6.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/5


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1778

tal-25 ta' Ġunju 2015

li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd għall-protezzjoni ta' żoni bi strutturi ta' skollijiet f'ilmijiet taħt is-sovranità tad-Danimarka fil-Baħar Baltiku u l-Kattegat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni konġunta mid-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri jingħataw is-setgħa li jadottaw miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd fl-ilmijiet tagħhom li huma meħtieġa għall-fini tal-konformità mal-obbligi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, inkluż l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (2).

(2)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE jitlob lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-miżuri ta' konservazzjoni meħtieġa għaż-żoni speċjali ta' konservazzjoni li jikkorrispondu mar-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta' ħabitats naturali u speċijiet li jinsabu fis-siti. Jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jieħdu passi xierqa biex jevitaw, fiż-żoni speċjali ta' konservazzjoni, it-tagħwir tal-ħabitats naturali u l-ħabitati tal-ispeċijiet u anki t-tħarbit sinifikanti tal-ispeċijiet li għalihom ġew innominati ż-żoni.

(3)

Id-Danimarka tikkunsidra li, għall-iskop ta' konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, għandhom jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni f'ċerti oqsma taħt is-sovranità tagħha fil-Kattegat u fil-Baħar Baltiku. Jekk il-miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd meħtieħa jaffettwaw is-sajd ta' Stati Membri oħra, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw dawn il-miżuri f'rakkomandazzjonijiet konġunti lill-Kummissjoni.

(4)

Il-Ġermanja u l-Iżvezja għandhom interess ta' ġestjoni diretta fis-sajd li se jiġi affettwat minn tali miżuri. B'konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, id-Danimarka pprovdiet il-Ġermanja u l-Iżvezja bl-informazzjoni rilevanti dwar il-miżuri mitluba, inkluż ir-raġunijiet għalihom, l-evidenza xjentifika li tappoġġahom u dettalji dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tagħhom fil-prattika.

(5)

Fit-13 ta' Marzu 2015, id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja ppreżentaw lill-Kummissjoni żewġ rakkomandazzjonijiet konġunti dwar miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd biex jipproteġu l-istrutturi tal-iskollijiet fis-siti Daniżi tan-Natura 2000. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu ppreżentati wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, il-Kunsill Konsultattiv għall-Baħar Baltiku u l-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana

(6)

Il-miżuri rakkomandati jikkonċernaw seba' siti tan-Natura 2000 fil-Baħar Baltiku u tliet siti fil-Kattegat. Dawn jinkludu projbizzjoni ta' attivitajiet tas-sajd b'irkaptu mobbli li jiġi f'kuntatt mal-qiegħ f'żoni ta' skollijiet kif ukoll il-projbizzjoni tal-attivitajiet kollha tas-sajd f'żoni ta' skollijiet li jbaqbqu.

(7)

Fil-pariri Xjentifiċi tiegħu, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd (“STECF”) (3) stqarr li l-għanjiet tal-konservazzjoni fi ħdan żoni speċjali msemmija fir-rakkomondazzjonijiet konġunti ma jistgħux jintlaħqu kompletament mingħajr miżuri xierqa li jipprevjenu l-attività tas-sajd f'dawn iż-żoni.

(8)

L-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ b'irkaptu mobbli li jiġi f'kuntatt mal-qiegħ għandhom impatt negattiv fuq il-ħabitats tal-iskollijiet, peress li attività bħal din taffettwa kemm l-istrutturi tal-iskollijiet kif ukoll il-bijodiversità misjuba fil-iskollijiet. Għalhekk, il-projbizzjoni tas-sajd bi rkaptu bħal dan fiż-żoni ta' skollijiet rilevanti, kif stipulata fl-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet konġunti, għandha tiġu inkluża f'dan ir-Regolament.

(9)

L-iskollijiet li jbaqbqu huma strutturi partikolarment fraġli u kwalunkwe impatt fiżiku jhedded l-istatus ta' konservazzjoni tagħhom. Għalhekk, il-projbizzjoni tal-attivitajiet kollha tas-sajd fiż-żoni rilevanti ta' skollijiet li jbaqbqu, kif stipulata fl-abbozz tar-rakkomandazzjonijiet konġunti, għandha tiġi inkluża f'dan ir-Regolament.

