<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑430/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0430</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:43">EU:C:2016:43</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20160121">21.1.2016</DATE> — KAWŻA C‑430/14</P><P>STRETINSKIS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Kodiċi Doganali tal‑Komunità</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 29(1)(d)</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-valur doganali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2454/93</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 143(1)(h)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>persuni relatati<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur doganali</KEYWORD><KEYWORD>Relazzjonijiet ta’ parentela bejn ix-xerrej, persuna fiżika, u d-direttur tal-kumpannija li tbigħ</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑430/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Augstākā tiesa (qorti suprema, il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140912">12 ta’ Settembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20140919">19 ta’ Settembru 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Valsts ieņēmumu dienests</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Artūrs Stretinskis,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, F. Biltgen, A. Borg Barthet (Relatur), E. Levits u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn I. Kalniņš u I. Ņesterova, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Sauka u L. Grønfeldt, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 46/1999, tat-<DATE ISO="19990108">8 ta’ Jannar 1999</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 9, p. 65, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament Nru 2454/93<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Valsts ieņēmumu dienests (l-awtorità fiskali nazzjonali) u A. Stretinskis dwar id-determinazzjoni tal-valur doganali ta’ merkanzija importata mill-Istati Uniti tal-Amerika fid-dawl tar-rilaxx tagħha għal ċirkulazzjoni libera fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi Doganali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>It-Titolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="19961219">19 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 8, p. 179, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), jinkludi Kapitolu 3 intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Valur ta’ merkanzija għall-iskopijiet doganali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, ikkostitwit mill-Artikoli 28 sa 36 ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 29(1) u (2) tal-Kodiċi Doganali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="029.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-valur doganali ta’ merkanzija importata għandu jkun il-valur tat-transazzjoni, jiġifieri, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija meta tinbiegħ għall-esportazzjoni lit-territorju doganali tal-Komunità, aġġustat, fejn ikun meħtieġ, skond l-Artikoli 32 u 33, sakemm:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>li x-xerrej u l-bejjiegħ ma jiġux minn xulxin, jew, fejn ix-xerrej u l-bejjiegħ jiġu minn xulxin, dak il-valur tat-transazzjoni huwa aċċettabbli għall-iskopijiet doganali taħt il-paragrafu 2.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="029.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Waqt li jkun qed jiġi stabbilit jekk valur ta’ transazzjoni huwiex aċċettabbli għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-fatt li x-xerrej u l-bejjiegħ jiġu minn xulxin m’għandux fih innifsu jkun raġuni suffiċjenti biex il-valur tat-transazzjoni jitqies bħala mhux aċċettabbli. Fejn ikun meħtieġ, iċ-ċirkostanzi wara l-bejgħ għandhom jiġu eżaminati u l-valur tat-transazzjoni għandu jiġi aċċettat sakemm ir-relazzjoni ma tkunx influwenzat il-prezz. Jekk, fid-dawl ta’ l-informazzjoni mogħtija minn min ikun għamel id-dikjarazzjoni jew mod ieħor, l-awtoritajiet doganali jkollhom raġunijiet biex iqisu li r-relazzjoni tkun influwenzat il-prezz, għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet tagħhom lil min ikun għamel id-dikjarazzjoni u dan għandu jingħata opportunità raġonevoli sabiex jirrispondi. Jekk min ikun għamel id-dikjarazzjoni hekk jitlob, il-komunikazzjoni tar-raġunijiet għandha tkun bil-miktub.