|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1988 |
6.3.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11419 - OPEN PASS / FORTENOVA GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/1988)
1.
Fis-26 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Open Pass Limited (“Open Pass”, Malta), ikkontrollata mill-individwu privat Pavao Vujnovac, (flimkien ma’ kumpaniji oħra (in) ikkontrollati direttament, il-“Grupp PV”) |
|
— |
Fortenova Group MidCo B.V. (“Fortenova Group”, i-Netherlands) |
Open Pass se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Fortenova Group.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Il-grupp PV huwa attiv fil-bejgħ bl-ingrossa ta’ frott u ħaxix frisk, prodotti li ma-jitħassrux magħmula minn frott u ħaxix, bejgħ bl-ingrossa ta’ prodotti u prodotti mhux tal-ikel, kummerċ, importazzjoni u provvista ta’ gass naturali, produzzjoni u provvista tal-elettriku, trasport bil-ferrovija u proprjetà immobbli fil-Kroazja u fis-Slovenja u f’diversi pajjiżi mhux tal-UE fil-Balkani, |
|
— |
Fortenova Group huwa attiv fl-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u l-provvista ta’ oġġetti tal-konsum ta’ kuljum fil-Kroazja u fis-Slovenja u f’diversi pajjiżi mhux tal-UE fil-Balkani. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11419 – OPEN PASS / FORTENOVA GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1988/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)