(10)

L-STECF jidentifika xi tħassib fir-rigward tal-kontroll u l-infurzar ta' miżuri ta' konservazzjoni u miżuri ta' kontroll addizzjonali jistgħu jkunu xierqa. Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (4). L-Istati Membri huma meħtieġa li jadottaw miżuri xierqa, jallokaw riżorsi xierqa u jwaqqfu l-istrutturi meħtieġa għall-iżgurar tal-kontroll, tal-ispezzjoni u l-infurzar tal-attivitajiet li jitwettqu fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). Dan jista' jinkludi miżuri, bħar-rekwiżit tas-sottomissjoni tal-pożizzjonijiet VMS bi frekwenza ikbar mill-bastimenti kollha kkonċernati jew l-identifikazzjoni taż-żoni bħala ta' riskju għoli f'sistema ta' kontroll nazzjonali abbażi tal-ġestjoni tar-riskju, li tindirizza t-tħassib tal-STECF.

(11)

Huwa xieraq li tiġi żgurata l-evalwazzjoni tal-miżuri stabbiliti minn dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontroll tal-konformità ma' projbizzjonijiet tas-sajd.

(12)

Il-miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd stabbiliti b'dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżuri ta' ġestjoni oħra eżistenti jew futuri li jimmiraw lejn il-konservazzjoni tas-siti kkonċernati, inklużi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd meħtieġa għall-konformità mal-obbligi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE.

2.   Dan ir-Regolament japplika għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja (“l-Istati Membri kkonċernati”) f'ilmijiet taħt is-sovranità tad-Danimarka fil-Baħar Baltiku u l-Kattegat.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, minbarra dawk stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (5), għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“tagħmir ta' kuntatt mal-qiegħ” tfisser kwalunkwe rkaptu li ġej: xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, xbieki tat-tkarkir bit-travu, xbieki tat-tkarkir għal-lontri tal-qiegħ, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ tal-par, xbieki tat-tkarkir għan-nefrops, xbieki tat-tkarkir għall-gambli, tartarun, tartarun tal-ankra Daniż, tartarun Skoċċiż, dgħajsa jew bastiment bit-tartarun u tal-ħama.

(b)

“Żoni 1” tfisser iż-żoni ġeografiċi ddelinjati mit-tgħaqqid f'sekwenza tal-linji rombu tal-pożizzjonijiet elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84.

(c)

“Żoni 2” tfisser iż-żoni ġeografiċi ddelinjati mit-tgħaqqid f'sekwenza tal-linji rombu tal-pożizzjonijiet elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84.

Artikolu 3

Projbizzjoni tas-sajd

1.   Għandu jkun ipprojbit li titwettaq kwalunkwe attività tas-sajd b'irkaptu b'kuntatt mal-qiegħ fiż-Żoni 1.

2.   Għandu jkun ipprojbit li titwettaq kwalunkwe attività tas-sajd fiż-Żoni 2.

3.   Bastimenti tas-sajd li jkunu jġorru abbord kwalunkwe rkaptu b'kuntatt mal-qiegħ jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd f'Żoni 1 bi rkapti oħra għajr dawk l-irkapti u jistgħu jgħaddu miż-Żoni 1, sakemm l-irkapti b'kuntatt mal-qiegħ ikunu marbuta sew u stivati b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1224/2009.

4.   Bastimenti tas-sajd jistgħu jgħaddu miż-Żoni 2, sakemm kwalunkwe rkaptu abbord ikun marbut u stivat b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 tar-Regolament 1224/2009.

Artikolu 4

L-evalwazzjoni

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 3 mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, inkluż il-kontroll tal-konformità mal-projbizzjonijiet tas-sajd previsti fl-Artikolu 3.

2.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottomettu rapport sommarju tal-valutazzjoni lill-Kummissjoni 19-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(3)  http://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/991908/STECF-PLEN-15-01_JRCxxx.pdf

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).