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>F’bejgħ bejn persuni li jiġu minn xulxin, il-valur tat-transazzjoni għandu jiġi aċċettat u l-merkanzija stmata skond il-paragrafu 1 kull fejn min jagħmel id-dikjarazzjoni juri li dak il-valur jersaq qrib ħafna ta’ waħda mis-segwenti li jiġru fl-istess ħin jew kważi:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>il-valur tat-transazzjoni fil-bejgħ, bejn xerrejja u bejjiegħa li ma jiġux minn xulxin f’xi każ partikolari, ta’ merkanzija identika jew simili għall-esportazzjoni lejn il-Komunità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>il-valur doganali ta’ merkanzija identika jew simili, kif stabbilit taħt l-Artikolu 30(2)(ċ);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>il-valur doganali ta’ merkanzija identika jew simili, kif stabbilit taħt l-Artikolu 30(2)(d);</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>Waqt li jsiru t-testijiet hawn fuq imsemmija, għandhom ikunu kkonsidrati id-differenzi li jidhru f’livelli kummerċjali, livelli ta’ kwantità, l-elementi enumerati fl-Artikolu 32 u spejjeż li ntefqu mill-bejjiegħ f’bejgħ li fih hu u x-xerrej ma jiġux minn xulxin u fejn dawk l-ispejjez ma gewx minfuqa mill-bejjiegħ f’bejgħ li fih hu u x-xerrej jiġu minn xulxin.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>It-testijiet imsemmija fil-subparagrafu (b) għandhom jiġu wżati fuq l-inizjattiva ta’ min jagħmel id-dikjarazzjoni u għal skopijiet ta’ paragun biss. Valuri sostituti ma jistgħux jiġu stabbiliti taħt l-imsemmi subparagrafu.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 ta’ dan il-kodiċi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="030.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-valur doganali ma jistax jiġi stabbilit taħt l-Artikolu 29, għandu jiġi stabbilit billi timxi sekwenzjalment minn subparagrafi (a), (b), (ċ) u (d) tal-paragrafu 2 għall-ewwel subparagrafu li taħtu jista’ jiġi stabbilit [...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="030.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-valur doganali kif stabbilit taħt dan l-Artikolu għandu jkun:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-valur tat-transazzjoni ta’ merkanzija identika mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità u esportata fi jew kważi fl-istess żmien bħall-merkanzija li qed tkun valutata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-valur tat-transazzjoni tal-merkanzija simili mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità u esportata fi jew kważi fl-istess żmien bħall-merkanzija li qed tkun valutata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-valur ibbażat fuq il-prezz ta’ l-unità li bih il-merkanzija importata għal oġġetti identiċi jew simili jinbiegħu fil-Komunità fl-akbar kwantità totali lil persuni li ma jiġux mill-bejjiegħa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-valur maħdum, magħmul mis-somma ta’:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-prezz jew valur ta’ materjali u fabbrikazzjoni jew proċessar ieħor imħaddem fil-produzzjoni tal-merkanzija importata,</P></ITEM><ITEM><P>ammont għal profitt u spejjeż ġenerali li jkun daqs dak normalment rifless fil-bejgħ ta’ merkanzija ta’ l-istess klassi jew xorta bħal merkanzija li qed tkun stmata li tkun magħmula minn produtturi fil-pajjiż ta’ l-esportazzjoni għall-esportazzjoni lill-Komunità,</P></ITEM><ITEM><P>il-prezz jew valur ta’ l-oġġetti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 32(1)(e).