Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) (li issa saret il-Qorti Ġenerali) tat-23 ta’ Settembru 2009, GlaxoSmithkline-Laboratórios Wellcome de Portugal-The Wellcome Foundation vs UASI (T‑493/07, T‑26/08, T‑27/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “LANOXIN”, għall-prodotti fil-klassi 5, mid-Deċiżjoni R 8/2007-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-14 ta’ Settembru 2007, li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tirrifjuta t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentata mir-rikorrenti għal dak li jirrigwarda t-trade mark verbali Komunitarja “FAMOXIN”, għall-prodotti u servizzi fil-klassi 5.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) The Wellcome Foundation Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.