ANNESS I

Żoni 1: Il-koordinati ta' żoni ta' protezzjoni ta' skollijiet tal-għadma

1.   Munkegrund

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1S

55°57.190′

10°51.690′

2S

55°57.465′

10°51.403′

3S

55°57.790′

10°51.477′

4S

55°57.976′

10°52.408′

5S

55°57.985′

10°54.231′

6S

55°58.092′

10°54.315′

7S

55°58.092′

10°57.432′

8S

55°57.920′

10°57.864′

9S

55°57.526′

10°57.861′

10S

55°56.895′

10°57.241′

11S

55°57.113′

10°53.418′

12S

55°57.050′

10°53.297′

13S

55°57.100′

10°52.721′

14S

55°57.275′

10°52.662′

15S

55°57.296′

10°52.435′

16S

55°57.399

10°52.244′

17S

55°57.417′

10°52.116′

18S

55°57.251′

10°52.121′

19S

55°57.170′

10°51.919′

20S

55°57.190′

10°51.690′

2.   Hatterbarn

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1S

55°51.942′

10°49.294′

2S

55°52.186′

10°49.309′

3S

55°52.655′

10°49.509′

4S

55°52.676′

10°49.407′

5S

55°52.892′

10°49.269′

6S

55°52.974′

10°49.388′

7S

55°53.273′

10°49.620′

8S

55°53.492′

10°50.201′

9S

55°53.451′

10°50.956′

10S

55°53.576′

10°51.139′

11S

55°53.611′

10°51.737′

12S

55°53.481′

10°52.182′

13S

55°53.311′

10°52.458′

14S

55°53.013′

10°52.634′

15S

55°52.898′

10°52.622′

16S

55°52.778′

10°52.335′

17S

55°52.685′

10°52.539′

18S

55°52.605′

10°52.593′

19S

55°52.470′

10°52.586′

20S

55°52.373′

10°52.724′

21S

55°52.286′

10°52.733′

22S

55°52.129′

10°52.572′

23S

55°52.101′

10°52.360′

24S

55°52.191′

10°52.169′

25S

55°51.916′

10°51.824′

26S

55°51.881′

10°51.648′

27S

55°51.970′

10°51.316′

28S

55°51.976′

10°51.064′

29S

55°52.325′

10°50.609′

30S

55°52.647′

10°50.687′

31S

55°52.665′

10°50.519′

32S

55°52.091′

10°50.101′

33S

55°51.879′

10°50.104′

34S

55°51.810′

10°49.853′

35S

55°51.790′

10°49.482′

36S

55°51.942′

10°49.294′

3.   Ryggen

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1S

55°37.974′

11°44.258′

2S

55°37.942′

11°45.181′

3S

55°37.737′

11°45.462′

4S

55°37.147′

11°44.956′

5S

55°36.985′

11°45.019′

6S

55°36.828′

11°44.681′

7S

55°36.521′

11°44.658′

8S

55°36.527′

11°43.575′

9S

55°37.163′

11°43.663′

10S

55°37.334′

11°43.889′

11S

55°37.974′

11°44.258′

4.   Broen

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1S

55°11.953′

11°0.089′

2S

55°12.194′

11°0.717′

3S

55°12.316′

11°0.782′

4S

55°12.570′

11°1.739′

5S

55°12.743′

11°1.917′

6S

55°12.911′

11°2.291′

7S

55°12.748′

11°2.851′

8S

55°12.487′

11°3.188′

9S

55°12.291′

11°3.088′

10S

55°12.274′

11°3.108′

11S

55°12.336′

11°3.441′

12S

55°12.023′

11°3.705′

13S

55°11.751′

11°2.984′

14S

55°11.513′

11°2.659′

15S

55°11.390′

11°2.269′

16S

55°11.375′

11°2.072′

17S

55°11.172′

11°1.714′

18S

55°11.069′

11°0.935′

19S

55°11.099′

11°0.764′

20S

55°11.256′

11°0.588′

21S

55°11.337′

11°0.483′

22S

55°11.582′

11°0.251′

23S

55°11.603′

11°0.254′

24S

55°11.841′

11°0.033′

25S

55°11.953′

11°0.089′

5.   Ertholmene

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1S

55°19.496′