</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 tal-imsemmi kodiċi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn il-valur doganali ta’ merkanzija importata ma jistax jiġi stabbilit taħt l-Artikoli 29 jew 30, għandu jiġi stabbilit, skont il-bażi ta’ data disponibbli fil-Komunità, bl-użu ta’ mezzi raġonevoli konsistenti mal-prinċipji u dispożizzjonijiet ġenerali ta’:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-ftehim dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994,</P></ITEM><ITEM><P>L-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994,</P><P>[u]</P></ITEM><ITEM><P>id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 2454/93</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 143(1) tar-Regolament Nru 2454/93 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għall-għanjiet tat-Titolu II, Kapitolu 3 tal-[Kodiċi Doganali] u ta’ dan it-Titolu, persuni jitqiesu li jiġu minn xulxin biss jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>ikunu min jimpjega u impjegat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar ta’ l-ishma jew ta’ kwoti ta’ ishma li jivvutaw jew tat-tnejn;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>flimkien huma direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>huma membri ta’ l-istess familja. Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri ta’ l-istess familja jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>aħwa (sew jekk ta’ l-istess ġenituri jew aħwa minn genitur wieħed),</P></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Bejn is-sena 2008 u s-sena 2010, A. Stretinskis importa mill-Istati Uniti ħwejjeġ użati, bil-għan li jirrilaxxahom għal ċirkulazzjoni libera fit-territorju tal-Unjoni. Fid-dokumenti amministrattivi uniċi li huwa mela għal dan il-għan, A. Stretinskis ikkalkola l-valur doganali ta’ din il-merkanzija skont il-metodu tal-valur tat-tranżazzjoni filwaqt li bbaża ruħu fuq il-prezz totali indikati fuq il-fatturi prodotti minn Latcars LLC u Dexter Plus LLC (iktar ’il quddiem, flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kumpanniji bejjiegħa<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), kif ukoll fuq l-ispiża tat-trasport bil-baħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Wara li eżaminat id-dokumenti prodotti minn A. Stretinskis u wara li wettqet spezzjoni tal-postijiet tan-negozju tiegħu, l-awtorità fiskali nazzjonali esprimiet dubji fir-rigward tan-natura eżatta tal-valuri ddikjarati b’dan il-mod minħabba, b’mod partikolari, li d-direttur tal-kumpanniji bejjiegħa kien ħu A. Stretinskis. Peress li qieset li dan kien każ ta’ persuni relatati fis-sens tal-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament Nru 2453/93, l-awtorità fiskali nazzjonali, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100722">22 ta’ Lulju 2010</DATE>, wettqet determinazzjoni ġdida tal-valur doganali tal-merkanzija fuq il-bażi tal-Artikolu 31 tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>A. Stretinskis ippreżenta rikors għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti fl-ewwel istanza. Din tal-aħħar ċaħdet dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Adita fl-appell, il-qorti amministrattiva kompetenti laqgħet ir-rikors ta’ A. Stretinskis. Dik il-qorti ddeċidiet, b’mod partikolari, li d-dubji tal-awtorità fiskali nazzjonali fir-rigward tan-natura eżatta tal-valuri doganali ddikjarati fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata ma kinux issostanzjati b’mod suffiċjenti peress li l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ parentela, fis-sens tal-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament Nru 2454/93, setgħet tiġi rrikonoxxuta biss, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fil-każ li ħu A. Stretinskis kien il-proprjetarju tal-kumpanniji bejjiegħa, punt dan li din l-awtorità ma kinitx ivverifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-imsemmija awtorità ppreżentat appell fil-kassazzjoni kontra din is-sentenza fejn sostniet, b’mod partikolari, li l-qorti amministrattiva kompetenti fl-appell kien imissha qieset li A. Stretinskis u d-direttur tal-kumpanniji bejjiegħa kienu persuni relatati, fis-sens tal-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament Nru 2454/93.