|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1305 |
13.3.2025 |
P9_TA(2024)0197
Direttiva tal-Kunsill dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza fil-qasam tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika tagħhom, it-trattament ugwali fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, it-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali u fl-aċċess għal prodotti u servizzi u l-provvista tagħhom, u li temenda d-Direttivi 2000/43/KE u 2004/113/KE
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2024 dwar l-abbozz ta’ direttiva tal-Kunsill dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza fil-qasam tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika tagħhom, it-trattament ugwali fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, it-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali u fl-aċċess għal prodotti u servizzi u l-provvista tagħhom, u li temenda d-Direttivi 2000/43/KE u 2004/113/KE (10788/1/2023 – C9-0031/2024 – 2022/0401(APP))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)
(C/2025/1305)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ direttiva tal-Kunsill (10788/1/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0031/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A9-0128/2024), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ direttiva tal-Kunsill; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1305/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)