15°9.290′

2S

55°20.441′

15°9.931′

3S

55°20.490′

15°10.135′

4S

55°20.284′

15°10.690′

5S

55°20.216′

15°10.690′

6S

55°20.004′

15°11.187′

7S

55°19.866′

15°11.185′

8S

55°19.596′

15°11.730′

9S

55°19.820′

15°12.157′

10S

55°19.638′

15°12.539′

11S

55°19.131′

15°12.678′

12S

55°18.804′

15°11.892′

13S

55°18.847′

15°10.967′

14S

55°19.445′

15°9.885′

15S

55°19.387′

15°9.717′

16S

55°19.496′

15°9.290′

6.   Davids Banke

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1S

55°20.167′

14°41.386′

2S

55°20.354′

14°40.754′

3S

55°21.180′

14°39.936′

4S

55°22.000′

14°39.864′

5S

55°22.331′

14°39.741′

6S

55°22.449′

14°39.579′

7S

55°23.150′

14°39.572′

8S

55°23.299′

14°39.890′

9S

55°23.287′

14°40.793′

10S

55°23.011′

14°41.201′

11S

55°22.744′

14°41.206′

12S

55°22.738′

14°41.775′

13S

55°22.628′

14°42.111′

14S

55°22.203′

14°42.439′

15S

55°22.050′

14°42.316′

16S

55°21.981′

14°41.605′

17S

55°21.050′

14°41.818′

18S

55°20.301′

14°41.676′

19S

55°20.167′

14°41.386′

7.   Bakkebrædt & Bakkegrund

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1S

54°57.955′

14°44.869′

2S

54°58.651′

14°41.755′

3S

54°59.234′

14°41.844′

4S

54°59.458′

14°43.025′

5S

54°59.124′

14°44.441′

6S

54°59.034′

14°44.429′

7S

54°58.781′

14°45.240′

8S

54°58.298′

14°45.479′

9S

54°58.134′

14°45.406′

10S

54°57.955′

14°44.869′

8.   Herthas Flak

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1S

57°39.422′

10°49.118′

2S

57°39.508′

10°49.602′

3S

57°39.476′

10°49.672′

4S

57°39.680′

10°50.132′

5S

57°39.312′

10°50.813′

6S

57°39.301′

10°51.290′

7S

57°38.793′

10°52.365′

8S

57°38.334′

10°53.201′

9S

57°38.150′

10°52.931′

10S

57°38.253′

10°52.640′

11S

57°37.897′

10°51.936′

12S

57°38.284′

10°51.115′

13S

57°38.253′

10°50.952′

14S

57°38.631′

10°50.129′

15S

57°39.142′

10°49.201′

16S

57°39.301′

10°49.052′

17S

57°39.422′

10°49.118′

9.   Læsø Trindel & Tønneberg Banke

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1S

57°25.045′

11°6.757′

2S

57°26.362′

11°6.858′

3S

57°27.224′

11°9.239′

4S

57°26.934′

11°10.026′

5S

57°27.611′

11°10.938′

6S

57°28.053′

11°11.000′

7S

57°28.184′

11°11.547′

8S

57°28.064′

11°11.808′

9S

57°28.843′

11°13.844′

10S

57°29.158′

11°15.252′

11S

57°29.164′

11°16.861′

12S

57°29.017′

11°17.266′

13S

57°29.080′

11°17.597′

14S

57°28.729′

11°18.494′

15S

57°28.486′

11°18.037′

16S

57°28.258′

11°18.269′

17S

57°27.950′

11°18.239′

18S

57°27.686′

11°18.665′

19S

57°27.577′

11°18.691′

20S

57°27.525′

11°18.808′

21S

57°27.452′

11°18.837′

22S

57°27.359′

11°18.818′

23S

57°26.793′

11°17.929′

24S

57°27.984′

11°15.500′

25S

57°27.676′

11°14.758′

26S

57°25.998′

11°17.309′

27S

57°25.946′

11°17.488′

28S

57°26.028′

11°17.555′

29S

57°26.060′

11°17.819′

30S

57°26.011′

11°18.360′

31S

57°25.874′

11°18.666′

32S

57°25.683′

11°18.646′

33S

57°25.417′

11°18.524′

34S

57°25.377′

11°18.408′

35S

57°25.330′

11°18.039′