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Billi qieset li s-soluzzjoni għat-tilwima fil-kawża prinċipali tiddependi mill-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, l-Augstākā tiesa (qorti suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tirreferi mhux biss għal sitwazzjonijiet li fihom il-partijiet fi tranżazzjoni huma biss persuni fiżiċi, iżda wkoll għal sitwazzjonijiet li fihom jeżistu rabtiet tal-familja jew ta’ parentela bejn direttur ta’ waħda mill-partijiet – persuna ġuridika – fi tranżazzjoni u l-parti l-oħra f’din it-tranżazzjoni (persuna fiżika) jew direttur ta’ din tal-aħħar (fil-każ ta’ persuna ġuridika)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva: il-qorti adita bil-kawża għandha twettaq analiżi iktar fil-fond taċ-ċirkustanzi tal-kawża sabiex tiddetermina l-influwenza reali eżerċitata mill-persuna fiżika inkwistjoni fuq il-persuna ġuridika?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament Nru 2454/93 għandux jiġi interpretat fis-sens li xerrej, persuna fiżika, u bejjiegħ, persuna ġuridika li d-direttur tagħha huwa ħu dan ix-xerrej, għandhomx jitqiesu li huma persuni relatati fis-sens tal-Artikolu 29(1)(d) tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 29(1) ta’ dan il-kodiċi, il-valur doganali tal-merkanzija importata għandu jkun, bħala prinċipju, il-valur tat-tranżazzjoni, jiġifieri l-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għal din il-merkanzija meta din tinbiegħ għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Madankollu, mill-Artikolu 29(1)(d) u (2) tal-imsemmi kodiċi jirriżulta li, meta l-bejjiegħ u x-xerrej ikunu relatati, il-valur tat-tranżazzjoni għandu jiġi aċċettat biss sakemm dawn ir-relazzjonijiet ma jkunux influwenzaw il-prezz tal-bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 143(1) tar-Regolament Nru 2454/93 jelenka, b’mod eżawrjenti, il-każijiet partikolari fejn għandu jitqies li persuni huma relatati għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 143(1)(h) huma b’mod partikolari meqjusa li huma relatati l-persuni li huma membri tal-istess familja. Skont din id-dispożizzjoni, li hija wkoll ifformulata b’mod eżawrjenti, persuni għandhom jitqiesu li huma membru tal-istess familja <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet [imsemmija] bejniethom<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Fost dawn ir-relazzjonijiet jinsabu, b’mod partikolari, ir-relazzjoni bejn l-aħwa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Huwa minnu li mid-diċitura tal-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament Nru 2454/93 jirriżulta li r-relazzjonijiet previsti f’din id-dispożizzjoni jorbtu persuni fiżiċi filwaqt li, fil-kawża prinċipali, il-bejjiegħ tal-merkanzija kkonċernata huwa persuna ġuridika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament Nru 2453/93 huwa dispożizzjoni li timplementa l-Kapitolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Valur ta’ merkanzija għall-iskopijiet doganali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, tat-Titolu II tal-Kodiċi Doganali, li minnu jagħmel parti l-Artikolu 29 ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-istruttura ta’ dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll tal-għan tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-istima doganali hija intiża li tistabbilixxi sistema ġusta, uniformi u newtrali li teskludi l-użu ta’ valuri doganali arbitrarji jew fittizji (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Christodoulou <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:825">EU:C:2013:825</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat ukoll li filwaqt li, skont l-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali, il-valur doganali tal-merkanzija importata għandu bħala prinċipju jkun il-valur tat-tranżazzjoni tagħhom, l-Artikolu 29(1)(d) u (3) ta’ dan il-kodiċi għandhom l-għan li jiżguraw li l-valur doganali jirrifletti l-valur ekonomiku reali tal-merkanzija importata u ma jkunx ta’ natura arbitrarja jew fittizja (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mitsui &amp; Co. Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑256/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:167">EU:C:2009:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Christodoulou <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:825">EU:C:2013:825</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għal dan il-għan, l-awtoritajiet doganali huma awtorizzati sabiex jeżaminaw il-prezz indikat mid-dikjarant u sabiex jirrifjutawh jekk iqisu li dan tal-aħħar kien ġie influwenzat mir-relazzjonijiet li jeżistu bejn il-partijiet fit-tranżazzjoni (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Carboni e derivati</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:128">EU:C:2008:128</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Artikolu 143(1) tar-Regolament Nru 2454/93 jelenka, skont l-Artikolu 29(2)(a) tal-Kodiċi Doganali, is-sitwazzjonijiet li fihom il-prezz tal-bejgħ tal-merkanzija kkonċernata jista’ jkun influwenzat mir-relazzjonijiet li jeżistu bejn il-partijiet fit-tranżazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 143(1)(h) tal-imsemmi regolament, dan ikun il-każ, b’mod partikolari, meta l-imsemmija partijiet ikunu membri tal-istess familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, ir-riskju li persuni li jiġu minn xulxin jinfluwenzaw il-prezz tal-bejgħ ta’ merkanzija importata jeżisti wkoll meta l-bejjiegħ ikun persuna ġuridika li fi ħdanha persuna li tiġi mix-xerrej ikollha s-setgħa li tinfluwenza l-prezz tal-bejgħ favur dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u fid-dawl tal-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-istima doganali, kif imfakkra fil-punti 22 u 23 ta’ din is-sentenza, tkun qiegħda tiġi kompromessa l-effettività tal-Artikolu 29(1)(d) tal-Kodiċi Doganali jekk jiġi eskluż <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> li xerrej u bejjiegħ jistgħu jitqiesu li huma persuni relatati, fis-sens tal-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament Nru 2454/93, minħabba li waħda mill-partijiet fil-kuntratt tal-bejgħ hija persuna ġuridika. Fil-fatt, f’dan il-każ, l-awtoritajiet doganali jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li jeżaminaw, skont l-Artikolu 29(2)(a) tal-Kodiċi Doganali, iċ-ċirkustanzi partikolari tal-bejgħ ikkonċernat, minkejja li jkun hemm raġunijiet għaliex wieħed iqis li l-valur tat-tranżazzjoni tal-merkanzija importata seta’ ġie influwenzat mir-relazzjonijiet ta’ parentela li jeżistu bejn ix-xerrej u membru tal-persuna ġuridika bejjiegħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jitqies li, meta, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, persuna fiżika jkollha, fi ħdan persuna ġuridika, is-setgħa li tinfluwenza l-prezz tal-bejgħ ta’ merkanzija importata, favur xerrej li tkun tiġi minnu, il-kwalità ta’ persuna ġuridika tal-bejjiegħ ma tostakolax li x-xerrej u l-bejjiegħ ta’ din il-merkanzija jkunu jistgħu jitqiesu li huma relatati, fis-sens tal-Artikolu 29(1)(d) tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat jekk il-persuna li tiġi mix-xerrej għandhiex tali setgħa fi ħdan il-persuna ġuridika bejjiegħa, il-funzjonijiet eżerċitati minnha fi ħdan din il‑persuna ġuridika jew, jekk ikun il-każ, il-fatt li tali persuna tkun l-unika persuna li teżerċita attività fi ħdan il-persuna ġuridika huma elementi rilevanti li l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-awtoritajiet doganali kompetenti għandhom, skont l-Artikolu 29(2)(a) tal-Kodiċi Doganali, jeżaminaw, jekk ikun meħtieġ, iċ-ċirkustanzi partikolari tal-bejgħ ikkonċernat u għandhom jaċċettaw il-valur tat-tranżazzjoni sakemm relazzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jkunux influwenzaw il-prezz tal-bejgħ tal-merkanzija importata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li xerrej, persuna fiżika, u bejjiegħ, persuna ġuridika li fi ħdanha persuna li tiġi minn dan ix-xerrej ikollha effettivament is-setgħa li tinfluwenza l-prezz tal-bejgħ tal-imsemmija merkanzija favur l-imsemmi xerrej, għandhom jitqiesu li huma persuni relatati fis-sens tal-Artikolu 29(1)(d) tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 46/1999, tat-<DATE ISO="19990108">8 ta’ Jannar 1999</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li xerrej, persuna fiżika, u bejjiegħ, persuna ġuridika li fi ħdanha persuna li tiġi minn dan ix-xerrej ikollha effettivament is-setgħa li tinfluwenza l-prezz tal-bejgħ tal-imsemmija merkanzija favur l-imsemmi xerrej, għandhom jitqiesu li huma persuni relatati fis-sens tal-Artikolu 29(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="19961219">19 ta’ Diċembru 1996</DATE>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>