Official Journal L 074 , 20/03/1990 P. 0005 - 0005
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 641/90 tal-5 ta' Marzu 1990 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1692/73 dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi Protokoll Supplementarju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja bil-ħsieb li jelimina u li ma jħallix restrizzjonijiet kwantitattivi dwar l-esportazzjonijiet jew miżuri li jkollhom effetti ekwivalenti [1]; kien iffirmat fil-31 ta' Ottubru 1989 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1990; Billi l-Protokoll jipprovdi għall-inserzjoni fil-Ftehim ta' klawsola ta' salvagwardja speċifika bil-ħsieb li ttaffi l-problemi li x'aktarx jinqalgħu minħabba t-tneħħija għal kollox tar-restrizzjonijiet ta' l-esportazzjoni; billi l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet għandha tkun stabbilita billi jiġi emendat ir-Regolament (KEE) Nru 1692/73 [2]; Billi l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi jipprovdi li, sabiex jiġi evitat li tikkomprometti l-unità tas-suq komuni, il-Kummissjoni tista tipproponi lill-Kunsill li r-Regolament, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 (3) tiegħu, jiġi emendat fid-dawl ta' l-esperjenza;Billi, fil-kuntest tal-kompletar tas-suq intern fl-1992, il-miżuri ta' salvagwardja nazzjonali għandhom jiġu mħassra għal kollox u mibdula bi proċedura tal-Komunità bi qbil mar-regoli dettaljati stabbiliti mill-Kunsill fid-Deċiżjoni Nru 87/373/KEE [3], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu Waħdieni Ir-Regolament (KEE) Nru 1692/73 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. fl-Artikolu 1(1), "għall-iskop biex jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 22, 24 u 26 tal-Ftehim" hi mibdula b’ "għall-iskop biex jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 22, 24, 24a u 26 tal-Ftehim"; 2. L-Artikolu 4 hu mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 4 1. Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet msejħa fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 27(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati bi qbil mal-proċedura mfassla hawnhekk iżjed ’il quddiem. 2. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat kompost mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u ppreseduti mir-rappresentant tal-Kummissjoni. Il-kumitat għandu jiltaqa’ meta jkun imsejjaħ mill-president tiegħu. Dan ta' l-aħħar għandu jikkomunika kull informazzjoni xierqa lill-Istati Membri mingħajr dewmien. 3. Wara li tikkonsulta l-kumitat il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi fuq miżuri xierqa jew fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba ta' Stat Membru. L-Istati Membri kollha għandhom jiġu nnotifikati bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li għandha tiġi applikata mill-ewwel. 4. Billi l-Kummissjoni hi mitluba biex tieħu azzjoni bi Stat Membru, hi għandha tieħu deċiżjoni fi żmien massimu ta' ħames ġranet ta' xogħol wara l-irċevuta ta' din it-talba. 5. Kull Stat Membru jista’ jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien massimu ta' ħames ġranet ta' xogħol ta' notifikazzjoni tad-deċiżjoni. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien massimu ta' 10 ġranet ta' xoghol ta' riferenza bħal din."; 3. L-Artikolu 7 hu hawnhekk mħassar. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, il-5 Marzu 1990. F'isem il-Kunsill Il-President G. Collins [1] ĠU L 295, 13.10.1989, p. 15. [2] ĠU L 171, 27.6.1973, p. 103. [3] ĠU L 197, 18.7.1987, p. 33. --------------------------------------------------