36S

57°25.175′

11°17.481′

37S

57°24.928

11°17.579′

38S

57°24.828′

11°17.366′

39S

57°24.891′

11°17.049′

40S

57°25.128′

11°17.118′

41S

57°25.249′

11°16.721′

42S

57°25.211′

11°16.592′

43S

57°25.265′

11°16.162′

44S

57°25.170′

11°15.843′

45S

57°25.245′

11°15.562′

46S

57°25.208′

11°15.435′

47S

57°25.278′

11°15.083′

48S

57°25.462′

11°15.059′

49S

57°25.517′

11°15.007′

50S

57°25.441′

11°14.613′

51S

57°25.610′

11°14.340′

52S

57°25.630′

11°14.119′

53S

57°25.629′

11°13.827′

54S

57°25.738′

11°13.658′

55S

57°25.610′

11°13.392′

56S

57°25.625′

11°13.176′

57S

57°25.933′

11°12.379′

58S

57°25.846′

11°11.959′

59S

57°25.482′

11°12.956′

60S

57°25.389′

11°13.083′

61S

57°25.221′

11°13.212′

62S

57°25.134′

11°13.221′

63S

57°25.031′

11°13.077′

64S

57°25.075′

11°12.751′

65S

57°24.817′

11°12.907′

66S

57°24.747′

11°12.862′

67S

57°24.616′

11°13.229′

68S

57°24.549′

11°13.240′

69S

57°24.347′

11°13.093′

70S

57°24.256′

11°13.288′

71S

57°24.145′

11°13.306′

72S

57°24.051′

11°13.138′

73S

57°23.818′

11°13.360′

74S

57°23.649′

11°13.280′

75S

57°23.553′

11°13.260′

76S

57°23.432′

11°13.088′

77S

57°23.416′

11°12.861′

78S

57°23.984′

11°9.081′

79S

57°25.045′

11°6.757′

10.   Lysegrund

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1S

56°19.367′

11°46.017′

2S

56°18.794′

11°48.153′

3S

56°17.625′

11°48.541′

4S

56°17.424′

11°48.117′

5S

56°17.864′

11°47.554′

6S

56°17.828′

11°47.265′

7S

56°17.552′

11°47.523′

8S

56°17.316′

11°47.305′

9S

56°17.134′

11°47.260′

10S

56°16.787′

11°46.753′

11S

56°16.462′

11°46.085′

12S

56°16.455′

11°43.620′

13S

56°17.354′

11°42.671′

14S

56°18.492′

11°42.689′

15S

56°18.950′

11°41.823′

16S

56°19.263′

11°41.870′

17S

56°19.802′

11°40.939′

18S

56°19.989′

11°41.516′

19S

56°18.967′

11°43.600′

20S

56°19.460′

11°44.951′

21S

56°19.367′

11°46.017′


ANNESS II

Żoni 2: Il-koordinati ta' żoni ta' protezzjoni ta' skollijiet li jbaqbqu

1.   Żona tal-iskoll li jbaqbaq ta' Herthas Flak

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1B

57°38.334′

10°53.201′

2B

57°38.15′

10°52.931′

3B

57°38.253′

10°52.64′

4B

57°38.237′

10°52.15′

5B

57°38.32′

10°51.974′

6B

57°38.632′

10°51.82′

7B

57°38.839′

10°52.261′

8B

57°38.794′

10°52.36′

9B

57°38.334′

10°53.201′

2.   Żona tal-iskoll li jbaqbaq ta' Lysegrund

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1B

57°27.496′

11°15.033′

2B

57°25.988′

11°17.323′

3B

57°25.946′

11°17.488′

4B

57°25.417′

11°18.524′

5B

57°25.377′

11°18.408′

6B

57°25.346′

11°18.172′

7B

57°25.330′

11°18.039′

8B

57°25.175′

11°17.481′

9B

57°24.928′

11°17.579′

10B

57°24.828′

11°17.366′

11B

57°24.891′

11°17.049′

12B

57°25.128′

11°17.118′

13B

57°25.249′

11°16.721′

14B

57°25.211′

11°16.592′

15B

57°25.263′

11°16.177′

16B

57°25.170′

11°15.843′

17B

57°25.240′

11°15.549′

18B

57°26.861′

11°15.517′

19B

57°26.883′

11°14.998′

20B

57°27.496′

11°15.033′