠU L 180, tad-9.7.1997, p. 21. -------------------------------------------------- L-ANNESS Nru | Adittiv | Deskrizzjoni tal-formola kimika | Speċi jew kategorija ta' l-annimal | Età massima | Unitajiet ta' attività għal kull kg ta' għalf komplut | Disposizzjonijiet ohra | Perjodu ta' awtorizzazzjoni | Kontenut minimu | Kontenut massimu | 26 | Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 | Preparazzjoni ta' endo-,3(4)-beta-Glucanase prodotta minn Tricho-derma reesei (CBS 526.94) li jkollha attività minima ta': Forma solida: 350000 BU/g Forma likwida: 50000 BU/g | Flieles għas-simna | — | 23000 | — | Fid-direzzjonijiet għall-użu ta' l-adittiv u t-taħlit minn qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna u l-istabilità għat-tagħmil f'boċċi. Doża rakkomandata għal kull kg ta' għalf komplet: 2300050000 Għall-użu f'għalf kompost bi kwantità polysac-charides bla lamtu (prinċipalment glucans), eż. li jkun fih aktar minn 20 % xgħir jew 30 % qamħ. | 30.9.1999 | Majjali żgħar | Erba' xhur | 26000 | — | Fid-direzzjonijiet għall-użu ta' l-adittiv u taħlit minn qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, l-ħajja tal-ħażna, u l-istabilità għatr-tagħmil f'boċċi. Doża rakkomandata għal kull kg ta' għalf sħiħ: 2600035000 Għall-użu f'għalf kompost bi kwantità ta' polysac-charides bla lamtu (prinċipalment glucans), eż. li jkun fiha katar minn 60 % xgħir jew qamħ. | 30.9.1999 | 27 | Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 | Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Tricho-derma reesei (CBS 529.94) u endo-1,3(4)-beta-glucanaseprodotta minn Trichoderma reesei (CBS 526.94) li jkollu attivitajiet minimi ta': Solid form: 200000 BUX/g 200000 BU/g Liquid form: 30000 BXU/g 30000 BU/g | Flieles għas-simna | — | 2500 2500 | — | Fid-direzzjonijiet għall-użu ta' l-adittiv u t-taħlit minn qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, l-ħajja tal-ħażna u l-istabilità għat-tagħmil f'boċċi. Doża rakkomandata għal kull kg ta' għalf sħiħ: 10000 10000 Għallużu f'għalf kompost bi kwantità ta' polysac-charides bla lamtu (prinċipalment arabinoxy-lans u glucans), eż. li jkun fih aktar minn 40 %qamħ jew 30 % ta' rye. | 30.9.1999 | 28 | 3-Phytase EC 3.1.3.8 | Preparazzjoni ta' 3-phytase prodott minn Trichoderma reesei (CBS 528.94) li jkollu attività minima ta': Forma solida: 5000 PPU/g Forma likwida: 1000 PPU/g | Majjali żgħar | Erba' xhur | 250 PPU | — | Fid-direzzjonijiet għall-użu ta' l-adittiv u t-taħlit minn qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, l-ħajja tal-ħażna, u l-istabilità għat-tagħmil f'boċċi. Doża rakkomandata għal kull kg ta' għalf sħiħ: 500 – 750 PPU. Għall-użu f'għalf kompost bi kwanità ta' phytates, eż. li jkun fih aktar minn 50 % ċereali (qamħirrum, xgħir, qamħ), tapioca, żerriegħa taż-żejt u ħaxix bi żrieragħ tajbin għall-ikel. | 30.9.1999 | Hniezer ghall-hxuna | — | 500 PPU | — | Fid-direzzjonijiet għall-użu ta' l-adittiv u t-taħlit minn qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, l-ħajja tal-ħażna, u l-istabilità għat-tagħmil f'boċċi. Doża rakkomandata għal kull kg ta' għalf sħiħ: 500 – 750 PPU. Għall-użu f'għalf kompost bi kwanità ta' phytates, eż. li jkun fih aktar minn 50 % ċereali (qamħirrum, xgħir, qamħ), tapioca, żerriegħa taż-żejt u ħaxix bi żrieragħ tajbin għall-ikel. | 30.9.1999 | --------------------------------------------------