|
18.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/66 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1964
tas-17 ta’ Ottubru 2022
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1515 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1), 42 (4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1515 (1). |
|
(2) |
Jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023. |
|
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1515 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 16(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1515 huwa sostitwit b’dan li ġej:
”2. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 għandu jkun ta’ EUR 2 417 423,89.
L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa tal-KESD għal perjodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1515 tad-19 ta’ Ottubru 2020 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 (ĠU L 348, 20.10.2020, p. 1).