Official Journal L 042 , 13/02/1997 P. 0016 - 0027
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Jannar 1997 li temenda d-Deċiżjoni 95/343/KE li tipprovdi l-kampjuni taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi tal-ħalib ittrattat bis-sħana, il-prodotti msejsa fuq il-ħalib u l-ħalib-mhux-raffinat għall-konsum mill-bniedem maħsuba sabiex jiġu aċċettati f'ċentru tal-ġbir, ċentru ta’ l-istandardizzazzjoni, stabbiliment tat-trattament jew stabbiliment ta’ l-ipproċessar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (97/115/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq tal-ħalib mhux maħdum, il-ħalib ittrattat bis-sħana u l-prodotti msejsa fuq il-ħalib [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/23/KE [2], Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/343/KE [3], l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/106/KE [4], tipprovdi l-kampjuni taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi tal-ħalib ittrattat bis-sħana, il-prodotti msejsa fuq il-ħalib u l-ħalib mhux maħdum għall-konsum mill-bniedem maħsuba sabiex ikunu aċċettati f'ċentru tal-ġbir, ċentru ta’ l-istandardizzazzjoni, stabbiliment tat-trattament jew stabbiliment ta’ l-ipproċessar; Billi l-ewwel inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 13 (1) tad-Direttiva 92/46/KEE jipprovdi illi l-annimali fuq l-azjendi tal-produzzjoni jridu jgħaddu minn spezzjonijiet veterinarji regolari sabiex ikun żgurat illi jkunu qegħdin jitħarsu l-ħtiġiet tal-Kapitolu I ta' l-Anness A; Billi d-Deċiżjoni 95/343/KE trid tiġi emendata kif jixraq; Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Annessi A, B, Ċ u D mad-Deċiżjoni 95/343/KE huma hawnhekk mibdula bl-Annessi A, B, Ċ u D ta' ma' hawn. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Jannar 1997. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 268, ta’ l-14. 9. 1992, p. 1. [2] ĠU Nru L 125, tat-23. 5. 1996, p. 10. [3] ĠU Nru L 200, ta’ l-24. 8. 1995, p. 52. [4] ĠU Nru L 24, tal-31. 1. 1996, p. 34. -------------------------------------------------- ANNESS A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS B +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS Ċ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS D +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------