02019R1859 — MT — 29.01.2022 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1859

tas-6 ta’ Novembru 2019

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġbir ta’ ċertu data

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 286 7.11.2019, p. 10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/96 tal-25 ta’ Jannar 2022

  L 17

1

26.1.2022




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1859

tas-6 ta’ Novembru 2019

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġbir ta’ ċertu data

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Monitoraġġ u rapportar mill-manifatturi

1.  
Il-manifatturi għandhom jimmonitorjaw u jirrapportaw lill-Kummissjoni l-fajl comma separated values tal-istess isem bħall-jobfajl u b’estensjoni.vsum li tinkludi r-riżultati aggregati għal kull profil tal-missjoni u kundizzjoni ta’ tagħbija simulati, li jiġu ġġenerati mill-għodda ta’ simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2400 fil-verżjoni grafika tagħha tal-interfaċċa tal-utent (GUI) (“il-fajl tad-data sum exec”) għal vetturi heavy-duty ġodda b’data ta’ simulazzjoni qabel l-1 ta’ Lulju 2021 f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
2.  

Huma għandhom jimmonitorjaw il-fajl tad-data sum exec għal kull vettura heavy-duty ġdida

(a) 

b’data ta’ simulazzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 u għandhom jirrapportaw din id-data sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2020;

▼M1 —————

▼B

(c) 

b’data ta’ simulazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 u għandhom jirrapportaw din id-data sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2021.

3.  
Il-fajls tad-data sum exec għandhom jiġu trażmessi mill-punt ta’ kuntatt tal-manifattur permezz ta’ trasferiment elettroniku tad-data lir-Repożitorju tad-Data tan-Negozju ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“Aġenzija”). Il-punt ta’ kuntatt għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija meta d-data tiġi trażmesssa bil-posta elettronika lill-indirizzi msemmija fil-paragrafu 5 hawn taħt.
4.  
Il-punt ta’ kuntatt responsabbli biex tittella’ d-data għal kull manifattur għandu jkun dak tal-manifattur maħtur skont ir-Regolament (UE) 2018/956, sakemm il-manifattur ma jinnotifikax lill-Kummissjoni mod ieħor sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2020.
5.  
In-notifiki għandhom jintbagħtu fl-indirizzi li ġejjin: EC-CO2-HDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu u “HDV-monitoring@eea.europa.eu”.

Artikolu 2

Verifika

1.  
L-awtoritajiet kompetenti u l-manifatturi għandhom ikunu responsabbli għall-korrettezza u l-kwalità tad-data li jirrapportaw skont l-Artikoli 1(2). Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe żball misjub fid-data rapportata.
2.  
Il-Kummissjoni tista’ tivverifika l-kwalità tad-data rrapportata skont l-Artikolu 1(2).
3.  
Meta l-Kummissjoni tkun infurmata bi żbalji fid-data jew meta ssib, bis-saħħa tal-verifika tagħha stess, diskrepanzi fis-sett tad-data, hi għandha, fejn xieraq, tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkoreġihom wara konsultazzjoni mal-manifattur.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.